Legislature:
Category:
Reset
Active:

Postijiet ta' divertiment li ngħalqu fuq ordni tal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 2003 kemm-il post ta' divertiment/bars, eċċ. ingħalqu fuq ordni tal-pulizija talli kienu qed jiksru l-liġi? Għal kemm-il jum? F'kull każ, x'kien dan il-ksur? F'liema lokalitajiet ingħalqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm bar wieħed fiż-Żejtun li ġie ordnat jagħlaq nhar is-16 ta` Novembru 2003 sakemm sar it-transfer tal-liċenzji nhar l-24 ta` Novembru 2003. Dan ġara wara li nstab li fil-bar kienet qed tindaqq mużika b`volum għoli u li l-bar kien qed ikun ġestit minn persuna mhux liċenzjata.

Postijiet ta' divertiment — Bejgħ ta' alkoħol lil żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar il-liġi fuq l-alkoħol, jiġifieri dwar l-eta' minima taż-żgħażagħ li jistgħu jidħlu jixorbu f'bars u postijiet ta' divertiment fid-dawl tal-fatt li l-għaqda tal-ġenituri qed tiġbor il-firem biex tagħmel pressjoni biex tinbidel din il-liġi, speċjalment dwar il-bejgħ ta' flixken tax-xorb ħalli minn 16-il sena l-eta' togħla għal 18-il sena u dan peress li l-gvern ilu jistudja din il-materja għal aktar minn sena?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid, qed jiġu ikkunsidrati diversi proposti għal kontroll aħjar tal-konsum u l-abbuż ta` l-alkoħol. Meta tittieħed deċiżjoni, isiru l-emendi neċessarji.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Persuni eliġibbli biex jivvutaw

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-persentaġġi ta' dawk bejn it-18-il sena u l-25 sena li kienu eliġibbli biex jivvutaw u li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fis-snin 2000, 2001 u 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull lokalita' separatament?

Response (BORG, TONIO)

Peress li din il-materja tikkonċerna l-Uffiċċju Elettorali nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kunsilliera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilliera f'Malta u Għawdex li huma bejn it-18-il sena u l-25 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub mill-Onor. Interpellant. L-informazzjoni mitluba tista` tintalab mill-Kummissjoni Elettorali. Sadanittant il-Kunsilli Lokali ser jiġu mitluba jiġbru din l-informazzjoni pero` bħalissa diġa` qed jiddedikaw ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar informazzjoni mitluba b`referenza għal żewġ Mistoqsijiet Parlamentari oħra.

Dazji fuq importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Othersd prepared processed domestic swine products " meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellagg inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-mportazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-521 tunnellata ta' materja prima u kemm bhala kompożizzjoni ta' "Milk cream in powder or other solid form, fat content less than 1.5% " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tohroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Milk cream in powder or other solid form, fat content less than 1.5% " meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-250 tunnellata ta' "natural butter fat content 85% immediate pack " skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' "natural butter fat content 85% immediate pack "meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-250 tunnellata ta' materja u kemm bħala kompożizzjoni ta' " others butter, fat content 85% immediate pack" skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Mdina — Xogħol fuq is-swar

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-ministeru għas-sena 2004 għax-xogħol meħtieġ li jrid isir fuq is-swar ta' l-Imdina bejn Palazzo Vilhena u x-Xara Palace Hotel li skond l-aħħar studju ta' l-Universita' ta' Bologna jinsabu fil-periklu li jċedu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura hemm unit apposta li tieħu ħsieb strutturi perikolużi, għalhekk nitlob lil Onor. membru jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #3326 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stati Uniti — US Naval war college - symposium li attenda għalih il-brigadier ta' l-AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien is-suġġett tas-symposium li l-Brigadier ta' l-Armata attenda fil-US Naval war college fl-Istati Uniti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-tema prinċipali tas-“symposium” li l-Brigadier ta’ l-Armata attenda fil-“US Naval College” fl-Istati Uniti kienet “International Maritime Strategy”. (Tweġiba mogħtija: 10/12/03 AM) (Seduta Numru: 75)
Leg 10 PQ #3327 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

