Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lill-Equal partners foundation li taħdem ma’ tfal bi bżonnijiet speċjali? Jista’ jgħid ukoll jekk hu jew xi ħadd mill-Ministeru tiegħu kellhomx xi laqgħat ma’ din l-istess Fondazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-diskussjonijiet bejn uffiċċjali tal-Ministeru u l-Equal Partners Foundation dwar ftehim ta’ għajnuna għal din il-Fondazzjoni jinsabu fi stat avvanzat. Meta dawn ikunu konklużi, nkun f’pożizzjoni li nagħti dettalji ta’ l-għajnuna lill-Fondazzjoni marbuta ma’ dan il-ftehim.
Għajnuna lill-familji ta' tfal bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li fil-budget li jmiss jgħin lil familji li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali billi jkolhom tax rebates meta dawn ikunu qed iħallsu għal xi servizz tant bżonnjuż għal uliedhom fid-dar?
Response (DALLI, JOHN)
Is-suġġeriment magħmul mill-Onorevoli Interpellant ġie nnotat.
Santa Venera — Skola sekondarja San Franġisk t'Assisi - għalliem tat-Taljan
Question
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jintbagħat għalliem tat-Taljan minflok l-għalliema preżenti li ħarġet bil-pregnancy leave, fl-iskola sekondarja San Frangisk t’Assisi ġewwa Santa Venera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema tat-Taljan ser tibda l-pregnancy leave wara l-Milied, u sadattant tintbagħat għalliema oħra.
Ħal Qormi — skola sekondarja Ġuże' Galea - għalliem ta' l-Ingliż
Question
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jintbagħat għalliem ta’ l-Ingliż għal Form II ġewwa l-iskola sekondarja Ġuże` Galea ta’ Ħal Qormi, minħabba li dik preżenti mill-24 ta’ Settembru 2003 attendiet biss jumejn skola?
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 2721 u cioe' jista' jgħid meta saru laqgħat mal-pitkala u l-għaqdiet tal-bdiewa matul Settembru u Ottubru dwar l-upgrading tal-Pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li delegazzjoni Taljana ġiet Malta u flimkien ma' uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iltaqgħet mal-għaqdiet tal-bdiewa u pitkala sabiex tiddiskuti l-upgrading tal-Pitkalija mill fondi tal-ħames Protocol Taljan. Huma kienu hawn Malta bejn l-24 u 28 t' Ottubru, 2003 u bejn l-24 u 26 ta' Novembru, 2003 u f' dan il-perjodu ltaqgħu għal diversi drabi mal-pitkala u għaqdiet tal-bdiewa..
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2723, jista' il-Ministru jgħid meta kien hemm l-aħħar każ ta' mard tal-Varroa rapportat f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Varroa kienet introdotta f' Malta fil-bidu tad-disgħinijiet u għalkemm ġiet ikkontrollata, qatt ma ġiet meqruda totalment. Għalhekk tinstab regolarment waqt spezzjonijiet ta' rutina ta' kaxex tan-naħal. L-aħħar każ irrekordjat kien f' Malta nhar il-Ħamis, 20 ta' Novembru 2003."
B'riferenza għall-mistoqsija parlametnari 2725, jista' il-Ministru jwieġeb għar-rigward ta' prodotti b'metodi organiċi li kabbru l-bdiewa b'koordinament mad-dipartiment tal-biedja jew mmid-dipartiment tal-biedja stess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda analiżi xjentifiċi f' laboratorji lokali u / jew esteri ta' prodotti sabiex ikun magħruf il-livell organiku tal-produzzjoni.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Bordijiet
Question
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mit-twaqqif ta' din l-Amministrazzjoni sa llum ġew maħtura dawn il-Bordijiet/Kumitati.
