Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qatla tal-majjal u taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn illum qed ikun dispost id-demm li jirriżulta wara l-qatla tal-majjal u taċ-ċanga fil-Biċċerija? Kemm hu assigurat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-demm li jirriżulta wara l-qtil fil-biċċerija qiegħed jiġi dispost hekk kif kien ippjanat mill-Gvern Laburista meta bena l-biċċerija. Biss ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-futur id-demm sejjer jiġi trattat fl-inċineratur.

Laqgħat/seminars dwar il-GMO's

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma r-rappreżentanti li qed jipparteċipaw fil-laqgħat u fis-seminars dwar il-GMO's? Jista' jgħid kemm-il laqgħa attendew u xi proposti rrakkommadaw dawn il-persuni li qed jirrappreżentaw lill-pajjiżna f'dan il-qasam sensittiv?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern ħatar Biosafety Co-Ordinating Committee (BCC) b’ rappreżentanza mid-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambejnt fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA); mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA); mill-Ministeru għas-Saħħa; mill-Occupational Health and Safety Authority (OHSA); mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent; mis-Scientific Support and Advisory Sub-committee, li għandu jwassal għat-tfassil tal-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-Genetically Modified Organisms (GMOs) Dawn jattendu għall-laqgħat kollha li jkunu msejħin mill- Food Safety Commission fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa. Matul din is-sena (2003) ir-raprezentanta ta’ l-Aġent Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambejnt fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) attendiet żewġ laqgħat barra minn Malta, waħda fi Brussels fis-27 ta’ Novembru dwar id-Direttivi l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropa fuq il-GMOs, u oħra mid-9 ta’ sat-12 ta’ Diċembru fuq workshop sub-reġjonali dwar kif tiżviluppa reġim regolatorju u sistemi amministrattvi biex jitwaqqaf Qafas Nazzjonali tal-Biosafety ( National Biosafety Framework ) organizzat mill-UNEP-GEF ( United Nations Environment Programme – Global Environment Fund ).

Qmuħ u ċereali

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Kordin Grain Terminal ma tħabbarx li se jiġi privatizzat meta għalqet il-Medigrain għal dan il-għan minħabba li l-gvern ma jridx jibqa' attiv fil-kummerċ tal-qmuħ u ċ-ċereali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li billi dan huwa statement u mhux mistoqsija ngħid biss li f'dan il-mument il-Gvern mhux qed jaħseb fil-privatizazzjoni tal-Kordin Grain Terminal.
Leg 10 PQ #3395 Sitting 83 2003-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fil-grad ta' messaġġiera — Pensjoni

Question

B'referenza għall-ħaddiema fil-grad ta' messaġġiera u senior messengers taċ-Ċivil li għandhom l-allowance, l-allowance se jkun integrat fil-kalkoli għall fini tal-pensjoni u ċioe' tapplika għall-iskala biex tkun konformi mal-pagament inkwistjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema “allowance” qiegħed jirreferi. Normalment “allowance” ma jiġix ikkalkulata għal fini ta’ pensjoni. (Tweġiba mogħtija: 16/12/2003PM) (Seduta Numru: 83)

Prezzijiet taz-zokkor — Sussidji

Question

B'refernza għas-sussidju ta' 7 miljuni mħabbra fil-Budget sabiex ma jogħlewx il-prezzijiet bħal fil-każ taz-zokkor, jista' il-Ministru jinfurmani jekk b'dawn is-sussidji l-prezz taz-zokkor għall konsumaturi huwiex se jibqa' dak ta' 15c il-kilo? F'każ li se jiżdied jista' il-Ministru jindika l-persentaġġ taż-żieda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħobż Malti

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-prezz tal-ħobża ta' kuljum wara l-ewwel ta' Mejju li ġej huwiex se joħros jew jogħla u dan fid-dawl tal-bidla li se ssir f'dak li huwa l-qmuħ u ċ-ċereali? Kemm hu f'persentaġġ (%) li jista' jogħla jew jorħos il-ħobż f'Malta u f'Għawdex wara l-ewwel ta' Mejju li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Equality for men and women act

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Artiklu 8(1) tal-European charter of human rights u directive 2000/78/EC humiex riflessi sew fit-tfassil tal-Equality for men and women act, l-iżjed f'dawk li għandhom x'jaqsmu mar-responsabbiltajiet tal-familja f'dan l-att?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Artikolu 8(1) taċ-Charter ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, li jirrigwarda il-protezzjoni ta’ data personali, ir-risposta hi fin-negattiv. Il-provedimenti tad-Direttiva 2000/78/EC ma jirrigwardawx responsabbiltajiet tal-familja.

Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema bord f'pajjiżna għandu r-responsabbilta' li jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll l-ugwaljanza ma' persuni ta' orjentament sesswali differenti? X'azzjoni ħa f'dawn iż-żewġ oqsma mindu twaqqaf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond l-Att ta’ l-2003 dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, il-Kummissarju u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, li ser jinħatru taħt dan l-Att, ser ikollhom ir-responsabbilta’ ndikata mill-Onor. Interpellant.

