Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li fid-dekasteru tiegħi ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ serq minn Jannar sal-lum.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Moħqrija fuq annimali u tjur — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu kontra l-abbużi u moħqrija fuq annimali u tjur f'Malta u f'Għawdex separatament matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2002 u 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar ċitazzjonijiet li nħarġu fuq abbużi u moħqrija fuq annimali u tjur huwa kif ġej: 2001 2002 2003* Malta 9 29 15 Għawdex 2 1 1 *Sat-30 ta’ Novembru.

Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet ta' prodotti tat-tjur

Question

Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prodotti tat-tjur skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi mir-records disponibbli, ma jirriżultax li l-pulizija kellha xi ilmenti kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.

Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-bajd frisk

Question

Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prezz tal-bajd frisk skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
Leg 10 PQ #3237 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Euro security and defence policy

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex se jintnefqu t-Lm80,000 għal Euro security and defence policy ivvotati f'line item 5007 ta' l-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“line item” 5007 fil-parti l-kbira jkopri spejjeż b’konnessjoni ma’ xiri ta’ apparat, ilbies protettiv, eċċ għas-suldati tal-Forzi Armati li jistgħu jissejħu biex jipparteċipaw f’missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ taħt il-kappa tar-“Rapid Reaction Force”. Parti ta’ dan il-“line item” se tintuża għall-taħriġ fl-Italja għall-istess suldati.
Leg 10 PQ #3238 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Post accession programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema oqsma se jintnefqu, qasam b'qasam, il-Lm53,000 ta' fondi Maltin (Lm13,000) u Ewropej Lm40,000) imniżżla f'line item 7173 EU Post accession programmes (Structural funds) fl-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-fondi imnżżila f'“line item” 7173 huma l-istima ta' nfiq li mistenni jkun hemm fl-2004 taħt il-miżura 5.1 tas-“Single Programming Document” ta' Malta. Din titratta assistenza teknika taħt il-“European Regional Development Fund” (ERDF) skond artiklu 23 tar-Regolament Ġenerali tal-Fondi Strutturali

Bormla — Triq San Ġwann - Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni fejn qed isir slum clearance fi Triq San Ġwann, Bormla peress li d-drenaġġ ta' xi residenzi u tal-club ta' Cospicua Rangers F.C. qed jispiċċa fil-blat?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infumat li d-drenagg li qed jispicca fil-blat gej mill-house connections privat tar-residenzi u mhux mill-main tas-sistema pubblika. Ghalhekk din il-mistoqsija ghanhda ssir lill-Ministru responsabbli ghall-Housing Authority biex dawn jinvestigaw il-kaz.

Bormla — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 618, peress li l-Ministru qal li ilha x-xhur teżisti, meta fil-fatt din ilha biss ftit xhur, jista' jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Triq W. Rosato Bormla u din ir-rotta tibda tgħaddi minn San Ġwann t'Għuxa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmatli diġa teżisti rotta numru 6 bejn il-Belt Valletta u l-Birgu u viċi versa, via San Gwann t'Għuxa.

MEPA — Applikazzjoni għall-multi level car park f'Bormla

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-MEPA dwar il-bini ta' multi level car park f'Bormla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Outline Application għall-bini ta' multi-level car park f' Misrah Santa Margerita, Bormla, ġiet approvata fit-3 ta' Lulju 2003. Sussegwentement, l-Outline Permit ġie maħrug fl-10 ta' Awwissu 2003.

Bormla — Bieb il-Poverista - provvista ta' elettriku

Question

Jista' il-Ministru jara li jissaħħaħ is-servizz ta' l-elettriku fir-residenzi ta' Bieb il-Poverista f'Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi ix-xoghol biex tissahhah is-sistema ta' l-eletriku f'Bieb il-Polverista Bprmla ghandu jsir flimkien ma' xogholijiet ohra simili fil-gimghat li gejjin

Gozo Channel — Servizz ta' luggage carriage

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-servizz ta' luggage carriage tal-Gozo Channel ġie mwaqqaf? Jista' jagħti r-raġuni għal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizz li ghalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant m'ghadhux jinghata wara direttiva tal-Union biex il-haddiema ma juzawx il-Baggage Trailers

Siġġiewi — Triq ġdida fi Triq il-Fawwara - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tingħata wiċċ it-triq n/s in Fawwara Str, Siġġiewi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlet spezzjoni fil-lokalita msemmija mill-Onor. Interpellant u rriżulta illi peress li hemm ħafna għelieqi li għadhom ma ġewx żviluppati, it-triq ma tistax tingħata wiċċ għalissa.
Leg 10 PQ #3281 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sħubija ta' Malta fl-UE — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-inizjattivi differenti li beħsiebu jieħu l-gvern biex jiċċelebra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u kemm huma mistennija li jqumu ċ-ċelebrazzjonijiet kollha? Mil-liema line items tal-budget mistennija jiġu ffinanzjati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura.
Leg 10 PQ #3282 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MDC — Impjegat li qed jitlob transfer

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm it-trasferiment ta' l-impjegat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp lejn il-Gardening unit tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni meta hemm il-kunsens tal-Korporazzjoni u tal-Gardening unit għal dan it-trasferiment?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-“policy” tal-Gvern li talbiet bħal dik tal-persuna li isimha ngħata separatament jiġu milqugħa.

Persuni tas-sess oppost — Diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jidħlu fis-seħħ il-bidliet kollha meħtieġa skond id-direttiva 2000/78/EC li fost affarijiet oħra teħodha kontra d-diskriminazzjoni li ssir fuq il-postijiet tax-xogħol kontra persuni ta' orjentazzjoni sesswali differenti, peress li minkejja l-Avviż Legali 297, il-Moviment lokali tal-gays u l-lesbjani xorta għadu mhux sodisfatt bil-livell ta' ħarsien minn diskriminazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-provedimenti tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant li jirrigwardaw protezzjoni minn diskriminazzjoni relatata ma’ l-impieg, inkluż protezzjoni minn diskriminazzjoni a bażi ta’ orjentament sesswali, huma koperti bil-provedimenti ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali li ġew fis-seħħ fis-27 ta’ Diċembru 2002. Il-provedimenti ta’ Avviż Legali 297 ta’ l-2003 ikkonfermaw dan.

Bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid: a) x'passi ttieħdu; u b) x'passi jonqos li jittieħdu dwar din ir-rakkomandazzjoni li tinsab f'paġna 31 tal-Comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership: "The Maltese flag is still on the black list of the Paris memorandum of understanding. Efforts should be sustained to ensure that Malta will meet its objective of removing the Maltese flag from the Paris MoU black list"?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat matul l-aħħar snin l-Awtorita' Marittima ta' Malta ħadet diversi miżuri biex tassigura l-progress tal-bandiera Maltija. Tant hu hekk li r-rata ta' 'detentions' fil-Paris M.O.U naqset minn 17% fl-1995 għal 6.3% din is-sena li hu nqas mill-medja ta' 'detentions' għall-pajjiżi tad-dinja kollha fil-Paris M.O.U.
Leg 10 PQ #3289 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li minn April 2001 sa Ottubru 2003 id-Direttur (Strateġija u Ippjanar) fir-rwol ta’ Direttur (“Office of Review”) siefer fuq xogħol darbtejn: Żjara Nefqa Mit-30 ta’ Ġunju sas-7 ta’ Lulju 2001 LM 493.96 Mit-23 sas-26 ta’ Marzu 2003 LM 345.47

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.