Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #26079 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarref lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Isptar Ġeneral ta' Għawdex hemm Konsulent tal-Ġinekoloġija li għandu 'l fuq minn 61 sena. Dan qed jaħdem full-timeb'salarju ta' Lm10,578 fis-sena u huwa ta' nazzjonalita' barranija.

Gustizzja u Intern — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avarji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
Leg 10 PQ #26081 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Hospitality

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. L-approvazzjoni għal din in-nefqa ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 25587.

Malta Enterprise — Proġetti

Question

Fis-sena 2006, il-Malta Enterprise approvat 89 proġetti ġodda jew expansions, jista' l-Ministru jaqsamhom f'ġodda u expansions skond f'liema qasam industrijali kienu? Jista' jgħid għal kull qasam industrijali x'inhu l-forecast capital investment, maqsum ukoll fi new u expansion projects?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MDC, IPSE, METCO

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-ex MDC, IPSE u METCO li fis-sena 2006 ġew assorbiti bħala impjegati tal-gvern? Jista' jgħid xi grad kellhom u fejn hu l-impjieg ġdid tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2006, l-4 impjegati li kienu għadhom mhumiex assorbiti bħala impjegati tal-Gvern għaddew ghand l-IPSL u ma nafu xejn izjed dwarhom.

Malta Enterprise — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24114.

Malta Industrial Parks — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Supplies

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jaħdmu fil-preżent il-ħaddiema li qabel kienu jaħdmu ma' l-Air Supplies? Kemm kienu dawn il-ħaddiema meta l-Air Supplies ġiet magħluqa mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ishma kollha tal-kumpanija Air Supplies & Catering Co Ltd inbiegħu mill-Air Malta lil xerrej privat f’Novembru 2005. Dak iz-zmien, il-kumpanija kellha 62 impjegat fuq il-kotba tagħha.

Sptar Mater Dei — Reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar marbut ma' l-Isptar Mater Dei? Fhiex kien jikkonsisti dan ir-reklamar u min ġie mogħti dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ingħatax b'direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26984 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għalliema temporanji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema temporanji u x'suġġetti qed igħallmu? Tista' tgħid jekk dawn jistgħux isiru għalliema permanenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm għalliem temportanju wieħed li qiegħed jgħallem il-mużika fl-Iskola tal-Mużika t'Għawdex. Għalliema permanenti jiġu mpjegati wara sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 10 PQ #27134 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dettalji ta' kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-uffiċini, numru ta' ħaddiema li għandha l-kumpanija Media Consulta International Holding AG li preżentat lill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu biex turi l-firxa ta' kuntatti li għandha fil-pajjiżi mnejn irridu nġibu t-turisti fis-snin li ġejjin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Media Consulta tħaddem 230 ħaddiem fil-Ġermanja u 804 impjegat ieħor madwar l-Ewropa. L-istaff totali ta’ Media Consulta madwar id-dinja huwa 1,469.
Leg 10 PQ #27135 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ħlas ta' kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi finanzjat il-kuntratt bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-Media Consulta International Holding AG? Kif se jsir il-ħlas lill-kumpanija u kif se jsir marbut dan il-ħlas mar-riżultati li tikseb din il-kumpanija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27136 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-kuntratt bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-kumpannija Media Consulta International Holding AG?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt bejn l-Awtorita' tat-Turiżmu u l-kumpanija Media Consulta se jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.

Awtorita' tad-Djar — Offerti ta' proprjeta' liċ-chairperson

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul dawn l-aħħar erba' snin kienx hemm okkażjonijiet fejn iċ-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar qajmitx każi fejn kien hemm min ipprova jikkorrompiha b'offerti ta' proprjeta? X'kienu dawn il-każi jekk tqajmu? X'passi ttieħdu dwar dawn il-każi? Peress li ċ-chairperson kitbet dwar każ ta' korruzzjoni li ppruvaw jagħmlu fuqha, il-Ministru ħadet xi passi dwar dan il-każ? X'passi ħadet? X'kien il-każ li semmiet iċ-chairperson? Min kien involut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Naħseb li l-Onor. Interpellant immisinterpreta l-kitba li għamel referenza għaliha. Hu ċar minn din il-kitba li l-offerta liċ-Chairman ta’ l-Awtorita tad-Djar ma kienetx li hi personali tingħata proprjeta’ iżda offerta ta’ art, li ma kelliex permess għal żvilupp, biex l-Awtorita’ tad-Djar tibni appartamenti fuqha. L-Awtorita’ ma tidħolx fi proġetti bħal dawn tant hu hekk li, kif jikkonferma l-artikolu, min għamel l-offerta ġie muri l-bieb.

Skejjel qrib kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li huma qrib xi kamra tan-nar jew post fejn huwa liċenzjat li jinħadem in-nar? Liema huma dawn l-iskejjel u kemm hemm bogħod bejn il-konfini ta' l-iskola u l-konfini tal-premises tal-post fejn jinħadem in-nar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap 33 dwar l-Isplussivi jipprovdi għal distanza ta' 183 metru bejn xi kamra tan-nar liċenzjata u xi post abitat jew triq. Informat ukoll li m'hemm l-ebda skola ta' l-Istat f'inqas minn din id-distanza bogħod minn xi kamra tan-nar.

Birżebbuġa Waterpolo Club — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jara jekk dak li għaddej fil-premises li ġew mgħoddija mill-parlament b'riżoluzzjoni parlamentari lill-Birżebbuġa Waterpolo Club, fejn huwa maħsub li jsir żvilupp u fejn jidher li hemm affarijiet li mhux ċari kif jidher minn ċerti artikli li dehru fil-ġurnali, huwiex skond il-kuntratt li kien ġie ffirmat wara li għaddiet l-istess riżoluzzjoni? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra nota dwar dak li hemm propost li jsir u kif dan se jsir fid-dawl ta' l-istess kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru l-water polo pitch Club House hu spazju pubbliku kif delineat fil-pjanta relattiva fi Triq il-Bajja s-Sabiħa, B'Buġia, kien ġie mgħoddi b'ċens temporanju għal 49 sena lil B'Buġia Sports Club b'kuntratt pubbliku tal-11 ta' Settembru, 2000, wara diskussjonijiet u approvazzjoni ta' Riżoluzzjoni fil-Parlament. Il-B'Buġia Acquatic & Sports Club hija affiljata regolarment fl-Acquatic Sports Association - Malta. Il-Kunsill Malti għall-iSport ġie konsultat kif titlob il-liġi dwar applikazzjoni lill-MEPA (PA1590/03) biex l-għaqda spotiva konċernata twettaq żvilupp skond pjan intenzjonat biex jirriabilita' u jimmodernizza l-faċilita'. Il-KMS irrisponda li ma jkollux oġġezzjoni sakemm jiġu osservati l-kondizzjonijiet tal-kuntratt u tal-MEPA. Qed inkompli nsegwi l-iżviluppi tal-każ.

WSC — Kont b'indirizz żbaljat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27010 u jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tieħu passi biex ma tibqax tibgħat il-kontijiet tad-dar fi Triq Sant'Elena, Sliema lil min jgħix fir-residenza ta' ħdejha li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex tistabilixxi lil minn jappartjeni il-post inkwistjoni. Sadanittant l-indirizz postali tal-fond imsemmi mill-interpellant ġie aġġustat u mhux ser jintbagħat aktar fir-residenza ta’ ħdejn il-fond imsemmi.