Koppji ta' l-istess sess

Question

Jirriżulta li biex tneħħi d-diskriminazzjoni d-direttiva 2000/78/EC tobbliga lil min iħaddem jagħti l-istess benefiċċji (inkluż il-pensjoni) lill-koppji ta' l-istess sess dak li jagħti lill-koppji miżżewġa legalment? Jekk iva, x'passi ttieħdu biex jiġi żgurat li min iħaddem qed iwettaq dawn l-obbligi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultalix li d-Direttiva 2000/78/EC tinkludi l-obbligu li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.

Heritage Malta — Titjib f'siti storiċi

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3312, jista' il-Ministru jgħid speċifikament fiex se tonfoq Lm430,000 il-Heritage Malta fin-nefqa kapitali fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-nefqa kapitali ta' Lm430,000 vvutata ghal titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr mistennija tintefaq kif kien spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3487 flimkien ma Lm 100,000 li mistennija jintefqu fuq Item 7034 - Special Project (Surveillance, Security and automated ticket system).

Siti storiċi

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3312, jista' il-Ministru jgħid speċifikament fiex se tmur in-nefqa kapitali ta' Lm112,000 tal-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Lm 149,000 (Lm 112,000 + Lm 37,000) ser jintefqu biex jiġi stabbilit il-Heritage Park fl-Imnajdra u Ħaġar Qim li għalih diġa ħarġet sejħa għal design competition.

Ħaġar Qim/Imnajdra — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamnentari 3312, jista' il-Ministru jgħid fuqiex se jintnefqu s-Lm37,000 fix-xogħol li jrid isir f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3498.

Produzzjoni ta' tjur tas-simna

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' tjur tas-simna f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant mitlub jinnota li għalkemm hemm il-figuri proviżorji, il-figuri preċiżi jingħataw aktar tard is-sena d-dieħla meta tkun saret il-verifika sħiħa.

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant mitlub jinnota li għalkemm hemm il-figuri proviżorji, il-figuri preċiżi jingħataw aktar tard is-sena d-dieħla meta tkun saret il-verifika sħiħa.

Produzzjoni tal-fniek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-fniek f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni ta' fniek f' Malta u f' Għawdex hija kkalkulata li sa l-aħħar ta' Novembru kienet tlaħħaq mat-2.1 miljun. Ma teżistix informazzjoni separata għall-Malta u Għawdex peress li din iċ-ċifra tirriżulta biss minn kemm jinbiegħ għalf għall-fniek.

Produzzjoni tat-tadam

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għalkemm il-figuri finali għadhom mhux disponibbli għaliex ir-rapport ta' l-Awdituri dwar l-istaġun 2003 sad-data tal-mistoqsija għadu mhux iffinalizzat, nista' ninforma lill-Onor interpellant li l-figura totali proviżorja hija ta' madwar 9000 tunnellata, li minnhom madwar 5,500 tunnellata kienu prodotti f' Malta.

Produzzjoni ta' frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' frott frisk f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni tal-frott frisk li daħal fil-Pitkalija bejn Jannar u Novembru 2003 hi kif murija fit-tabella hawn taħt: Malta Pitkali Kgs. Malta FCCS Kgs. Gozo Pitkali Kgs. Gozo Coop. Kgs. 7,928,762 1,499,229 72,865 377,650

Bdiewa/raħħala — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus ta' spejjeż li rreġistraw il-bdiewa u r-raħħala kawża tal-maltemp matul din is-sena mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u/jew fiċ-ċentri tal-biedja? Kemm minnhom ġew approvati li għandhom ikunu aċċettati? Meta se jiġu kkumpensati l-bdiewa għal dawn l-ispejjeż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru huwa mistieden jinnota d-diskors tiegħi waqt l-Estimi tal-Ministeru fuq dan is-suġġett.
Leg 10 PQ #3465 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Skola Gużeppi Despott

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex isir it-tibdil neċessarju kemm strutturali kif ukoll f'faċilitajiet fl-iskola Ġużeppi Despott?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa llum saret Outline Application għand il-MEPA.
Leg 10 PQ #3466 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Eżami tal-Malti fil-livell SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani ta' l-Universita' biex fil-livell tas-SEC fl-eżami tal-Malti jkun hemm żewġ karti, waħda għal-lingwa u oħra għal-letteratura u mhux kif isir bħalissa li hemm karta waħda għat-tnejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-MATSEC, fuq il-parir tal-panel tas-sillabu tal-Malti fil-livell tas-Sec, jidhirlu li jkun aħjar jekk l-istudenti kollha tal-Malti jkunu familjari kemm mal-lingwa kif ukoll mal-letteratura Maltija. Għalhekk f'dan l-istadju ma hemmx pjani biex ikun hemm żewg eżamijiet tal-Malti, wieħed fil-lingwa u ieħor fil-letteratura.