Legislature:
Category:
Reset
Active:

Miżbla tal-Magħtab — Vetturi li jarmu l-iskart

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3227 u cioe' jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati sabiex idaħħlu l-iskart fil-Magħtab? X'inhi r-rata għar-rimi fil-Magħtab illum u x'se tkun is-sena d-dieħla (2004)?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata għar-rimi fil-Magħtab illum hija dik li kienet ġiet stabbilita fis-sena 1997, jiġifieri tmienja u tletin ċenteżmu (38ċ, VAT inkluż). Jekk ikun ser isir xi tibdil fir-rata, din tiġi mħabbra kif stabbilit fl-Avviż Legali 128 ta' l-1997. Dwar l-ewwel parti tad-domanda ninsab infurmat li l-liċenzjar tal-vetturi sabiex ikunu jistgħu jiddisponu l-iskart fil-Magħtab, sa llum hija responsabbilta' tal-MEPA. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Fondi mill-UE għal riabilitazzjoni ta' miżbliet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3228 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont ta' fondi li l-Unjoni Ewropea hi prevista li se tagħti lil Malta għal: 1) riabilitazzjoni tal-miżbliet eżistenti; 2) tkabbir ta' l-impjant tal-kompostaġġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel fażi tar-riabilitazzjoni tal-miżbliet eżistenti hija stmata li ser tiġi tiswa 8.4 miljun Euro. Fil-każ ta' ristruttrrazzjoni ta' l-impjant ta' l-iskart ta' Sant'Antnin l-istima hija madwar 16-il miljun Euro. Il-finanzjament taż-żewġ proġetti ser jinħareġ bi sħab bejn il-Gvern Malti u l-UE fis-snin bejn l-2004 u l-2006.

Qrendi — Temporary engineered landfills

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3229 u cioe' jgħid jekk tlestiex l-Environmental impact assessment li kellu jsir dwar it-temporary engineered landfills fil-Qrendi? Jekk fin-negattiv, meta se jitlesta dan l-istudju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju ambjentali (Environmental Impact Assessment) dwar l-Interim Controlled Engineered Landfills tlesta' u l-bieraħ (it-Tlieta 9 ta' Diċembru) ġie sottomess lil MEPA.

Kumpanniji — Ħlasijiet pendenti tat-taxxa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji u stabbilimenti li waqgħu lura fil-ħlas tagħhom lid-dipartiment tat-taxxi? Kemm hemm minnhom li ntrabtu li jħallsu dak li għandhom jagħtu f'arranġament mad-dipartiemnt ta' ħames snin jew iżjed, ta' tliet snin jew iżjed ta' sena jew iżjed?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika — Deficit

Question

Meta skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika d-deficit strutturali qabeż il-Lm139 miljun sa l-aħħar ta' Ottubru 2003, jista' il-Ministru jgħid liema sorsi ta' dħul se jagħlqu d-deficit għal Lm108 sa l-aħħar tas-sena 2003 kif bassar il-Ministru fid-diskors tiegħu tal-budget?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Bdiewa — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgid jekk saritx xi wegħda bil-miktub mis-segretarju permanenti fil-ministeru qabel l-aħħar elezzjoni lill-organizzazzjoni tal-bdiewa li s-sussidju tal-gvern fuq in-nofs bolla tal-bdiewa kellu jitneħħa wara li tiddaħħal skema ta' assikurazzjoni mfassla mill-APS Bank?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-iskema tan-nofs bolla mhux kompatibbli mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropeja, u din trid titneħħa mhux aktar tard mid-data ta’ sħubija.

Bdiewa — Ħlas ta' bolla

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk organizzazzjonijiet tal-bdiewa ġewx imwiegħda qabel l-elezzjoni mis-segretarju permanenti fil-ministeru li s-sistema tan-nofs bolla mħallsa mill-bdiewa kellha titneħħa wara Jannar 2004 u mhux f'Jannar 2004 kif tħabbar fil-budget għas-sena 2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 3371.
Leg 10 PQ #3082 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attakk terroristiku internazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Malta hux imħejjija għal possibbilta' ta' attakk terroristiku internazzjonali? Kien hemm kuntatti ma' pajjiżi barranin dwar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-servizzi ta’ l-emerġenza u tas-sigurta` ta’ Malta huma mħejjija biex jirreaġixxu għal ċertu tipi ta’ atti terroristiċi u biex jipprovdu assistenza mmedjata. (Tweġiba mogħtija: 09/12/2003PM) (Seduta Numru: 74)