1. Taqsima ta' l-Ikel u Attivita` Veterinarja
(a) L-'Animal Welfare Council' twaqqaf f' Settembru 2003 u ltaqa' erba' darbiet. Il-membri huma kif ġej:
Chairperson: Dr C L Vella
Membri: Dr M Buttigieg
Dr D Chetcuti Ganado
Ms Marika Mizzi
Is-Sur George Attard Manche`
Is-Sur Anthony Debono
Is-Sur R Zampa
Segretarju: Ms Lucienne Cassar
(b) In-'National Broiler Management Committee' twaqqaf f' Lulju, 2003. Dan il-Kumitat iltaqa' sitt darbiet u l-membri huma kif ġej:
Chairperson: Is-Sur Paul Spiteri
Membri: Is-Sur R Montebello
Ms S Steenbergen
Is-Sur A Borg
2. Taqsima għall-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd
(a) Il-Bord tas-Sajd ġie maħtur f' Novembru, 2003. Għadha ma saret ebda laqgħa ta' dan il-Bord. Il-Bord huwa kompost hekk:
Chairperson: Dott Anthony Gruppetta D.M.V.
Deputat Chairperson: Is-Sur Corrado Rossitto
Membri: Is-Sur Robert Aquilina
Dott Joseph Carabott D'Amato, M.D.
Is-Sur Ernest Galea
Is-Sur Raymond Aquilina
Is-Sur Joseph Abela
Is-Sur Karmenu Bugeja
Is-Sur Raymond Bugeja
Is-Sur Pierre Schembri
Is-Sur Mario Galea Testaferrata
Is-Sur William Pomroy
Dott. Tonio Spiteri, LL.D.
Is-Sur Michael Sant
Il-Maggur M Cauchi Inglott M.Jur (Int Law)
Segretarju: Is-Sur David Bonello
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1760.
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista l-Prim Ministru jgħid meta sejrin joħorgu l-promotions fl-Armata bħala per eżemepju minn Lance Bombardier għal Bomabardier?Jarax l-Primi Minsitru li dawn għandhom joħorgu peress li ilhom snin ma joħorgu promozzjonijiet f'dawn ir-rankijiet u dan kif wkol ġie rakkomandat mill-Ombudsman.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li promozzjonijiet fil-Forzi Armati ingħataw inqas minn tlett snin ilu.
Il-“Unit Commanding Officers” bdiet il-proċess biex tidentifika l-vakanzi inkluż dawk ta’ Bombardier.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbiliment tal-Price Club u ħdejn istabbiliment tad-Domestica mill-15 ta' Settembru 'il hawn? Jista' jara li dan l-inkonvenjent, li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li wara l-maltemp tal-15 ta' Settembru, l-mejn tad-drenaġġ f'Valley Road, Birkirkara imtela kollu ġebel u bdiet ħidma kontinwa biex dan jitnaddaf. Dan ix-xogħol ħa diversi ġranet biex tlesta.
Fil-bidu ta' din il-ġimgħa reġa kien hemm blockage f'din it-triq illi issa nfetaħ u l-flow tad-drenaġġ reġgħet ġiet għan-normal.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid dawk il-persuni li joqogħdu ġo flat tal-gvern bil-kera u dawk li xtraw flat tal-gvern x'perċentwal tal-valur tal-lift iridu joħorġu meta dan jiġi stallat ġol-blokk tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita’ tad-Djar ma titlob ebda ħlas għal installar ta’ lift taħt Skema V mill-inkwilini tal-blokk li jkunu b’kera. L-inkwilini fil-blokk li jkunu sidien ta’ l-appartament tagħhom jintalbu jħallsu 50% tal-ammont tas-sehem tagħhom. Dan is-sehem ikun parti waħda minn numru ta’ appartamenti fil-blokk (1/Nth).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jintbagħtu persuni biex jaraw jistgħux jiġu rranġati xi ħsarat li żviluppaw ġewwa flat mikri mingħand il-housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ghaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ghall-azzjoni mehtiega.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li ismu qed jintbagħat separatament, twaqqfitilha l-pensjoni tal-wens meta din kienet għadha ħajja u kienet tieħu ħsieb ommha; inkluż tamministralha l-mediċini billi kienet għamja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid meta ħareġ il-permess mit-tourist board biex il-bini li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibda jservi bħala holiday complex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-permess biex il-kumpless imsemmi mill-Onor Interpellant jibda jopera għal skopijiet turistiċi nħareġ l-ewwel darba fis-16 ta' April 1987.
