Legislature:
Category:
Reset
Active:

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif jidher hawn taħt. Ta' min igħid li f' xi każi l-ispejjeż tas-safar kienu ffinanzjati jew megħjuna mill-organizzazzjoni ta' barra bħal ma hija t-TAIEX. SAFAR MID-DIRETTUR (OFFICE OF REVIEW) SENA PERJODU PAJJIŻ SPIŻA (Lm) 2001 2 - 7 ta' Lulju Brussels, Belgium 322.47 22 - 28 ta' Settembru Vienna, Austria 578.74 2002 8 - 10 ta' April Brussels, Belgium 79.02 25 - 27 ta' Marzu Brussels, Belgium 38.21 14 - 16 ta' Mejju Brussels, Belgium 25.75 2003 24 - 25 ta' Marzu Brussels, Belgium 534.93 14 - 16 ta' April Brussels, Belgium 371.70 6 - 12 ta' Settembru Vienna, Austria 158.93

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kif jista’ japprezza l-Onor. Interpellant dan il-Ministeru ġie kostitwit f’April 2003 u għalhekk ma nistax nirrispondi għall-xi ħaġa li saret qabel dik id-data barra l-fatt ukoll li la qabel dik id-data u lanqas wara jiena ma kelli direttur office of review. Nitlob lil Onor. Interpellant ikun iżjed speċifiku jew jgħaddi l-isem separatament.
Leg 10 PQ #3305 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Bdoti tal-helicopters

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 2979, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' training matul l-istess xhur fuq helicopters tat-tip Alovette u fuq ajruplani tat-tip Islander?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li jingħata t-“training” neċessarju u ma jidhirlix li huwa meħtieġ li tingħata l-informazzjoni dettaljata mitluba. (Tweġiba mogħtija: 10/12/03PM) (Seduta Numru: 74)

Birżebbugia — Main tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex il-main tad-drenaġġ li jgħaddi minn fejn l-Al Fresco restaurant għal Qajjenza jiġi mnaddaf bil-bowser mill-kuntrattur privat sabiex jiġi evitat l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ, Birżebbugia?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li d-Dipartiment tad-Drenagg jaghmel programm kull sena ghal tindif preventiv fis-sistema tad-drenagg fil-postijiet frekwentati minn nies u mit-turisti, b'attenzjoni partikolari fejn hemm stabbilimenti ta' l-ikel. Il-post imsemmi fil-mistoqsija parlamentari huwa wiehed bhal dawn u ghalhekk il-mejn tad-drenagg f'din it-triq jinghata importanza u jitnaddaf kull sena permezz ta' kuntratur privat. Il-hlas lill-kuntratur hu ta' 80c kull metru u ghalhekk ghad-distanza tal-mejn f'dan il kaz, hi bejn wiehed u iehor 750m, l-ispiza ta' kull darba tigi madwar Lm600. Ghalhekk f'hames snin din l-ispiza titla ghal madwar Lm3000.
Leg 10 PQ #3307 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tħejjijiet qed tagħmel l-Universita' biex fil-futur tkun tista' tospita studenti mill-bqija tad-dinja li se jkunu kisbu d-dritt u l-mezzi biex isegwu kors universitarju post-graduate fil-programm Erasmus Mundus?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' ilha issegwi l-programm Erasmus Mundus fi ħdan l-Unjoni Ewropeja. Kienet infatti waħda mill-istituzzjonijiet li proponiet dan il-programm. Għal dan il-għan saru żewġ laqgħat ġewwa Brussel fit-13 ta' Novembru u oħra ser issir fil-11 u 12 ta' Diċembru 2003 biex jiġi stabbilit programm ta' azzzjonijiet li jridu jittieħdu mill-pajjiżi membri. L-Universita' ser tipparteċipa peress li hija msieħba fil-grupp Compostela, Utrecht u Santander u tista' tipprovdi 'joint master programme' taħt id-direzzjoni tal-Proċess ta' Bolonja.
Leg 10 PQ #3308 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Qasam edukattiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kollaborazzjoni ddiskuta l-ministeru fil-qasam edukattiv mad-delegazzjoni Kanadiża li kellna fostna dan l-aħħar immexxija mill-Onor. Paul Dubois?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'laqgħa nhar it-Tlieta 2 ta' Diċembru 2003 gewwa Kastilja is-Segretarju Permanenti u d-Direttur għall-Affarijiet Ewropej fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ressqu dawn is-suġġerimenti għall-attenzjoni tad-Delegazzjoni Kanadiża: Għajnuna fl-assessjar formattiv u fil-pedagoġija ta' l-edukazzjoni bikrija. L-integrazzjoni ta' tfal ta' ħaddiema emigranti. Taħriġ ta' għalliema fil-qasam ta' l-ICT (żvilupp ta' webpages u software interattiv). Żvilupp tat-tagħlim mill-bogħod (distance learning) liema korsijiet jistgħu ikunu 'housed' fl-MCAST. Għajnuna fil-qasam ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u r-riċerka. L-ETC, l-MCAST, l-MCST u l-Universita' jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna. Għajnuna fil-qasam tar-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi. Sħubija għal studenti universitarji u żgħażagħ partikolarment fi żjajjar ta' skambji fi ħdan il-programm Erasmus ta' l-UE. Kuntatt fil-qasam tar-riċerka fil-programm FP6 ta' l-UE.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Produzzjoni televisiva/taċ-ċinema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed jippjana li jagħmel il-ministeru biex ikun hemm iżjed kollaborazzjoni qawwija bejn Malta u l-Kanada fil-qasam awdjo-visiv u l-produzzjoni televisiva u taċ-ċinema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mużewijiet/siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

