Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3378 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Lija — Kumpless ta' l-universita - studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li jattendu l-Universita' li joqogħdu fil-kumpless li għandha l-Universita' f'Ħal-Lija? Kemm iħallsu? Jista' jgħid jekk hemmx ukoll professuri u/jew lecturers jew staff akkademiku ieħor li joqogħdu hemm? Jista' jagħti dettalji dwar il-ħlasijiet li jsiru minn dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sad-9 ta' Diċembru 2003 kien hemm 150 student universitarju barrani joqogħdu fir-Residenza ta' Ħal Lija. Dan in-numru ivarja minn żmien għall-ieħor. Ir-rati li jħallsu l-istudenti ivarjaw skond jekk il-persuna tridx kamra għaliha waħedha jew tkunx lesta toqgħod f'kamra ma' student ieħor. Ir-rati huma kif ġej: Kamra b'persuna waħda Kamra b'aktar minn persuna waħda Sena akkademika: minn Lm1056 sa Lm990 minn Lm792 sa Lm660 1st Semester: minn Lm548 sa Lm514 minn Lm411 sa Lm343 2nd Semester: minn Lm520 sa Lm488 minn Lm390 sa Lm325 Fir-Residenza bħalissa hemm joqgħod staff akkademiku wieħed. In-numru ta' dawn jinbidel minn żmien għall-żmien. Ir-rati li jħallsu jiddependi minn liema tip ta' akkomodazzjoni jiddeċiedu li jieħdu.
Leg 10 PQ #3379 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Lija — Kumpless ta' l-universita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar il-kuntratt biex l-Universita' ta' Malta ħadet f'idejha l-kumpless tagħha f'Ħal-Lija? Ma' min sar? Għal kemm snin? Kemm huwa l-ħlas? L-Universita' għandha sehem fit-tmexxija ta' dan il-kumpless?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel kuntratt għall-kera tar-Residenza sar f'Mejju 1994. Il-kuntratt sar ma' Torri Gardens Ltd. L-ewwel kuntratt kien għal perjodu ta' tlett snin u ġie mġedded minn żmien għall-żmien. Il-kera attwali hi ta' Lm50,000 fis-sena. Ir-Residenza ta' l-Universita' hi immexxija mill-University Catering Services Ltd. L-isħma ta' din il-kumpanija huma kollha ta' l-Universita'.
Leg 10 PQ #3380 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti ta' immigranti llegali

Question

Jista' il-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija numru 2782 u jagħti d-dettalji mitluba dwar l-istudenti ta' immigranti illegali li jattendu skejjel f'Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' tfal ta' immigranti li qegħdin miżmuma Malta u li qed jattendu l-iskejjel ta' l-istat huma ħmistax. Sebat'itfal oħra qegħdin jattendu fi tlett skejjel tal-Knisja. 22 tifel u tifla qed jattendu f'waħda mill-iskejjel Primarji Indipendenti.

Immigranti llegali — Impjieg temporanju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2783, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm immigranti li huma rikkonoxxuti bħala refuġjati u dawk li huma meqjusa taħt protezzjoni? Ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati u n-numru ta` dawk li ingħataw protezzjoni umanitarja mill-Uffiċċju Malti għar-Refuġjati hu ta` 79 u 417 rispettivament. Hemm ukoll 124 persuna oħra li kisbu protezzjoni mill-UNHCR. Hemm ukoll numru ta` persuni li ingħataw protezzjoni temporanja mill-awtoritajiet Maltin u li ma ġewx proċessati mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Naħseb li jkun iktar għaqli, speċjalment għall-aħjar sigurta` tar-refuġjati nfushom, jekk ma jingħadx pubblikament mill-liema pajjiżi huma ġejjin ir-refuġjati li għandna fostna.
Leg 10 PQ #3208 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet ta' l-'O' u l-'A' level

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2778 dwar eżamijiet ta' l-'O' u l-'A' levels, jista' il-Ministru jgħid mit-tliet skejjel indipendenti msemmija fit-tweġiba, liema huma l-bordijiet barranin li għalihom jitressqu studenti tagħhom? Kemm hu stmat li jitressqu studenti, f'liema suġġetti u f'liema livelli?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3209 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet ta' l-'O' level

