Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa Ottubru 2003 id-Direttur ta' l-Office of Review siefer darbtejn. L-ewwel safra kienet bejn it-2 u l-15 ta' Marzu 2003 u l-ispiża globali kienet ta' Lm473.74ċ. It-tieni safra kienet bejn it-23 u 26 ta Marzu 2003 u l-ispiża globali kienet ta' Lm540.44ċ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-appointment tagħha f'April 2001 sa meta nbidel ir-rwol tagħha f' Ottubru 2003 id-Direttriċi ta' l-Office of Review tad-Dipartiment tas-Saħħa siefret kif ġej:
2001- Darbtejn
Tul taż
-ż
jara (jiem)
Kemm swiet flus (LM)
4
376.79
5
119.89
2002- 6 Darbiet
Tul taż
-ż
jara (jiem)
Kemm swiet flus (LM)
4
508.55
4
289.48
4
513.60
3
560.77
5
423.34
4
573.34
2003- 6 Darbiet
Tul taż
-ż
jara (jiem)
Kemm swiet flus (LM)
2
507.00
4
374.43
3
121.00 (l-ajru mħallas mill-U.E.)
3
454.27
4
307.00
2
262.75
Kien hemm drabi oħra apparti minn dawk indikati hawn fuq meta d-Direttriċi siefret fuq xogħol uffiċjali, iżda l-ispejjeż involuti kienu imħallsa kollha mill- organiżżaturi. Dan l-Uffiċċju ma jkollux informażżjoni u dettalji dwar dan is-safar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3191 u cioe' jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenta - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-għajnuna meħtieġa għax qed tħarbat l-edukazzjoni tagħha u anke ta' sħabha bl-imġieba tagħha?
Jista' il-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna mogħtija u jekk din l-għajnuna għadhiex tingħata u kemm se ddum tingħata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifla msemmija li tbati minn EBD (Emotional Behaviour Disturbance)qed tingħata kull għajnuna possibli mill-istrutturi provduti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Mhux hekk biss imma l-problema qed tigi ttrattata fil-klassi waqt il-lezzjonijiet tal-PSD sabiex l-istudenti jkunu aktar konxji minnha u b'hekk il-kundizzjoni ma tkompliex tinfirex. Il-fejqan huwa proċess ta' bil-mod.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3182 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-MInistru jgħid jekk Malta ffirmatx xi konvenzjoni jew xi forma ta' ftehim internazzjonali li jobbligaha ma titfax l-iskart fil-baħar fi proġetti ta' reklamazzjoni u mmaniġġjar aħjar ta' l-iskart fl-istess ħin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din hija kwistjoni li tikkonċerna lil MEPA u għalhekk nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Mediterranean academy of diplomatic studies — Chair in history of diplomacy
Question
Jikkonferma l-Ministru li l-Mediterranean academy of diplomatic studies qed tikkonsidra li twaqqaf chair in history of diplomacy li għandha tiġi msemmija għall-Hans-dieter Genscher?
Response (BORG, JOE)
Hemm proposta f'dan ir-rigward minn organiżżazzjoni Ġermaniża (ZEI - Centre for European Integration), li qiegħda tiġi studjata bejn iż-żewġ naħat.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet ma' l-Eġittu dwar extradition agreement bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (BORG, JOE)
Malta u l-Eġittu jaqblu li ftehim ta' estradizzjoni huwa importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalita'. It-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat bdew is-sena li għaddiet u għandhom jitkomplew fiż-żmien li ġej bil-ħsieb li jiġi konkluż dan il-ftehim.
SAS Snowflake — Titjiriet diretti lejn Malta fuq bażi scheduled
Question
Jikkonferma l-Ministru li l-low fare subsidiary tal-SAS Snowflake se tibda titjiriet diretti lejn Malta fuq bażi scheduled minn Copenhagen minn Marzu li ġej?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li huwa ippjanat li SAS Snowflake se tibda titjiriet diretti lejn Malta minn Copenhagen darba fil-gimgħa mis-sena d-dieħla bejn April u Ottubru.
