Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet f'Novembru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'Novembru kemm ġew irrapportati serqiet minn djar, ta' vetturi, u minn vetturi?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tagħrif li jien tajt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3385.

Pulizija — Rapporti dwar serq minn opri tal-baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet ta' opri tal-baħar matul din is-sena? Kemm ġew irrapportati serqiet minn jottijiet/laneċ, eċċ., fl-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tagħrif li jien tajt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3385.
Leg 10 PQ #3416 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Luqa — Kulleġġ ta' l-għammieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sistemi tal-computer u mill-office furniture li kienu jinsabu fil-kulleġġ ta' l-għammieri, f'Qormi Road, Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tnejn mill-computers u l-office furniture li kienu jinsabu fl-uffiċċju tal-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura li kien iservi ukoll bħala uffiċċju tal-Gardening Section tad-Diviżjoni ittieħdu fl-uffiċċju tal-Gardening Section, Villa Psaigon. L-erba' computers li kienu fil-computer room u li, għax ma jistgħux jiġu upgraded ma ġewx aċċettati mill-Istitut ta' l-Agribusiness qegħdin ukoll il-Gardening Section. Dawn ġew spezzjonati bil-għan li d-Diviżjoni tiddisponi minnhom.
Leg 10 PQ #3429 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati — Rapporti - Santa Venera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il reat kienu rapportati kull sena lill- pulizija minn Santa Venera minn meta bdiet tinżamm l-istatistika bis-sistema il-ġdida fl-1997? X'kienu dawn ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Triq il-Palazz l-Aħmar — Santa Venera

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbena mill-ġdid Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm ta' asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Birkirkara — Kuntratt għaż-żamma tas-soft areas

Question

Jista' il-Ministru jieħu dawk il-passi li jidhirlu xierqa biex ikun assigurat li l-kuntrattur li ħa x-xogħol għaż-żamma tas-soft areas fi Triq Salvu Psaila Birkirkara u Triq il-Ferrovija l-Qadima Santa Venera jżommhom kif suppost b'siġar u pjanti ħajjin u mingħajr ħaxix ħażin? Jista' il-Ministru jara li jsiru l-bus shelters kif ippjanati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta biex biex tara x'jista jsir.

Żejtun — Triq tal-Barrani

Question

Jista' il-Ministru jinfurmana għaliex sal-lum għadha ma ħarġitx is-sejħa għall-offerti sabiex isiru traffic lights fi triq tal-Barrani kantuniera ma' Vjal 25 ta' Novembru Żejtun? Jista' il-Ministru jgħidilma d-data ta' meta se toħroġ l-offerta?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 3170.

Sejħa għad-disinn ta' Heritage Park — Imnajdra u Ħaġar Qim

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tas-sejħa internazzjonali għad-disinn ta' Heritage Park fl-Imnajdra u Ħaġar Qim?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi s-sejħa ghadha ma gietx imnedija u tiġi imnedija fit-12 ta' Diċembru 2003, meta l-istess sejħa tkun saret pubblika.

Ftehim Internazzjonali dwar rimi ta' skart

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3304 li oriġinarjament saret lill-Ministru tar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx xi konvenzjoni jew xi forma ta' ftehim internazzjonali li jobbligaha ma titfax l-iskart fil-baħar fi proġetti ta' reklamazzjoni u mmaniġġjar aħjar ta' l-iskart fl-istess ħin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Malta ffirmat, irratifikat u hija membru tal-konvenzjoni ta' Barcelona fir-rigward ta' rimi ta' skart fil-baħar, li l-istess konvenzjoni tgħid li Malta tista’ titfa' skart inert fil-baħar.

Ambaxxati — LAN Requirements

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3314 u cioe' jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interperllant li l-mistoqsija parlamentati Nru.3314 giet imwiegba f'seduta 77.

Persuna ta' nazzjonalita' barranija — Permess biex taħdem f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jara li l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex jingħata liċenzja biex jaħdem Malta (ref CEA/EXP 2218/2002, tiġi pproċessata fi żmien qasir ladarba għadda sew żmien mid-data ta' l-imsemmija applikazzjoni, u dan b'detriment għall-istess persuna li qegħda tistenna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-talba li saret għall-ħruġ ta` liċenzja ta` impjieg lill-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ma tistax tintlaqa`.
Leg 10 PQ #3437 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Forzi Armati ta' Malta

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Ministeru kien ġie infurmat mill-Forzi Armati ta' Malta li minħabba limitazzjonijiet finanzjarji ma kienux f'qagħda li jaċċettaw stedina tal-guardia civil Spanjola biex iżuru Algericas?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija kważi identika Numru 3319 magħmula minnu lill-Onorevoli Prim Ministru u li ġiet imwieġba fis-Seduta Parlamentari numru 73 tad- 9 ta' Diċembru 2003.

Pubblikazzjoni On Site

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-pubblikazzjoni On Site li nħarġu matul din is-sena (2003)?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett kopji tal-pubblikazzjoni On Site li nħarġu matul is-sena 2003.

Suq tal-propjeta f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jopġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju dwar dak li qijed jiġri fis-suq tal-propjeta' f'Malta ippreparat mill-BICC?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Building Industry Consultative Coucil waqqaf kumitat tekniku sabiex iħejji rakkomandazzjonijiet bil-għan li tingħata spinta lis-suq tal-propjeta'. Wara diskussjonijiet ma' diversi entitajiet, fosthom l-Assoċjazzjoni ta' l-Estate Agents, l-Uffiċċju Konġunt, id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-MEPA, l-abbozz reġa' ġie eżaminat mill-Bord tal-Building Industry Consultative Council. Ġie deċiz li dan l-abbozz jerġa' jiġi rivedut mill-kumitat tekniku qabel ma jkun ippubblikat għal konsultazzjoni pubblika sabiex wara l-proposti jkunu komunikati lill-Gvern. Ikun f'dan il-waqt li nkun nista' npoġġi kopja ta' dan l-abbozz fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġġustamenti fil-pensjonijiet — Ex ħaddiema tal-Continential Cars

Question

Jista' il-Ministru jgħidu fiex waslu l-aġġustamenti fil-pensjonijiet ta' l-ex ħaddiema tal-Continental Cars Co?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali għaddej bi proċess ta’ reviżjoni ta’ pensjonijiet li jirriżultaw minn xi Ftehim Kollettiv ta’ l-organiżżazzjoni li kienu mpjegati magħha l-pensjonanti. Dan il-proċess jinkludi l-kumpannija li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.

Xogħlijiet fil-Bus terminus — Belt Valletta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-upgrading tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta u kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol li sar kien fin-naħa tal-venda tal-Kottonera tal-Bus Terminus ta' Putirjal. Saret enfasi biex titnaddaf u titjieb id-dehra ta' l-inħawi zdingati hekk kif wieħed jitla' mit-taraġ tal-Car Park quddiem il-lukanda Phoenicia. Saru wkoll servizzi ġodda, irranġar tal-Kiosks tal-Glass Blocks, irrangar tal-parking bays biex jakkomodaw il-karozzi tal-linja l-ġodda, ingħata wiċċ ġdid lill-bankini u ngħata t-tarmak f'din il-parti tat-Terminus. In-nefqa totali ta' dawn ix-xogħlijiet kienet ta' Lm 105,618. Ix-xogħol kien inbeda fil-bidu ta' Novembru 2002 u tlesta' fil-bidu ta' Marzu 2003.

Office of Review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3299 u cioe' jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari Nru. 3299 giet imwiegba f'seduta 77
Leg 10 PQ #3443 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Office of Review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferei lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 3297 li hija dwar l-istess suggett.