Jista’ il-Ministru jgħid jekk taħt il-voti Contributions to Government Entities Vot 17, dak li kien ivvutat għal din is-sena ġiex mogħti lill-entita` konċernata skond kif kien ivvutat fil-budget għal din is-sena? Jekk le, kien hemm xi tnaqqis jew żidiet fl-estimi? Jekk iva, kemm kienu separatament għal kull entita`?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif ikun jista' jingħata meta jingħalqu u jiġu verifikati il-kontijiet konċernati.
Minħabba li wara l-elezzjoni kien hemm tibdil fil-ministeri minn kif kienu fil-leġislatura li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid liema voti waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kemm kienu? Kemm intnefaq s’issa minn kull vot separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-kwestjoni li nqalgħet bejn uħud mill-għaqdiet tal-bdiewa/produtturi u l-GRTU, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra li rċieva mingħand il-gvern u li dwarha ġew informati l-bdiewa nhar it-3 ta' April, 2003 permezz ta' ittra li ntbagħtet u li tagħha qed nibgħat kopja separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Napprezza jekk l-Onor. Membru jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Jista' il-Ministru jinformani u jekk jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-mekkaniżmu ta' kif se jitħaddmu s-salvagwardji tal-biedja lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Minħabba l-fatt li qed isiru diskussjoniiet mal-Kummissjoni Ewropeja fir-rigward tal-klawsola ta' salvagwardja mhuwiex il-waqt li tingħata informazzjoni li tista' tippreġudika l-pożizzjoni tal-produtturi lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' libell, ċivili u kriminali quddiem il-qrati? F'liema data nfetħu l-proċeduri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub dwar każi ta` libell, ċivili u kriminali pendenti quddiem il-Qorti hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni din is-sena u kemm minn dawn kienu Għawdxin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuni li jingħataw Pensjoni għall-Invalidita’ wara li jiġu ċertifikati minn bord mediku maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, jien infurmat li n-numru ta’ persuni li bdew jirċievu din il-pensjoni matul din is-sena kien 1,323.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jżomm statistika dwar in-numru globali ta’ dawn il-pensjonanti u mhux skond il-post fejn jabitaw.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' taxpayers illi ma mlewx il-formola ta' l-income tax u self-assessment għas-sena li għalqet f'Diċembru 2002 (sena ta' stima 2003) sat-30 ta' Ġunju ta' din is-sena kif stipulat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 24,381 persuna li ma bagħtux il-formola tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2003 sat-30 ta’ Ġunju, 2003. Minn dawn 5,861 waslu wara din id-data u l-kumplament ġew servuti bi stima skond il-liġi.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ma ġewx rapportati l-ebda każi ta’ serq fid-dipartimenti jew entitajiet fid-dekasteru tiegħi minn Jannar 2003 sal-lum.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minsiteru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Każi ta' serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Minn Jannar sa l-aħħar ta’ Novembru ġew irrapurtati dawn il-każi ta’ serq fid-diviżjonijiet indikati:
Fid-Diviżjoni tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Agrikolu kien hemm hames (5) każi kif jidher hawn taħt:
Sezzjoni Nru ta’ kazijiet Oggetti Misruqa Valur Azzjoni mehuda
Crop Husbandry 1 2 muturi ta’ l-inqix Lm400 Investigazzjoni
mill-Pulizija
Bord Intern ta’
Investigazzjoni
Il-Mixtla ta’ San Vincenz 2 31 xitla taż-żebbuġ Lm110.54 Investigazzjoni
12-il dielja fil-pots mill-Pulizija
13-il sprinkler Bord Intern ta’
1 battery tat-tractor Investigazzjoni
60 litru diesel
36 xitla taż-żebbuġ Lm 54 Investigazzjoni
mill-Pulizija
Bord Intern ta’
Investigazzjoni
Animal Husbandry 2 2 faġani Lm 35 Investigazzjoni
mill-Pulizija
Is-Security Officers
ġew imwissija biex
jieħdu aktar
prekawzjonijiet
2 balal Rye Grass Lm 10 Investigazzjoni
mill-Pulizija
Is-Security Officers
ġew imwissija biex
jieħdu aktar
prekawzjonijiet
Fit-Taqsima ta’ l-Ikel u Attivita` Veterinarja kien hemm tlett serqiet kif ġej:
1. Suzuki Vanette li nsteraq u nstab wara xahrejn mill-Pulizija. L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.
2. tminn (8) bagalji, canvas bag u plastic bag li kien fihom ġlud ta’ tjur li kienu kkonfiskati mid-Dwana u li kienu miżmumin ġo friża
3. sitt (6) bagalji u plastic bag abjad li kien fihom ġlud ta’ tjur li kienu kkonfiskati mid-Dwana u li kienu miżmumin ġo friża
Fl-aħħar żewġ każi msemmija passi ttieħdu billi sar Bord dipartimentali u saru investigazzjonijiet mill-Pulizija, kif ukoll inkjesta maġisterjali
Id-Dipartiment ħa ħsieb biex jitwaħħlu Closed Circuit TV Cameras (CCTV).
Minħabba li dawn kienu affarijiet maqbuda mid-Dwana m’ hemmx valur.
Ma ġew irrapportati l-ebda każi ta` serq fl-Awtorita` ta' Malta dwar L-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Djar — Appartament okkupat minn persuna li qed tiskonta sentenza ta' ħabs
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi appartament fil-blokk ta' appartamenti - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li kien għand persuna li qed tiskonta sentenza ta' ħabs? Min hu awtorizzat juża dan l-appartament bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika s'issa kemm kien hemm ġenituri li ttellgħu l-Qorti talli ma bagħtux lit-tfal l-iskola b'mod regolari? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet fl-2000, fl-2002, u fl-2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu fl-2000, fl-2002 u fl-2003 kien kif jidhru hawn taħt:
2000 2002 2003
Taħrikiet Taħrikiet Taħrikiet
Jannar 541 483 545
Frar 554 306 546
Marzu 260 407 547
April 575 480 499
Mejju 990 633 690
Ġunju - 46 269
Settembru 27 11 81
Ottubru 616 424 -
Novembru 259 458 -
Diċembru 552 334 -
Jista’ il-Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar il-lokalitajiet u r-raġunijiet minn fejn l-aktar kien hemm tfal li ma jintbagħtux l-iskola b'mod regolari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti d-dettalji rilevanti jew aħjar, jekk hu possibbli, ipoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja ta' 'Absenteeism in State Secondary Schools' (1997) kompilat mit-Taqsima tal-Welfare tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser jingħata lill-Onor. Membru.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-iskola tal-bniet Agius de Soldanis fir-Rabat Għawdex, hemm numru ta’ għalliema li huma pregnant u allura jinsabu b’nofs load tax-xogħol? Kemm huwa dan in-numru? Veru li dawn suppost ikollhom load sħiħ bħal għalliema oħra? Veru li dawn l-għalliema jidħlu u jitilqu x’ħin iridu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Agius de Soldanis hemm seba' (7) għalliema li huma 'pregnant', kollha b'full-load u li ħadd minn dawn l-għalliema ma tidħol u toħroġ mill-iskola x'ħin trid hi.
Għawdex — Skola Agius de Soldanis - Każ dwar tewmin
Question
Jista’ il-Ministru jikkonferma li fl-iskola Agius de Soldanis fir-Rabat Għawdex, hemm tewmin li qed jaqilgħu ħafna problemi, fosthom anke kissru karozzi ta’ għalliema u mhux qed jittiehdu passi ħalli taparsi sejjer kollox sew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Agius de Soldanis, hemm diversi koppji ta' tewmin. L-amministrazzjoni ta' l-iskola qatt ma kellha rapporti li xi tewmin kissru karozzi ta' għalliem.