Jikkonferma l-Prim Ministru li l-AFM ma laqgħetx stedina tal-Guardia Civilia Spanjola biex iżżur Algericas minħabba nuqqas ta' fondi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li uffiċjali tal-Forzi Armati ġa żaru Algeciras, Spanja.
Fondi biex issir iż-żjara msemmija kien hemm iżda l-Forzi Armati ma laqgħux stedina oħra minn kumpanija privata għal skop kummerċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl-MCAST? Jista' jagħti din il-lista separatament għal kull kulleġġ jew istitut, kif ukoll jgħid x'inhu s-suġġett? X'qed isir sabiex jimtlew dawn il-vakanzi? X'inhuma d-diffikultajiet sabiex jimtlew dawn il-postijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2817, informat li il-Kulleġġ joħroġ sejħiet pubbliċi meta dan ikun jeħtieġ. Id-diffikultajiet li wieħed jiltaqa' magħhom meta jsir ir-reklutaġġ ta' għalliema għall-kulleġġ vokazzjonali huma relatati ma' dewmien minħabba in-notice period, riżenji, dewmien fir-release mid-Dipartimenti tal-Gvern, il-kultura ġdida tax-xogħol fl-MCAST (sigħat itwal u vaganzi mnaqqsa) u l-faċilita' li wieħed jerġa' lura mal-Gvern jekk qabel kien impjegat tas-servizz pubbliku.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2346, jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-Anti-doping advisory board li ġie mwaqqaf dan l-aħħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-membri ta' l-Anti Doping Advisory Board huwa ffurmat kif ġej :-
Dott. Stephen Zammit M.D. Chairperson
Is-Sn. Lara Gerada B.Pharm Segretarja
Dott. John Buhagiar M.D. Membru
Dott. Janet Mifsud B.Pharm (Hons), Ph.D. (Qub) Membru
Is-Sur John Farrugia (Vice-President M.F.A.) Membru
Is-Sur Joe Cassar (Seg. Ġen. M.O.C.) Membru
Dott. Peter Fenech LL.D. Membru
Is-Sur Joe Dimech Membru
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema s'issa minn dawk li għamlu l-interviews ftit qabel bdiet is-sena skolastika wara li ggradwaw mill-Universita'? Kemm għad fadal gradwati li għadhom fuq il-waiting list?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' għalliema li ġew impjegati li għamlu l-interviews ftit qabel bdiet is-sena skolastika kienu:-
Primarja - 54
Sekondarja - 56.
In-numru ta' għalliema li fadal gradwati li għadhom fuq il-waiting list huma:-
Primarja - 77
Sekondarja - 62.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1973, jista' il-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti li minkejja li d-dqiq li nġieb, prima facie, jidher li huwa skond l-ispecifications tat-tender, xorta waħda mhux tajjeb għal dawk li għandhom bżonnu għax it-tip ta' dqiq li nġieb huwa cornflower?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa rċieva lmenti minn pazjenti dwar id-dqiq gluten free. L-ilmenti kienu jikkonċernaw il-kwalita' tal-ħobż magħmul minn dan id-dqiq.
Wara diversi interventi tad-Dipartiment mal-aġent lokali għadu kemm intlaħaq qbil biex konsenji futuri ta' dqiq ikunu ta' tip differenti. Id-dqiq il-ġdid huwa aktar preferut biex jiġu magħmula ħobż u għaġin.
Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jikkwalifikaw għall-għajnuna legali? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-għajnuna tiġi riveduta?