In-nefqa kapitali ta' Lm330,000 vvutata għal titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr, kif mistennija li tintnefaq fis-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mużewijiet/siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuqhiex intnefqet il-Lm550,000 ta' somma kapitali vvutata għas-sena 2003 għal titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mużewijiet/siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal għad-deċiżjoni li n-nefqa kapitali fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr tinżel b'40% mill-budget 2003 għall-budget 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li huwa inkorrett li wieħed jgħid li n-nefqa kapitali fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħolijiet ta' restawr niżel b'40 % mill-budget 2003 għall-budget 2004. Jekk wieħed iħares lejn l-estimi issib li hemm ivvutati : taħt Heritage Malta Lm 430,000 EU Structural Funds Lm 112,000 Kontribuzzjoni tal-Gvern għax-xoghol li jrid isir f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra Lm 37,000 l-proġett fuq l-iżvillupp tal-Forti Sant'Iermu Lm 65,000 ki ukoll Lm70,000 taħt is-Sovrinetendenza tal-Patrimonju Malti liema flus kienu s-sena l-oħra jidhur taħt il-vot ta' Heritage Malta. Għalhekk is-somma totali hija ta' Lm714,000 li hija 30% iżjed mill-budget tas-sena 2003.
Leg 10 PQ #3320 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Moska — Taħditiet bejn id-diriġenti tal-Kordin Grain company

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar it-taħditiet f'Moska bejn id-diriġenti tal-Kordin Grain company fir-Russja?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet esploratorji li saru f'Moska mid-diriġenti tal-Kordin Grain Company kienu riżultat ta' kuntatti diplomatiċi li saru mal-Kamra tal-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa li uriet l-interess tagħha fis-servizzi ta' din il-kumpanija. Wara li ġew identifikati uħud mir-Reġjuni Russi li potenzjalment jistgħu jesportaw qmugħ u ċereali, id-diriġenti Maltin marru Moska f'Settembru li għadda għal taħdidiet inizjali ma' rappreżentanti tar-Reġjuni u organiżżazzjonijiet interessati fil-faċilitajiet li toffri Malta għal ħażna ta' konsenji mmirati għar-riesportazzjoni. It-taħdidiet li seħħew għadhom mhux konklussivi.
Leg 10 PQ #3321 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Moska — Ambaxxata Maltija

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-ambaxxata Maltija f'Moska qed tfittex premises ġodda?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa rigward ir-rilokazzjoni ta' l-Ambaxxata Maltija f'Moska f'bini ieħor ilhom għaddejjin għal diversi snin. Iż-żewġ naħat qegħdin jinnegozjaw fuq din il-materja u hu mistenni li jintħlaħaq ftehim f'qasir żmien sabiex l-ambaxxata ta' Malta ikollha bini aktar adattat biex jaqdi il-funzjonijiet diplomatiċi u konsulari tagħha.

Konslu Malti f'Iżrael — Taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport

Question

Jikkonferma l-Ministru li f'Ottubru l-konslu tagħna f'Iżrael flimkien ma' uffiċjali tas-sigurta' Iżraelita żaru l-MIA għal taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #3323 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Visa biex persuni ta' nazzjonalita' Maltija jkunu jistgħu jidħlu l-Libja

Question

Jikkonferma l-Ministru li minħabba l-prinċipju tar-reċiproċita', Malta ġiet mgħarrfa min-naħa Libjana li l-Maltin se jkollhom bżonn il-visa biex jidħlu fil-Libja mill-1 ta' Mejju?