Question

Fl-aħħar eżamijiet li saru f'Mejju/Ġunju ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm qagħdu għall-eżamijiet fil-livell ordinarju ta' l-Universita' ta' Londra? F'liema suġġetti u kemm kien hemm studenti maqsuma f'subien u bniet li resqu għal kull eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3210 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet ta' l-'O' level

Question

Jista' il-Ministru jgħid mit-total ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet organizzati mill-Universita' ta' Londra f'livell ordinarju, kemm kienu mill-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti? Kemm kienu subien u kemm kienu bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #3211 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet fil-livell avanzat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Londra toffrix eżamijiet fil-livell avanzat lil studenti Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji dwar in-numru ta' studenti, dwar is-suġġetti, eċċ.?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Mdina — Tindif tas-swar

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħala parti mill-wirt storiku ta' pajjiżna meta l-aħħar li tnaddfu s-swar ta' l-Imdina u minn min? Jeżisti xi programm biex dawn is-swar jitnaddfu b'mod regolari?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi mhuwiex attrezzat li jagħmel dan it-tip ta’ xogħol. Hemm unit speċifika mal-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura li tieħu ħsieb tagħmel dan ix-xogħol u għalhekk nitolbok tagħmel id-domanda lil Ministru konċernat.

Mdina — Manutenzjoni tas-swar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi tiswijiet fis-swar ta' l-Imdina f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid x'kienu dawn it-tiswijiet, kemm qamu u minn min saru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi mhuwiex attrezzat li jagħmel dan it-tip ta’ xogħol. Hemm unit speċifika mal-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura li tieħu ħsieb tagħmel dan ix-xogħol u għalhekk nitolbok tagħmel id-domanda lil Ministru konċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"Maize (corn) excluding seeds " meta jigi mportat mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-3,000 tunnellata ta' "ross" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tar-"ross" meta jiġi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,500 tunnellata ta' "Malt of other cereals excluding wheat flour " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"Malt of other cereals excluding wheat flour "meta jigi mportat mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products" ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3241, Seduta Numru 74.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-3,500 tunnellata ta' "Semolina (groats and meal of durum wheat " skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #3203 Sitting 77 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi ta' persuni nfettati bl-AIDS

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2003 kemm kien hemm każi rrappurtati ta' AIDS? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm kien hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika illi mill-ewwel ta' Jannar 2003 s'issa ġew notifikati erba' (4) persuni li għandhom l-AIDS. Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' u biex nipproteġu l-individwi kkonċernati, informazzjoni fuq is-sess u nazzjonalita' ma tistax tingħata.

Mdina — Palazz Vilhena

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta nbena l-palazz Vilhena fl-Imdina? Kemm minnu qed jintuża bħalissa u għal liema skop?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija jista' jagħmel riferenza fil-kotba ta' l-istorja, fir-rigward tat-tieni parti - bħalissa madwar 80% tal-palazz qiegħed jintuża. Il-parti prinċipali hija okkupata mill-Mużew Nazzjonali ta' l-Istorja Naturali, parti oħra tintuża bħala uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina, parti oħra bħala Għassa tal-Pulizija, u l-Mdina Dungeons mikrija lil terzi persuni.

Mdina — Palazz Vilhena

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar rapport uffiċjali dwar l-istat tal-bini tal-palazz Vilhena fl-Imdina? Jista' ipoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Membru li x-xogħol ta’ moniteraġġ fuq l-istat tal-Palazz Vilhena u l-inħawi ta’ madwaru sar mill-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura, għalhekk nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Mdina — Palazz Vilhena

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jiġi żgurat li l-palazz Vilhena ma jkomplix jikkrolla u fiż-żmien jispiċċa fix-xejn? Minn fejn hu mistenni li jinġabu l-fondi għal dan il-għan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3205 għar-rigward il-parti teknika. Fir-rigward tal-fondi nista nassigura lil Onor. Interpellant li għadhom qed isiru studji dwar kif jistgħu jinstabu l-fondi meħtieġa.