Response (BORG, TONIO)
Skond l-artikolu 912 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, persuna tikkwalifika għall-għajnuna legali jekk ikun jidhrilha li għandha jedd tajjeb biex tħarrek jew tiddefendi ruħha, jew li tkompli jew tkun parti fi proċedimenti, u illi minbarra l-oġġett fil-kawża, hija ma jkollhiex proprjeta’ li l-valur nett tagħha jammonta għal jew ikun aktar minn Lm3,000, bla ma jitqiesu dawk l-oġġetti tad-dar ta’ kuljum li huma meħtieġa għall-użu tal-persuna; u li l-qliegħ tal-persuna fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu qabel it-talba għall-għajnuna legali ikun inqas mill-paga minima nazzjonali. Fil-kalkolu tal-valur nett imsemmi ma jitqiesx dak tar-residenza prinċipali tal-persuna jew ta’ kull proprjeta’ oħra, immobbli jew mobbli, li dwarha jkun hemm kwestjoni fil-qorti, ukoll jekk dik il-proprjeta’ ma jkollhiex x’taqsam mat-talba għall-għajnuna legali.
Skond l-artikolu 913 ta’ l-istess Kodiċi, il-kondizzjonijiet imsemmija ma japplikawx għal persuna li tagħmel talba biex tingħata għajnuna legali għal azzjoni għall-korrezzjoni jew għat-tħassir ta’ xi reġistrazzjoni, jew għar-reġistrazzjoni ta’ att tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-mewt. Iżda jekk it-talba tiġi miċħuda il-persuna jkollha tħallas l-ispejjeż tal-kawża jekk il-qorti ma tordnax xort’oħra.
Għalkemm kull suġġeriment ġdid jiġi kkonsidrat, u diġa’ saru numru minnhom minn dan il-ministeru, pjan sħiħ għal dan it-tibdil għadu ma tnediex.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-films li nġibdu kollha jew parti minnhom f'Malta bl-għajnuna tal-Malta film facilities u dan mill-1999 'il hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1999 inġibdu f’pajjiżna aktar minn 50 produzzjoni awdjoviżiva.
Il-maġġoranza ta’ dawn il-produzzjonijiet inġiebu Malta permezz tax-xogħol li twettaq il-Malta Film Commission u ġibdu f’diversi postijiet madwar il-gżejjer Maltin kif ukoll fil-Mediterranean Film Studios.
Lista ta’ feature films u films għat-televiżjoni li nġibdu f’dawn l-aħħar ħames snin tinsab fit-tabella mehmuża.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Każi ta' serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:-
OĠ
ETTI MISRUQA
VALUR
X'PASSI TTIEĦ
DU
Erba' tabelli
Lm60
Il-każ ġie rrapurtat lill-Pulizija
Sellum ta' l-
aluminium
Madwar Lm50
Il-każ ġie rrapurtat lill-Pulizija
Number Plate
Lm10
L-ebda passi ma ttieħdu
Set tat-telefon
Alcatel
Madwar Lm80
Il-każ ġie rrapurtat lill-Pulizija u saret inkjesta Maġisterjali
Electronic Lead Detector
Lm160
Il-flus tnaqqsu mill-pagi tal-ħaddiema responsabbli mill-użu tiegħu
Partijiet minn romblu (
Road Roller
)
Madwar Lm2,000
Għaddejja nkjesta nterna u sar rapport lill-Pulizija
Żewġ batteriji ta' trakk
Lm54.40ċ
Qiegħda ssir inkjesta nterna kif ukoll sar rapport lill-Pulizija
140 litru Diesel minn gaffa
Lm35.36ċ
Sar rapport lill-Pulizija
10 folji njam ta' l-abjad taż-żewġ pulzieri
Lm100
Sar rapport lill-Pulizija
18
key clamps
Lm90
Sar rapport lill-Pulizija
8 barrikati tal-plastik
Lm32
Sar rapport lill-Pulizija
Sellum
Lm20
Sar rapport lill-Pulizija
4
motor vibrators
Lm1,340.90ċ
Sar rapport lill-Pulizija. Twaqqaf Bord ta' l-Investigazzjoni u ttieħdu passi dixxiplinarji kontra żewġ impjegati