Response (BORG, JOE)

Għalkemm il-Maltin ser ikollhom bżonn il-Visa biex jidħlu fil-Libja mill-1 ta' Mejju 2004, bħalma l-Libjani ser ikollhom bżonn il-Visa biex jidħlu f'Malta mill-istess data; matul iż-żjara tal-Prim Ministru Libjan f'Malta f'Ottubru li għadda, iż-żewġ naħat qablu li jkollhom taħdidiet sabiex jidentifikaw u jaqblu bejniethom kif l-aħjar tkun introdotta il-Visa bejn Malta u l-Libja mingħajr ma' tkun ta' xkiel għal kummerċ u t-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa l-ħsieb taż-żewġ naħat li tkun introdotta sistema effiċjenti ta' ħruġ ta' Visa li tista tinkludi wkoll il-Visa tat-tip multiple entry. Hemm ukoll il-ħsieb li jkun hemm eżenzjoni mill-bżonn tal-Visa fir-rigward ta' uffiċċjali Governattivi u dawk diplomatiċi.
Leg 10 PQ #3324 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Transfer of sentenced prisoners

Question

Jikkonferma l-Ministru li t-Tuneżini ma aċċettawx talba Maltija biex jiġi ffirmat ftehim dwar transfer of sentenced prisoners?

Response (BORG, JOE)

Għal diversi drabi, Malta urit ix-xewqa li jkollha taħdidiet mat-Tuneżija sabiex jintlaħaq ftehim għat-trasferimenti ta' persuni kkundannati. S'issa, l-awtoritajiet Tuneżini m'humiex qed iħossu l-ħtieġa għal ftehim bħal dan. Il-Ministeru tiegħi qed ikompli jipprova li jinbdew taħdidiet sabiex jintlaħaq ftehim jew xi forma ta' arranġament ieħor dwar din il-materja.

World trade centres association general assembly

Question

Jista' il-Ministru jgħid min irrappreżenta lil Malta Enterprise fil-World trade centres association general assembly fl-Istati Uniti? X'kien l-eżitu ta' din iż-żjara?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise kienet rappreżentata mic-chairman tagħha Joe Zammit Tabona. L-għan ta' din iż-żjara kien li jkompli fuq ix-xogħol biex jinstabu intraprendituri u investituri għall-proġett tal-Malta World Trade Centre.

Freeport — Bejgħ ta' ishma

Question

Jista' il-Ministru jgħid: 1) jekk it-trattattivi għall-bejgħ ta' l-ishma tal-Freeport għadhomx mexjin; 2) jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslu; 3) jekk hemmx xi ħjiel dwar meta jistgħu dawn it-trattattivi jiġu konklużi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa ħabbart fid-diskors tal-Budget 2004 għandna nidħlu f'negozjati dettaljati. Sa issa dawn in-negozjati għadhom ma bdewx.

Dipartiment tal-bini u manutenzjoni — Taqsima tal-maintenance

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema setgħa u jedd manager fit-taqsima tal-maintenance fi ħdan id-dipartiment tal-bini u manutenzjoni neħħa skrivana li kienet part-timer regolari u minflokha daħħal lill-ibnu mingħajr ebda applikazzjoni jew prosegwiment ta' proċeduri u minn wara dahar l-istess direttur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li la tneħħew skrivani u lanqas ġew impjegati oħrajn flokhom fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar.

Paceville — Proġett ta' embellishment

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta' embellishment ta' Paceville kif ukoll ipoġġi kopja tal-pjanta tax-xogħlijiet fuq il-mejda tal-Kamra? Meta nbdew ix-xogħlijiet u meta hu previst li jitlestew? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa x-xogħol previst?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' embellishment f'Paceville jikkonsisti f'dan li ġej:- xogħol estensiv fuq is-servizzi tal-W.S.C., dranaġġ, Maltacom, Melita Cable u Enemalta; irranġar tal-bankini kollha; uċuħ ġodda għat-toroq interni kollha f'Paceville; xogħol ta' tisbiħ fil-pjazza prinċipali ta' Paceville; semi-pedestrianisation ta' toroq li jmissu mal-pjazza; twaħħil ta' arbli tad-dawl dekorattivi f'diversi toroq. Ix-xogħol inbeda fl-1 t'Ottubru 2003, u huwa maqsum fi tlett fażijiet. Mistenni li jitlesta' kollu sa l-aħħar ta' Ġunju 2004. Ix-xogħol huwa stmat li jiġi jiswa madwar Miljun Lira Maltin inkluż il-pagi tal-ħaddiema tal-Gvern li qed jagħmlu l-parti l-kbira tax-xogħol fuq dan il-proġett. M'huwiex il-każ li npoġġi kopja tal-pjanti peress li huma numru konsiderevoli u jeħtieġ ammont ta' flus sabiex isiru. Għaldaqstant nistieden lill-Onor. membru li meta jkun komdu jista' jara l-pjanti rikjesti.