Jista' il-Ministru jara jekk hemmx xi żball fil-kont tad-dawl u ta' l-ilma tal-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, flimkien mal-kont peress li meta ressqet l-ilment tagħha ma ħaditx sodisfazzjon?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kont tal-persuna gie investigat u rrizulta hekk kif spjegat hawn taht;
Jiena infurmat li, dan il-kont qiegħed jinhadem bir-rati sussidjati , li hi dik ta' assistenza socjali , kemm tad-dawl kif ukoll ta' l-ilma. Madanakollu l-konsumatur qieghed lura fil hlas, tant li sar ftehim miegħu biex ihallas b'pagamenti kull xahar.
Meta l-ilment tal-konsumatur kien investigat, il-kont ta' l-ilma ġie rivedut u sar tnaqqis ta' Lm36.15 ghalhekk, il bilanc dovut huwa ta' Lm221.16. Fir- rigward tad-dawl ma kienx hemm kaz ta' revizjoni.
Il-konsumatur ġie infurmat minnufih bil- posta.
Sptar Monte Carmeli — EMS stores - Ħaddiema li ħadmu s-sahra
Question
Jista' il-Ministru jgid kemm sar overtime din is-sena fl-EMS stores, fl-isptar Monte Carmeli? Kemm-il persuna ħadmet l-overtime u kemm tħallsu? Kien hemm impjegati oħra f'din is-sezzjoni li m'għamlux overtime din is-sena? Kemm-il siegħa ħadmu kull persuna individwalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L- overtime li sar fil-maintance stores fl-isptar Monte Carmeli matul is-sena 2003 sal-25 ta' Novembru huwa ta' tmintax-il siegħa. Persuna waħda ħadmet dan l-overtime u tħallset Lm 74.60. Hemm tlett impjegati oħra f'din is-sezzjoni li m'għamlux overtime.
Jista' il-Ministru jgħid xi tfisser special area of conservation - international importance bħalma hu l-irdum ta' Ħad-Dingli (coastal cliffs 5/8) kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta' Settembru, 2003? Liema tip ta' attivita' hi eskluża minn dawn l-areas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Avviż Legali 257 ta’ l-2003 jiddeskrivi “Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni” (jew “SAC”) bħala sit protett ta’ importanza nazzjonali jew ta’ importanza internazzjonali, jiġifieri żona jew inħawi li jikkontribwixxu għall-manteniment jew ir-restawr ta’ l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tipi ta’ abitat naturali jew speċi ndikati fl-iskedi tar-regolamenti, biex b’ hekk jikkontribwixxu b’ mod sostanzjali għall-manteniment tad-diversità bioloġika f’ Malta, fl-Ewropa u fir-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran.
Dan l-Avviz Legali jinkorpora fil-liġi Maltija d-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea Nru. 92/43/EEC, magħrufa aħjar bħala l-Habitats Directive, dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Ambjenti Naturali u l-Flora u l-Fawna Slavaġġ.
L-attivitajiet f’ dawn is-siti jridu jsiru skond ir-rekwiżiti mitluba mid-Direttiva msemmija aktar ‘l fuq. Dwar attivitajiet aktar speċifiċi, dawn iż-żoni huma diġa kollha mħarsa b’ liġijiet oħra li jikkontrollow l-attivitajiet involuti, kif jidher fuq fil-mapep infushom mehmuża ma’ l-Avviz tal-Gvern Nru 877 ta’ l-2003.
Fil-każ msemmi ta’ l-Irdum ta’ Ħad-Dingli, dan kien diġa koperti minn l-Avviż tal-Gvern 400 ta’ l-1996, li jikkontrolla li l-iżvilupp fl-inħawi jsir skond kriterji speċifikati fl-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp ta’ l-1992 u l-Pjan ta’ Struttura ta’ l-1990.
Attivitajiet oħra li setgħu jsiru legalment skond il-liġi qabel ma ħargu dawn ir-regolamenti, xorta waħda għad jistgħu jsiru llum.