Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodi msemmi, id-Direttur (EU Affairs) siefer erba' darbiet kif gej:
Pajjiz
Dati
Ammont
LM
Brussell
1-8 ta' Lulju 2001
249.19
Ċipru
16-19 ta' Lulju 2001
91.78
Brussell
28 ta' Nov - 1 ta' Diċ 2002
465.73
Brussell
25-28 ta' Frar 2003
567.03
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
ninsab infurmat li id-Direttur (Office of Review) fil-Ministeru għat-Turiżmu ma nħatarx f'April 2001 imma f'Jannar 2003. Minn meta ha l-ħatra 'l hawn, id-Direttur siefer darba waħda fuq xogħol meta attenda l-laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv ta' l-Organizzazzjoni Mondjali tat-Turiżmu li tagħha hu d-deputat rappreżentant għal pajjiżna.
Id-Direttur kien Madrid mill-31 ta' Mejju 2003 sal-5 ta' Ġunju 2003. In-nefqa għas-safra kienet kif ġej:
Vjaġġ Lm 151.15
Akkomodazzjoni u ikel Lm 650.08
Spejjeż oħrajn Lm 25.06
Total Lm 826.29
Jista’ il-Ministru jgħid jekk taħt il-voti Contributions to Government Entities Vot 18, dak li kien ivvutat għal din is-sena ġiex mogħti lill-fodazzjonijiet konċernati skond kif kien ivvutat fil-budget għal din is-sena? Jekk le, kien hemm xi tnaqqis jew żidiet fl-estimi? Jekk iva, kemm kienu separatament għal kull fondazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jingħalqu u jiġu verifikati l-kontijiet konċernati.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-MCAST kemm hemm lecturers, assistant lecturers u għalliema nieqsa f’kull istitut separatament? Jista’ jgħid ukoll liema huma s-suġġetti fejn hemm nuqqas ta’ staff?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCAST — Għalliema li kienu fl-iskejjel tas-snajja'
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-għalliema li kienu fl-iskejjel tas-snajja’ ġewx mitluba sabiex jgħallmu fl-MCAST? Barra minn dawn, kien hemm għalliema oħrajn li ġew mitluba jagħmlu dan? Jekk iva, mil-liema skola kienu? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-raġunijiet li għalihom dawn m’aċċettawx li jgħallmu fl-MCAST?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess ta' reklutaġġ ta' l-għalliema fl-MCAST huwa dak stabbilit mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Kulleġġ. Dan jikkonsisti f'sejħa pubblika u intervista.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-parti tat-triq li tiġi ħdejn il-Liceo Vassalli, Tal-Ħandaq ġewwa Ħal Qormi, jiġifieri it-Triq tal-Ħandaq, hijiex responsabbilta' tal-gvern ċentrali? Jekk iva, jista' jara li din it-triq tingħata priorita' minħabba li hija perikoluża għall-istudenti li jattendu f'dan il-liċeo?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi l-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija responsabilta tal-Kunsill Lokali, madankollu tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex tagħmel spezzjoni f'din it-triq u tara x'għandu jsir.
Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar il-Liċeo Vassalli f'tal-Ħandaq, jiġifieri dwar jekk hux se jsir maintenance sħiħ jew inkella hux se titwaqqa' u terġa' tinbena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-materja qed tiġi trattata fil-pjan ta' ħidma ta' l-FTS li qed jitfassal u għad irid jiġi approvat.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Każi ta' serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Novembru 2003, kien hemm 9 każi ta’ serq minn propjeta’ pubblika tad-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta’ l-Intern li ġew irrapurtati lill-Pulizija għal investigazzjoni. Infurmat ukoll illi wieħed minn dawn il-każi ġie solvut. Ħlief f’ każ wieħed, fejn il-valur ta’ l-oġġetti misruqa kien jaqbeż l-Lm500, il-valur fil-każi l-oħra kien taħt il-Lm200.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Każi ta' serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar 2003 'l hawn kien irrapurtat każ wieħed ta' attentat ta' serq fir-residenza ta' l-Ambaxxatur ta' Malta għall-FAO ġewwa Ruma. Meta l-ħallelin indunaw li kien hemm in-nies fir-residenza, huma ħarbu minn fuq il-post. Ma nsteraq xejn. Sar rapport uffiċċjali dwar dan l-inċident.
Wara dan l-inċident, ittieħdu passi biex tiżdied is-sigurta' fir-residenza ta' l-Ambaxxatur.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li, minn Jannar ta' din is-sena, kien hemm żewġ każi ta' serq minn postijiet tax-xogħol li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Fl-ewwel każ insteraq mobile phone minn wieħed mill-uffiċċji ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta. Fit-tieni każ insterqu flus minn vending machine li kienet installata fil-grounds ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi imma li ma kenitx proprjeta' ta' l-Istitut. Fiż-żewg każi sar rapport lill-Pulizija.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Każi ta' serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ġewx rrapporti ebda każi ta' serq fid-Dipartimenti u l-Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru.
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili
Dipartiment ta' Telegrafija Mingħajr Fili
Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta
Awtorita' ta' Malta Dwar il-Komunikazzjoni
Awtorita' Marittima ta' Malta.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ġew rrappurtati żewġ każijiet ta' serq millperjodu ta' Jannar sallum.
