Għawdex — Skola Agius de Soldanis - Nuqqas ta' dixxiplina
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk waslux rapporti għandu dwar nuqqas ta’ dixxiplina fl-iskola Agius de Soldanis fir-Rabat Għawdex? Jekk le, jista’ jinvestiga ħalli jara jekk dan hux minnu u jekk jirriżulta li huwa minnu, jittieħdu l-passi meħtieġa ħalli dan ma jkomplix iseħħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li waslu ilmenti dwar nuqqas ta' dixxiplina fl-iskola Agius de Soldanis Għawdex mill-bidu tas-sena skolastika. Saru investigazzjonijiet u żjarat fl-iskola fit-tul diversi drabi. Jirriżulta li fl-iskola l-problemi ta' dixxiplina li jinqalgħu qed jiġu indirizzati tajjeb.
Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kera li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada qed tuża bħala uffiċini tagħha? Kemm tħallsu flus mill-1 ta’ Mejju 2001 sal-lum lill-kerrej?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Numru 30,332 mogħtija fl-10 ta' Diċembru, 2001, Seduta 665 tal-Leġislatura l-oħra. Il-kirja tinkludi servizzi ta' manutenzjoni, receptionist, ilma, elettriku, tindif u insurance.
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (BORG, JOE)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Bordijiet
Question
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bordijiet
Question
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda "Dipartiment governattiv li jaqgħa taħt id-dikasteru ta' dan il-Ministeru.
Ministreru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Bordijiet
Question
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Bordijiet li tinkludi l-ismijiet tal-Membri tagħhom li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.
Dawn jiltaqgħu minn darba sa darbtejn fix-xahar skond l-Aġenda.
B'riferenza għall-Environmental Landscape Consortium, tista' il-Ministru tagħtini breakdown tax-xogħlijiet li saru fil-gżira ta' Għawdex u kemm mis-somma msemmija f'mistoqsija parlamentari 2727 (Seduta 597) intnefqet għal-landscaping tal-gżira Għawdxija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li f'Ghawdex ma sarux xoghlijiet mill-Environmental Landscape Consortium Ltd.
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru laqgħat interministerjali dwar is-salvagwardji tal-biedja għall-gżira ta' Għawdex? Meta saru u x'pożizzjoni ttieħdet fid-dawl tal-ħteġijiet tal-protezzjoni tal-biedja f'Għawdex li huma aktar sensittivi minn dawk f'Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-politika agrikola hija l-istess ghall-gzejjer Maltin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jgħumu mingħajr ħwejjeġ din is-sena? Fejn kienu? Kemm kellhom żmien? Kemm kien hemm nisa u kemm kien hemm irġiel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm sbatax-il persuna, li l-eta` tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u 76 sena, li nqabdu għarwenin jew ma kienux lebsin xieraq fuq xtajtiet fil-Ġnejna, Għajn Tuffieħa, Għadira u Pembroke. Tnejn minnhom kienu nisa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu prostituti jitlajjaw din is-sena? Kemm minn dawn huma riċedivi? X'inhi r-raġuni li dawn qed jitħallew mill-qorti jerġgħu jiffrekwentaw areas magħrufa għal dan l-abbuż meta din issa tiġi mposta? Il-pulizija titlob dan waqt illi l-każ ikun qed jinstema'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 45 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Infurmat ukoll illi l-liġi ma tipprovdix għas-sanzjoni kif issuġerita mill-Onorevoli Interpellant.
Billi kemm jien kif ukoll ħafna Maltin oħra ħassewhom offiżi b'dak li deher fuq il-programm Bondi Plus dwar is-sataniżmu fejn l-isem imqaddes ta' Alla u l-Quddiesa ġew imżebilħa u billi dan huwa reat kriminali, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar dan?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2124.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' impjegati pubbliċi li jinsabu interdetti minn xogħolhom u setgħat oħra u minn liema dipartimenti huma? Għaliex ġew sospiżi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 37 uffiċjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Inerpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' l-investiment li għamel il-gvern Malti permezz ta' l-MDC fil-kumpannija MGI u l-MIMCOL? Kemm minn dan sar f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC ma għandha l-ebda investiment fil-kumpaniji MGI u l-MIMCOL.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn impjegati fiċ-ċivil u fil-bqija tas-settur pubbliku li jitħallsu b'rata aktar minn tal-President ta' Malta? Fejn jaħdmu u x'jagħmlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li mas-Servizz Pubbliku hemm ngaġġati 9 persuni li għandhom salarji ogħla minn dak tal-President. Dawn huma kollha barranin u ngaġġati fuq kuntratt definit. Dawn huma kif ġej:
- 2 Konsulenti fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi li qegħdin jaħdmu d-Diviżjonijiet tad-Dwana u tal-VAT.
- 4 Speċjalisti fil-qasam tas-saħħa li qegħdin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa.