Kunsill Malti għall-isports — Lasti tal-football

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-kunsill Malti għall-isports hux se jmorru jaraw li fil-grounds ta' Malta u Għawdex il-lasti, speċjalment dawk li jintużaw għal-logħob tal-five a side u għat-taħriġ, humiex imwaħħla ma' l-art biex b'hekk jiġi żgurat li m'huma ta' l-ebda periklu kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għal kbar? Jaf il-Ministru jekk hemmx grounds li għadhom ma ħadu l-ebda azzjoni minkejja l-inċident sfortunat u traġiku fejn miet żagħżugħ meta waqgħet lasta fuqu fl-iskola li kien jattendi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li mhuwiex kompitu tal-Kunsill Malti għall-Isport li jiċċertifika l-attrezzaturi li jkun hemm fil-grounds tal-futbol jew xi sports ieħor jekk humiex safe biex jintużaw għax din hija responsabbilta’ purament ta’ dawk li jkunu qegħdin imexxu l-istess faċilitajiet. Il-Kunsill Malti għall-Isport kiteb lill-entitajiet sportivi ikkonċernati biex dawn jiżguraw illi l-Kumitati affiljati magħhom ħadu l-miżuri kollha neċessarji fil-faċilitajiet sportivi taħt ir-responsabilita’ tagħhom. Fil-fatt kien hemm risposta mingħand assoċċjazzjoni waħda fir-rigward tal-miżuri meħuda. Madanakollu l-Kunsill lest li joffri s-servizzi tiegħu ta’ parir lil xi assoċċjazzjoni li titlob dan.

Għaqda tal-bodybuilding — Użu ta' sustanzi llegali fl-isport

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2345, jista' il-Ministru jgħid meta rċieva r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding dwar l-użu ta' sustanzi llegali fl-isport? Jista' jgħid meta ntbagħat lill-kunsill Malti għall-isport? Dan il-kunsill ingħata terminu ta' żmien biex ilesti r-rapport tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding ġie mibgħut nhar id-29 ta' Ottubru 2003. Ġie mgħoddi lil Kunsill Malti għall-Isport nhar il-11 ta' Novembru 2003, li qiegħed jieħu parir legali dwaru.

Kunsill Malti għall-isport — Użu ta' sustanzi llegali fl-isport

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif beħsiebu jaħdem il-kunsill Malti għall-isport biex jiġbor it-tagħrif meħtieġ meta jinvestiga rapport dwar l-użu ta' sustanzi llegali fl-isport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. membru li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3084.
Leg 10 PQ #3086 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Programm GRANDSTAND — Investigazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference ta' dawk li qed jinvestigaw l-allegazzjoni li saret fuq il-programm GRANDSTAND u li saret riferenza dwarha fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2348? Kif se titmexxa din l-investigazzjoni? Ingħata żmien sa meta għandu jitlesta r-rapport finali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li t-terms of reference li ngħataw lill-uffiċċjali li qegħdin jinvestigaw l-allegazzjoni li saret referenza għalija fil-mistoqsija parlamentari numru 2348, huma li tittieħed azzjoni legali fejn jinstabu xi nuqqasijiet mill-proċeduri normali li titlob il-Liġi f'dan ir-rigward. L-investigazzjoni qiegħda tkun parti mill-ispezzjoni li s-soltu ssir għall-proċess verbal, f'dawk l-ispiżeriji li jbiegħu dawn it-tip ta' mediċinali. F'dan l-istadju mhux opportun li tingħata nformazzjoni dwar proċeduri u żmien allokat.

Persuni nvoluti fl-isports — Teħid ta' sustanzi llegali

Question

Għalkemm fil-mistoqsija parlamentari 2347 il-Ministru qal li l-pulizija mhux se jinvestigaw allegazzjonijiet pubbliċi dwar it-teħid ta' sustanzi llegali għaliex il-kummenti kienu ġeneriċi, ma jaħsibx li din mhux tweġiba konvinċenti għaliex fil-fatt saru dawn l-allegazzjonijiet u Ministri oħra ħadu azzjoni? M'huwiex id-dover tal-pulizija li jinvestiga kulma jkun hemm dwar id-droga, speċjalment meta dawn l-allegazzjonijiet saru minn żewġ tobba ggradwati fil-mediċina sportiva u president ta' għaqda sportiva nazzjonali?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba msemmija mill-Onorevoli Interpellant, fejn jirriżulta lill-Pulizija illi jkun hemm xi abbuż minn dawn is-sustanzi, jittieħdu passi skond il-liġi.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"corned beef in airtight cans " meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellagg inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsijiet dwar kemm se jkunu t-tariffi u ir-rati ta' dazju għall-importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja tinstab f'din il-website: http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN Dwar kwoti fuq il-prodotti msemmija din tista’ tintalab lil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent. It-tunnellaġġ fl-iskema "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products" ġie negozjat fuq il-bażi tal-importazzjoni ta’ Malta tal-prodotti konċernati f’dawn l-aħħar snin.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-4,200 tunnellata ta' " hindquarters of bovine with bone frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista' jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issusidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" hindquarters of bovine with bone frozen" meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE? It-tunnellagg inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-mportazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika ukoll ?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'referenza ghas Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,000 tunnellata ta' "boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħro l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen" meta jiġi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-500 tunnellata ta' "Others prepared processed domestic swine products " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Jnterpellant illi l-Ministeru tiegħi qatt ma kellu uffiċċjal bil-kariga speċifika ta' Direttur Office of Review.