Iżzewġ każijiet ġew irrappurtati lillpulizija. Loġġetti misruqa kienu: Sebgħa (7) pali; sebgħa (7) xkupi, tlett (3) rakes, computer tower, stationery u (16) sittax-il computer mouse .
Il-valur ta' dawn l-oġġetti kien ta' Lm616.
Iżżewġ każijiet ġew riferuti lillpulizija għallinvestigazzjoni minn naħa tagħhom.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 35983 li saret fil-leġislatura l-oħra biex l-awtorita' marittima taċċerta l-fairway fil-bajja ta' Wied il-Għajn: 1) jista' il-Ministru ġentilment jinformani xi progress sar minn dak iż-żmien 'il hawn?
2) Ir-ritratti msemmija f'dik it-tweġiba ttieħdu? X'irriżulta? Possibbli jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra?
3) Saret xi konsultazzjoni mas-sajjieda kif intqal f'dik it-tweġiba?
4) Tneħħew ostakoli jew ġew spustjati rmiġġi?
5) Għaliex sena wara l-istess sajjieda full-time għadhom qed isibu problema biex jidħlu u joħorġu bil-laneċ tas-sajd tagħhom?
6) Jista' ġentilment iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħi waħda waħda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sar progress fil-ħolqien ta` fairway ġewwa l-Bajja ta` Marsaskala kif ser ngħid: -
1. Ir-ritratti msemmija ttieħdu u servew ta` bażi sabiex ssir proposta ta` kif tista' tinħoloq fairway ġewwa l-Bajja ta' Marsaskala b l-anqas spostamenti ta' dgħajjes possibbli li jkunu jridu jingħataw irmiġġ alternattiv ieħor.
2. Din il-proposta ġiet diskussa f'laqgħat li saru mal-Għaqda Sajjieda u Dilettanti ta' Wied il-Għajn sabiex jinstab l-aħjar mod ta' kif għandhom jitneħħew l-irmiġġi nvoluti u jingħataw irmiġġi alternattivi.
3. B'konsultazzjoni ma' l-Għaqda tad-Dilettanti ser jiġi ppublikat avviż għall-Baħħara fil-Gazzetta tal-Gvern.
4. Is-sidien involuti għandhom ineħħu l-irmiġġi tagħhom jew jispustawhom band'oħra sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2004 u fin-nuqqas ta' dan l-irmiġġi jintneħħew mill-Awtorita` Marittima ta' Malta.
5. Għalkemm teżisti l-ħtieġa tal-fairway ma jirriżultax li f'din l-aħħar sena saru xi lmenti partikulari li kien impossibbli li s-sajjieda ma jistgħux joperaw mill-irmiġġi tagħhom.
6. Il-proċess ħa daqsxejn fit-tul għaliex huwa mportanti li jsiru konsultazzjonijiet mal-Għaqdiet tad-Dilettanti u kif ukoll dawk kollha nvoluti, fosthom ukoll il-Kunsill Lokali, sabiex sa fejn hu possibbli eżerċizzju delikat bħal dan isir bil-koperazzjoni ta' kulħadd.
Possibbli l-Ministru jindikali meta bejn wieħed u ieħor it-Triq Hurd's Bank f'Żonqor Estate, f'Wied il-Għajn se tiġi mogħtija t-tarmac għax għalkemm hi abitata, għadha f'kondizzjoni ħażina ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi s-sejħa għall-offerta biex isir ix-xogħol tal-asfalt f'din it-triq issa ħarġet u qegħda fil-proċess li tiġi aġġudikata.
Possibbli l-awtorita' marittima tieħu passi biex fl-iqsar żmien possibbli titwaħħal bozza fil-ponta tal-breakwater li hemm fi Triq is-Salini, f'Wied il-għajn għaliex bil-lejl hu bla dawl, ma jidhirx minn fuq il-baħar u hu ferm perikoluż?
Jista' ġentilment jara li jittieħdu passi mmedjati qabel isir xi inċident?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Awtorita` Marittima diġa` qed tieħu l-passi xierqa biex tistabilixxi dawl għall-għajnuna lin-naviganti fil-ponta tal-breakwater li jinsab li l'hemm fit-Triq is-Salina f'Wied il-Għajn.
Dan id-dawl se jitwaħħal hekk kif l-apparat meħtieġ jasal għand l-Awtorita` Marittima. Il-Kunsill ta` Wied il-Għajn jinsab infurmat b'dan.
Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2712 u cioe' jista' jgħid liema huma dawk l-iskejjel primarji u sekondarji f'Malta u f'Għawdex li għandhom studenti b'diżabilita' ta' mobilita'?
Liema minn dawn l-iskejjel għandhom lift?
Liema huma l-iskejjel li fihom hemm ippjanat li jiġi stallat lift u meta hu ttamat, bejn wieħed u ieħor, li dan ix-xogħol ikun lest f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-iskejjel ta' Malta u Għawdex, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-lifts li stallat l-awtorita' tad-djar fl-2002 swew medja ta' Lm12,500-il wieħed, din is-sena dawn swew Lm14,000-il wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-informazzjoni tal-Onor. Interpellant, l-Awtorita’ tad-Djar toħroġ tenders għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki eżistenti tal-Gvern. Il-kuntratt normalment jingħata lill-kuntrattur li jagħti l-anqas offerta wara li jiġi il-konfermat li l-offerta tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fit-tender. Il-prezz tal-lift jiddependi fuq it-tip ta’ lift, l-għoli u l-kobor tiegħu u x-xogħol strutturali nvolut..