- 2 persuni oħra wieħed “Airworthiness Surveyor” u l-ieħor “Flight Operations Inspector” fid-Diviżjoni tal-Avjazzjoni Ċivili.
- Persuna oħra li qegħda tagħti servizzi ta’ tħaddim ta’ proġetti ta’ natura ġenerali jew speċjalizzatta mal-“Management Efficiency Unit”.
Ma hemmx persuni ngaġġati ma’ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li għandhom salarju ogħla minn tal-President.
Għal informazzjoni dwar persuni ngaġġati f’entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt Ministeri oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel mistoqsija lill-Ministri responsabbli.
Sidien ta' stabbilimenti — Ħaddiema li joħorġu bis-sensja
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'obbligi għandhom sidien ta' stabbilimenti biex jinformaw lill-ħaddiema li beħsiebhom jagħlqu u jissensjawhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal sensji kollettivi kif definiti f’Avviż Legali Numru 428 ta’ l-2002, l-obbligi ta’ sidien li jinfurmaw lill-ħaddiema dwar dawn is-sensji huma dawk stabbiliti fl-imsemmi Avviż Legali.
MEPA — Stabbilimenti bil-permess biex joperaw bħala recording studios
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li għandhom il-permess meħtieġ tal-MEPA biex joperaw bħala recording studios? X'jisimhom u f'liema indirizzi għandhom il-permessi joperaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mis-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorita' ta’ Malta dwar l Ambjent u l-Ippjanar jiriżulta li ħargu 7 permessi għal "recording studios" minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita’. Annessa hawn taħt hija l-lista ta’ indirizzi relevanti. Jiddispjaċina imma l-Awtorita’ ma jkollhiex informazzjoni ta' l-isem ta' l-istudio.
Mistra Bay
Site at Triq Mile End, Hamrun
Leoari, Triq Domenico Cachia, Birkirkara
Site at Audiovision Productions Ltd, Triq Mile End, Hamrun
Site At, Triq il-Krexxuni, Zabbar
Site at, Triq San Martin, Zurrieq
Site at Triq Dun Xand Aquilina, Sannat, Gozo
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi inventarju komprensiv ta' l-apparat u l-għamara tar-radju Voice of the Mediterranean? Jekk sar dan l-inventarju, jista' iqiegħed kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'se jsir mill-proprjeta' mobbli ta' dan l-istazzjon tar-radju?
Response (BORG, JOE)
Jiena nfurmat illi l-eżerċizzju biex jiġi aġġornat l-inventarju ta' l-apparat u l-għamara tar-radju Voice of the Mediterranean, li kien inbeda wara li ġie rilokat l-istazzjon, tlesta. Dan l-inventarju għad irid jiġi awditjat mill-kumpannija ta' l-awdituri. Wara li jsir dan l-awditjar, inkun f'pożizzjoni li npoġġi kopja ta' l-inventarju fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onorevoli Membru illi t-transazzjonijiet konnessi mar-rilokazzjoni ta' l-istazzjon mill-uffiċċji fil-Furjana għal dawk tal-lum f'Birkirkara kienu ġew awditjati minn kumpannija separata ta' awdituri.
Id-deċiżjoni dwar x'se jsir mill-assi mobbli u immobbli ta' l-istazzjon tittieħed kmieni s-sena d-dieħla immedjatatent wara li jiskadi t-terminu mogħti mill-Gvern Malti lill-Gvern Libjan (31 ta' Diċembru 2003), peress li sa dik l-iskadenza, jekk il-Gvern Libjan iħallas parti sostanzjali mill-arretrati dovuti minnhu u jinforma lill-Gvern Malti li irrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-utilita' futura ta' l-istazzjon u li għalekk lest ikompli jagħti l-kontribuzzjoni annwali tiegħu f'waqtha għall-operat ta' l-istazzjon, il-Gvern Malti, minn naħa tiegħu, ma jkollu l-ebda diffikulta' dwar li l-istazzjon ikompli jopera mill-bidu tas-sena d-dieħla ininterrottament.
(kif korretta b'dokument numru 808 imqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta numru 72 tal-5 ta' Dicembru 2003)
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx xi konvenzjoni jew xi forma ta' ftehim internazzjonali li jobbligaha ma titfax l-iskart fil-baħar fi proġetti ta' reklamazzjoni u mmaniġġjar aħjar ta' l-iskart fl-istess ħin?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaħħlu l-bus stops fl-inħawi tal-knisja tal-Balluta fejn in-nies ikunu jistgħu jistkennu sakemm jirkbu l-karozza tal-linja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta qed tikkonsidra talbiet għall-approvazzjoni ta' Bus Shelters.
F'dan il-kaz, l-Awtorita' ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali konċernat.
Jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenta - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-għajnuna meħtieġa għax qed tħarbat l-edukazzjoni tagħha u anke ta' sħabha bl-imġieba tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li it-tifla imsemmija ngħatat kull għajnuna kemm mill-iskola u kemm mill-istrutturi provduti mid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.