Jista' il-Ministru jgħid minħabba l-istat perikoluż li jinstab fih il-palazz Vilhena fl-Imdina hemmx bini tal-privat li huwa wkoll fi stat ta' periklu direttament minħabba f'hekk? Liema bini hu? Min huma s-sidien? Saret xi konsultazzjoni bejn il-gvern u s-sidien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura hemm unit apposta li tieħu ħsieb strutturi perikolużi, għalhekk nitlob lil Onor. membru jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' " Other processed cheese(Kefoalo-tyri,) etc "meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbazi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-52,000 tunnellata ta' "Common wheat and meslin seed " skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Common wheat and meslin seed "meta jiġi mportat mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-mportazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-61,000 tunnellata ta' "barley, excluding barley seeds " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"barley, excluding barley seeds "meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.
B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-62,000 tunnellata ta' "Maize (corn) excluding seeds " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-Direttur ta' l-Office of Review siefer tliet darbiet kif imnizzel hawn taht:
2001: 30 ta' Gunju-7ta' Lulju bi spiza globali ta' Lm655.58
2001: 10-13 ta' Lulju bi spiza globali ta' Lm427.68
2002: 23-26 ta' Marzu bi spiza globali ta' Lm464.55
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt li għandha l-MITTS Ltd biex tipprovdi "international connectivity" fuq il-MAGNET huwa mal-Ministeru ta' l-Affarijist Barranin u mhux ma' l-Ambaxxati jew kummissjonijiet individwali, u konsegwentement nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin.
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li riċentement fl-Armata saru l-eżamijiet tat-trade ta' Intelligence Operators Grade II? Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex dawn l-eżamijiet ġew mgħaġġlin daqshekk filwaqt li eżamijiet oħra fit-trade ta' storeman baqgħu ma sarux minkejja l-parir ta' l-Ombudsman?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nikkonferma li sar l-eżami msemmi. Ninsab infurmat li ma kien hemm għad ħadd bit- “trade” ta’ “Intelligence Operator Grade II” qabel ma sar dan l-eżami.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' l-MCAST li ħadmu matul is-sajf, l-ewwel qalulhom li se jitħallsu Lm36 f'Ottubru jew f'Novembru u issa ġew mgħarrfa li mhux se jitħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Għotjiet ta' Manteniment għall-istudenti huma speċifikati bil-liġi fl-Avviż Legali rilevanti u id-drittijet ta' l-istudenti huma ċari skond dawn ir-regolamenti.
Informat li jirriżulta li s-sajf li għadda, numru ta' studenti ta' l-MCAST ħadmu għal xi ġimgħat. Iżda dan l-eżerċizzju ma kienx faċilitat mill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti, kif ikun dak ta' l-istudenti universitarji, iżda mill-MCAST stess jien infurmat li bħalissa qed issir ħidma biex tinstab soluzzjoni għal din il-kwestjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'żamm il-proċess tat-tendering għat-traffic lights fit-Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun? Jista' jgħid meta se jkun lest il-proċess ta' tendering ħalli x-xogħlijiet jibdew mill-aktar fis possibbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi id-dokumenti neċessarji ntbagħtu lid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex tkun tista' tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2056 u cioe' kemm hemm għalliema jew instructors li għadhom mingħajr load ta' lezzjonijiet? Għaliex u fejn qegħdin? X'inhuma s-suġġetti li suppost jgħallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandna xejn x'inżidu mat-tweġiba oriġinarjament mogħtija.
Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm saru żjajjar fi ħwienet/canteens fi skejjel ta' l-istat, indipendenti u dawk tal-knisja? F'liema skejjel saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li spezzjonijiet sanitarji fi ħwienet/tuck shops ta' skejjel mhumiex responsabbilta' diretta tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Spetturi sanitarji tad-Diviżjoni tas-Saħħa jieħdu ħsieb dawn iż-żjajjar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar bejgħ ta' junk food mill-ħwienet/canteens ta' l-iskejjel ta' l-istat f'din is-sena skolastika? Liema kienu dawn l-iskejjel u x'kien il-junk food? Kien hemm xi rapporti dwar skejjel indipendenti/tal-knisja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm l-ebda rapport dwar bejgħ ta' 'junk food' fl-iskejjel ta' l-Istat. Fi skola waħda bdiet tinbiegħ iċ-chips iżda ittieħdu l-passi u dan twaqqaf fil-pront.
Informat ukoll li is-sezzjoni tan-Non State Schools tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kellha l-ebda rapport ta' bejgħ ta' 'junk food' minn skejjel tal-Knisja jew Indipendenti.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti godda fuq l-importazzjoni ta' " others butter, fat content 85% immediate pack "meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' "chedder cheese " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' "chedder cheese "meta jigi mportat mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE?
It-tunnellagg inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,000 tunnellata ta' "Edam cheese " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Edam cheese "meta jiġi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond "
Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products
" ikopri l-importazzjoni minn
non EU states
abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.