Jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma ta' din il-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament, żdied sostanzjalment tant li qed jitfa' piż qawwi fuq l-għixien tagħhom? Jista' jara jekk hemmx xi ħsara f'dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq dan il-każ jidher li m’hemm ebda żieda sostanzjali fil konsum. Il-konsumatur li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant ġie ikkuntatjat bit-telefon fejn ġie nfurmat li l-konsum preżenti huwa ekwivalenti għal dak tal-passat. Barra minhekk il-konsumatur ġie nfurmat ukoll li l-aħħar kont attwali qed jarah għoli peress li m’għandux is-surcharge mnaqqsa u dan minħabba l-introduzzjoni tas-sistema tal-voucher.
Fil-fatt il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma hi nfurmata li l-konsumatur issa rċieva l-imsemmi voucher.
Tista' l-Ministru telenka x-xogħlijiet li saru din is-sena fuq l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li qed jinbena f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata mill-Kap tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma li x-xogholijiet li saru fuq l-impjant jikkonsistu primarjament f’dan li gej:
a) Xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, xoghol ta’ trinek gewwa u barra l-impjant u xoghol fuq it-triq li twassal ghall-impjant minn Triq Ta’ Brieghen;
b) Kostruzzjoni ta’ tankijiet ‘in-situ’ flimkien ma testijet ta’ ‘water tightness’ fuq l-imsemmija tankijiet;
c) Stallar ta’ apparat mekkaniku u elettriku fuq bosta mill-imsemmija strutturi li qeghdin fi stat avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il tender/direct order ħareġ mill-Ministeru għal xogħol ta' injam, fejn sar ix-xogħol, min tefa' t-tenders u l-ammont? Tista' tindika min ħa t-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispecifika l-perijodu li fih inghata x-xoghol imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari
Tista' l-Ministru tgħid meta ġiet installata s-sistema ta' air conditioning fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex; min kien ħa t-tender, kemm swiet is-sistema u kemm għandha garanzija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Tista' l-Onor. Interpellant jekk joghgobha tispecifika ghal liema sistema ta' air conditioning fl-Isptar Generali ta' Ghawdex qeghda tirreferi?
Peress li fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' żieda fl-istaff, tant li teżisti tensjoni kbira fuq il-ħaddiema minħabba pressjoni ta' xogħol, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex in-numru ta' ħaddiema jiżdied?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Tista' l-Onor. Interpellant tispecifika f'liema gradi qed tinhass tensjoni minhabba pressjoni ta' xoghol sabiex tkun tista' tinghata l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-pazjenti fl-2007 li mill-iSptar Ġenerali ta' Għawdex ġew riferuti Malta għat-trattament/test/intervent kirurġiku; l-eta' u s-sess tal-pazjent, kundizzjoni jew trattament/test/intervent meħtieġ u d-data?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess biex titressaq fil-parlament il-liġi dwar is-saħħa mentali? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha din il-liġi li marret fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-draft finali tlestiet u ntbgħatet għand l-Avukat Ġenerali dan is-Sajf. Ser titressaq il-Parlament wara li tkun finaliżżata.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija legalment separata u li għandha żewġt itfal, li applikat għall-akkomodazzjoni soċjali skond applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta din effettivament se tingħata l-istess talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Mejju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju ta' l-2007, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 38 każ ta' serq li f'20 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up
3
Pick Pocketing
19
Snatch & grab
12
Serq minn dghajjes
10
Serq ta’ dghajjes
3
Serq ta’ karozzi
29
Serq minn karozzi
147
Serq minn residenzi
55
Serq minn barijiet / lukandi
20
Serq minn xtajtiet
9
Serq minn fabbriki
2
Serq minn hwienet
17
Serq iehor
211
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju ta' l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 39 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Arson
8
Attempted offences
46
Bodily harm
111
Computer misuse
3
Crimes against public safety
1
Crimes vs administration of justice etc
1
Damage
230
Drugs
14
Forgery
4
Fraud
9
Illegal Immigration
19
Against morals/honour of family
3
Perjury & false swearing
3
Prostitution
8
Sexual offences
3
Theft
537
Threats and private violence
3
Violence against public officers
6
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jinbeda x-xogħol fuq il-footway bridge propost fi Triq is-Sebħ f'Ħal Qormi wara li kien intqal li se jsir f'Awissu 2007?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ‘it-tender’ għax-xogħolijiet fuq il-‘footway bridge’ għadu ma nbediex, għax il-permess min-naha tal-MEPA għadu ma nħariġtx.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-installazzjoni ta' traffic lights proposti fi Triq l-Imdina fil-parti ta' l-inħawi ta' Triq Dun Ġorġ Fenech f'Ħal Qormi minħabba li diversi residenti qed ikollhom periklu kbir biex jaqsmu din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Nterpellant illi l-istima għal dan ix-xogħol ġiet preparata u tender għandu jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjien.
Jista' l-Ministru jgħid sa x'ħin se jkunu l-ħinijiet għat-tfal fl-iskola sekondarja ġdida f'Tal-Ħandaq f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern jaħdmu l-ħinijiet kif stabbilit fil-ħatra tagħhom ta' uffiċjali pubbliċi u skond il-ftehim milħuq ma' l-MUT fis-17 ta' Lulju, 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhi l-iskeda tal-ħinijiet tal-karozzi tal-linja numru 91 li jitilqu mill-Venda ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi u r-rotta li tgħaddi minnhom din il-linja? Jista' jgħid hemmx xi ħsieb li din il-linja tiżdied il-frekwenza tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda dokument bil-ħinijet tar-Rotta kif ukoll t-toroq minn fejn tgħaddi.
Jien infurmat li m’ hemm l-ebda ħsieb li jiżdiedu l-ħinijiet ta’ din ir-rotta u infurmat ukoll li l-ADT qatt ma rċiviet talba sabiex il-ħinijiet ta’ din ir-rotta jiġu estiżi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Apparat energy saving
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-nefqa fuq apparat energy saving matul il-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant kien kif ġej:
Jannar Xejn
Frar Lm110.14
Marzu Lm596.55
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?