International organisation for migration — Sħubija ta' Malta

Question

Jikkonferma l-Ministru li Malta applikat biex tissieħeb fl-International organisation for migration? Meta applikat? Fiex waslet din it-talba?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li fis-7 ta' Ottubru 2003 il-Kamra tad-Deputati approvat riżoluzzjoni biex Malta ssir membru sħiħ fl-International Organisation for Migration, fil-15 ta' Ottubru 2003 jien ktibt lid-Direttur Ġenerali ta' l-IOM fejn issottomettejt l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' din l-organiżżazzjoni. Din l-applikazzjoni ġiet diskussa fit-18 ta' Novembru 2003 meta ltaqgħet is-sitta u tmenin Sessjoni tal-Kunsill tal-IOM li unanimament qablet li Malta ssir il-102 membru ta' l-istess Organiżżazzjoni. Din l-aħbar dehret fil-gażżetti lokali bi press release nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru 2003.
Leg 10 PQ #3328 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ISSP 2003-2005

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ISSP 2003-2005 ġietx ippubblikata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bhal plans ta’ qabel, l-“Information System Strategic Plan” 2003 – 2005 ghas-Servizz Pubbliku ma giex ippublikat. Hu mistenni li jitpogga fuq il-website tac-CIMU aktar ’il quddiem.
Leg 10 PQ #3329 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

MEUSAC — Segretarju esekuttiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta is-Sur David Casa inħatar segretarju esekuttiv tal-MEUSAC? Jekk għandu, kemm għandu ħlas għal dan ix-xogħol?

Response (BORG, JOE)

Is-Sur David Casa ġie appuntat Executive Secretary tal-MEUSAC mill-1 ta' Settembru 2003 cioe' minn meta l-MEUSAC ġie rikostitwit. Is-Sur Casa kien ġie ngaġġat bħala Inter Ministerial Coordinator on the European Union mal-Ministeru b'kuntratt iddatat 25 ta' Marzu 1999. Il-ħlas li qed jingħata bħala Executive Secretary, MEUSAC huwa dak li kellu a bażi tal-kuntratt iddatat 25 ta' Marzu 1999 miżjud biss bl-aġġustamenti ġenerali li saru fir-rati tal-pagi minn dak inhar.
Leg 10 PQ #3330 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bord ta' konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se jitħallas il-board ta' konsulenti għall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?

Response (BORG, JOE)

Il-Bord ta' konsulenti għall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa kompost minn disa' persuna li, minbarra tnejn ser jirċievu honorarium ta' LM1,000 fis-sena kull wieħed.
Leg 10 PQ #3331 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Voice of the Mediterranean — Managing director

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, bħala managing director tal-Voice of the Mediterranean?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2846 fejn tinstab l-informazzjoni mitluba minnu

Mdina — Xogħol ta' pavimentar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk intgħażilx il-materjal li se jintuża għall-pavimentar ta' l-Imdina u jekk fl-affermattiv, x'tip ta' materjal hu? Meta se jinbeda x-xogħol tal-pavimentar? Kemm hu stmat li se jqum dan il-pavimentar inkluż il-prezz tal-materjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materjal li ser jintuża għall-pavimentar ta' l-Imdina huwa tat-tip Altopiano Ragusano. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jibda f'Jannar tas-sena d-dieħla. L-istima tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex isir il-pavimentar, inkluż il-materjal, hija stmata għal madwar Lm500,000 iżda l-ispiża tkun magħrufa wara li jinfetħu l-offerti finanzjarji.

Djar — Appartament okkupat minn persuna li qed tiskonta sentenza ta' ħabs

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3192 u cioe' jista' jgħid jekk hemmx xi appartament fil-blokk ta' appartamenti - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li kien għand persuna li qed tiskonta sentenza ta' ħabs? Min hu awtorizzat juża dan l-appartament bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandi nagħti dan it-tip ta’ dettalji b’mod pubbliku.

Miżbla tal-Magħtab — Rimi ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3226 u cioe' jgħid x'kien id-dħul tal-gvern għar-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab mill-1998 sal-lum, kull sena separatament? Kemm hu l-ammont ta' flus li l-gvern għad fadallu jiġbor mir-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:- DĦUL (ESKLUŻ IL-VAT) X'FADAL JINĠABAR (INKLUŻ IL-VAT Lm. ċ. Lm. ċ. 1998 - 109,632.30 1998 - 774.02 1999 - 117,228.41 1999 - 23,645.10 2000 - 308,069.93 2000 - 37,499.46 2001 - 505,294.26 2001 - 42,124.28 2002 - 506,128.21 2002 - 196,764.37 2003 - 407,076.04 (sat-2 ta' Diċembru 2003) 2003 - 222,219.39 (sal-31 ta' Ottubru 2003)