Jista' il-Ministru jgħid jekk l-għalqa li qiegħda fi Triq il-Vittmi tal-gwerra, Raħal Ġdid li tmiss mad-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hemmx xi permess ta' bini fuqha? Jekk iva, x'permessi huma? Jista' jagħti informazzjoni fuq xi permessi marbuta ma' din l-art?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista' l-Onor. Interpellant jekk jgħobġu jissotometti 'site plan' tal-għalqa msemmija biex inkunu nistgħu nagħtu l-informazzjoni meħtieġa għaliex is-sistema tal-mappi tal-Awtorita' ma' tinkludiex l-ismijiet tad-djar.
Infakkar lill-Onor. Membru li hu jista’ ifittex direttament din l-informazzjoni fuq il-MapServer tal-
website
tal- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA),
www.mepa.org.mt
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' omm separata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din l-omm tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Postijiet li għandhom faċilita' għal ġbid ta' films
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jilqa' għall-isfida ta' postijiet oħra li għandhom faċilitajiet għal ġbid ta' films bħal dawk fir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija, issa li Malta se tidħol fl-Unjoni Ewropea? Malta qed toffri xi inċentivi biex il-producers tal-films jagħżlu lil Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa fatt li ħafna pajjiżi madwar id-dinja għarfu li produzzjoni awdjoviżivi jiġġeneraw qliegħ tajjeb għall-ekonomiji tagħhom u għalhekk qed joffru diversi għajnuniet fiskali u finanzjarji biex jattiraw produzzjonijiet internazzjonali lejhom.
Malta, minħabba li hi limitata fid-daqs u t-topografija, fir-riżorsi u fl-infrastruttura qatt ma tista’ tkun kunsidrata bħala destinazzjoni ewlenija f’din l-industrija. Biss, għadna nħaddnu numru ta’ vantaġġi li għadhom jagħmluna destinazzjoni popolari għal-ġbid ta’ ċertu produzzjonijiet li jew jużaw l-baħar u li jew jikrejaw ambjent antik.
Il-kompetituri ewlenin tagħna huma l-Italja, Franza, Spanja, il-Messiku, il-Marokk, it-Tunisija u numru ta’ pajjiżi mill-Lvant ta’ l-Ewropa.
Fil-preżent il-Gvern qed joffri żewġ inċentivi minimi biex jattira aktar produzzjonijiet lejn xtutna li huma:
a) ħlas minimu għall-użu ta’ postijiet publiċi
b) refunds fuq it-taxxa tal-valur miżjud fuq is-servzzi u l-prodotti kollha li jikkunsmaw f’Malta.
Fid-dawl tar-realtajiet internazzjonali u l-inċentivi li qed jingħataw mill-kompetituri tagħna hu l-ħsieb tal-gvern li jingħataw aktar inċentivi li permezz tagħhom nkunu nistgħu nħajru aktar produzzjonijiet lejn Malta.
Pero jidhrilna li m'għandniex nagħmlu shopping list ta' nċentivi imma li noperaw sistema flessibbli biex nindirizzaw il-ħtiġijiet, xi kultant komplessi, ta' kull produzzjoni ta' ċerta daqs.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li ħalla qliegħ dirett u/jew indirett il-ġbid ta' films f'Malta mill-1999 sa Ottubru ta' din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-fatt li l-estimi ta’ nfieq li fuqhom isir il-budget ta’ produzzjoni awdjoviżiva mhux dejjem jkun jirrifletti n-nefqa li filfatt isseħħ, huwa diffiċli li wieħed jżomm rendikont preċiż ta’ l-investiment li produzzjoni awdjoviżiva tiġġenera f’Malta.
Minkejja li f’pajjiżna ma tinġabarx statistika uffiċjali fuq din in-nefqa, il-Malta Film Commission tistma li f’dawn l-aħħar 5 snin intefqu f’pajjiżna madwar Lm55 miljun lira minn produzzjonijiet differenti.
Din in-nefqa normalment tinqasam fuq ħolqien ta’ impjiegi temporanji u fissi, bini ta’ sets u bini ieħor, kiri u xiri ta’ apparat u materji oħra, akkomodazzjoni, trasport, servizzi professjonali, ikel u xorb, attivitajiet kulturali u ta’ divertiment kif ukoll mezzi ta’ kommunikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw bħala part-timers biss fil-31 ta' Ottubru ta' din is-sena? Kemm huma rġiel u kemm huma nisa? Kemm mit-total qed jagħmlu aktar minn xogħol part-time wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni tirreġistra fuq ir-reġistru tagħha lil dawk li jfittxu xogħol full-time. Minkejja dan il-Korporazzjoni nidiet reġistru eletroniku għal min qed ifittex xogħol part-time fuq il-web-site tagħha, fejn il-persuna tista' tpoġġi C.V. tagħha.
In-numru ta' nies li qegħdin fuq ir-reġistru eletroniku tal-Korporazzjoni sal-31 ta' Ottubru kien ta' 78 li jinqasam f'24 rġiel u 54 nisa. Hdax-il persuna kellha xogħol part-time wieħed filwaqt, li żewg persuni biss kellhom aktar minn xogħol part-time wiehed.
ETC — Persuni li għandhom impjieg full-time u anke part-time
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies li minbarra mpjieg full-time għandhom ukoll impjieg part-time? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Settembru 2003 in-numru ta' nies li minbarra mpjieg 'full time' kellhom ukoll impjieg 'part-time' kien 15,132; li minnhom 11,559 kienu irġiel u 3,573 kienu nisa.
Il-figura ta' Settembru 2003 hija waħda proviżorja.
Jista' il-Ministru jgħid minn dawk li għandhom xogħol part-time biss, kemm minnhom huma taħt il-25 sena? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Kemm minnhom huma taħt il-21 sena u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Settembru 2003 ħaddiema jaħdmu xogħol 'part-time' biss, kien hemm 2,887 irgiel taht -il 25 sena u 3,584 nisa. Taħt -l 20 sena kien hemm 1,551 irgiel u 1,877 nisa.
Il-figura ta' Settembru 2003 hija waħda proviżorja.
Jista' il-Ministru jgħid minn dawk li bagħtu r-return tat-taxxa għas-sena li għaddiet qabel l-aħħar ta' April, kemm fadal biex jintbagħtilhom jekk fadlilhomx jagħtu aktar taxxa jew li qegħdin tajjeb?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn total ta’ 127,338 dikjarazzjonijiet (return tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2003) li daħlu sal-aħħar ta’ April, 548 persuna għad trid tkun innotifikata; minn dawn 20 m’għandhomx bilanċ x’jagħtu, 90 għandhom xi diskrepanza fl-informazzjoni mogħtija, u 438 għandhom bilanċ ta’ taxxa favur tagħhom.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-laħam tal-majjal
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prezz tal-laħam tal-majjal skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-ħalib frisk
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prodotti tal-ħalib frisk kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-prodotti taċ-ċanga friska
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prodotti taċ-ċanga friska skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
B'riferenza għas-sussidji li l-Prim Ministru ħabbar nhar id-9 ta' Novembru waqt attivita' fil-Pitkalija Ċentrali li se jingħataw lill-bdiewa, raħħala u l-agro-industrija, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' dawn is-sussidji, settur settur, u kemm minnhom se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fis-sena 2004 is-sussidji li se jingħataw il-bdiewa, ir-raħħala u s-settur agro-industrijali (eskluż sajjieda) se jkunu mqassmin skond id-diversi setturi li ġew identifikati fil-Programm Speċjali għall-Biedja Maltija (SMPPMA) li ġie nnegozjat ma' l-Unjoni Ewropeja. Dan it-tqassim se jsir kif indikat fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, li turi wkoll kemm hu mistenni li jitħallas mill-fondi tal-Gvern, u kemm minn dawk ta' l-Unjoni Ewropeja. Naturalment, billi s-sussidji huma marbutin mal-produzzjoni, jista jkun hemm xi varjazzjonijiet skond il-livell tal-produzzjoni li jintlaħaq fid-diversi setturi matul is-sena 2004.
Dawn l-ammonti ma jinkludux għajnuna oħra li se tingħata matul is-sena li ġejja, li jinkludi għajnuna diretta.
B'riferenza għall-ftehim milħuq mat-tarznari, jista' il-Ministru jgħid kemm tneħħew managers u f'liema sezzjonijiet? Kemm mill-Malta Drydocks u kemm mix-Shipbuilding?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn mindu ntlaħaq il-ftehim kollettiv tat-Tarzni tnehhew seba' managers mill-MSCL u manager wieħed mill-Malta Drydocks. Dawn il-Managers kienu jokkupaw il-karigi ta':-
MSCL: Procurment and Stores Manager, Assistant Financial Accounts Manager, Maintenance Manager, Company Medical Officer, Block Fabrication Manager u Painting and Services Manager.
MDD: Financial Controller.
1 B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' " corned beef in airtight cans " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "?
Jista jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħrog il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ajruplani/vapuri tal-gwerra — Użu mill-faċilitajiet tal-portijiet Maltin
Question
Matul din is-sena, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi fejn gvernijiet ta' pajjiżi oħra talbu li l-ajruplani u l-vapuri tal-gwerra tagħhom jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-portijiet ta' l-ajruport tagħna u ġew irrifjutati? Jekk iva, liema gvernijiet kienu dawn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-talbiet biex ajruplani militari u vapuri navali jidħlu f'Malta jsiru lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni
Question
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2989 u 3154 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ?
Jista' jagħtini dak it-tagħrif miġbur diġa' għax jinsab kompjuterizzat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma hemmx waiting list għal każijiet urġenti.
Dipartiment
Numru ta' Konsulenti
Numru ta' Pazjenti
Waiting Period
Oftalmija
4
2000
Sentejn
Ginekoloġija
8
128 (Maġġuri)
107 (Minuri)
Frar 2004
Jannar 2004
Ortopedija
6
4607
7 snin*
Uroloġija
2
-------
6 ġimgħat
Nuroloġija
2
22
6 xhur
Plastic Surgery
2
80
Sena
ENT
4
80
Marzu 2004
General Surgery
9
776
Marzu 2004
Kardjoloġija
5
130
Sena
* Ir-Raġuni għal dan id-dewmin huma varji. Jista jkun għaliex xi pazjenti partikulari ma jkunux konformi ma l-istruzzjonijiet mediċi li jkunu ngħataw.
Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni
Question
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2989 u 3154 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ?
Jista' jgħid liema mit-tagħrif huwa kompjuterizzat u liema le?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Numru 3286.
Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni
Question
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2989 u 3154 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ?
Jista' jgħid xi programm ta' ħidma hemm u b'liema skadenzi ta' żmien biex it-tagħrif kollu jiġi kompjuterizzat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Numru 3286.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.