Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3680 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti li qed isegwu xi tip ta' kors

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti preżentement fis-segwenti korsijiet: liġi, mediċina, dentistrija, edukazzjoni, arkitettura, inġinerija, B.Com., B.A.(Accts)? Jista' jgħid f'liema korsijiet huma ammessi mature students u kemm hemm minn dawn l-istudenti u jagħti dettalji?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #3681 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Stipendju ta' l-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fl-istipendji ta’ l-istudenti kollha ta' l-Universita' matul is-sena 2002? Jista' jgħid jekk din l-iskema ta' stipendji jibbenefikawx minnha anke studenti barranin, u jekk le, jekk dawn jibdewx jibbenefikaw minnha hekk kif Malta tidhol fl-UE?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2002, l-istudenti ta' l-Universita' intitolati għall-Għotja tal-Manteniment ħadu bejniethom is-somma ta' Lm 4,154,720. Biex wieħed jibbenifika minn din l-iskema jrid ikun ilu jgħix Malta almenu ħames snin biex jibda jibbenefika. Il-parti l-kbira ta' l-istudenti barranin li jattendu l-Universita' mhux ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u allura fi kwalunkwe każ ma jibbenefikawx.

Impjiegi — Persuni boarded out

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għaddew boarded out f’Malta u Għawdex separatament matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Jista’ il-Viċi Prim Ministru jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perjodu tas-snin 2000, 2001 u 2002 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1612 f’Seduta Numru 35. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta’ persuni li bdew jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidita’ f’Malta u Għawdex fis-snin u x-xhur indikati mill-Onor. Interpellant.

Dream holidays — Tfal Russi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux involut fl-arranġamenti ta' dawk li qed jissejħu dream holidays għat-tfal russi biex jinġabu minn familji Maltin għal xi ġimgħat? Jekk iva, b'liema mod hu involut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern mhux involut fl-arranġamenti biex jinġiebu Malta tfal Russi għal btajjel. Madanakollu, kull min jiġi Malta jrid isegwi l-liġi Maltija nkluż il-ħruġ ta’ viża, t-termini ta’ żmien li jkun jista’ joqgħod hawn u proċeduri oħrajn simili. Ta’ min ngħid ukoll li l-Ministeru għall-Politika Soċjali ilu jsegwi x’jiġri f’kazijiet bħal dawn għal diversi raġunijiet.

Day centres għall-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-ministeru għall-politika soċjali ffirma ma' kunsilli lokali/entitajiet privati u oħrajn għat-twaqqif u t-tmexxija ta' day centres għall-anzjani li għandna fid-diversi lokalitajiet? B'liema mod il-ministeru jiżgura tmexxija tajba f'dawn id-day centres għall-anzjani? Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mill-amministrazzjoni ta' kull day centre għall-anzjani jsirx rapport annwali u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti annwali għas-snin 2000, 2001 u 2002? Jista' jgħid jekk jikkonsidrawx li jawtorizza l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar it-tmexxija, attivitajiet u finanzi dwar kull day centre għall-anzjani fil-gżejjer Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tmexxija tad-Day Centres għall-Anzjani hu monitored regolarment mill-kap ta’ dawn iċ-Ċentri u kull xahar isiru laqgħat mal-persuna responsabbli għal kull Ċentru, li fihom jiġu nvoluti wkoll l-anzjani, fejn jiġi diskuss dak kollu li jirrigwarda ċ-Ċentru rispettiv. Rapporti dwar dawn iċ-Ċentri huma nklużi fir-Rapporti Annwali dwar ix-xogħol tad-Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll fir-Rapporti ta’ Ħidma tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, li jiġu ppubblikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-ftehim bejn id-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’ u l-Kunsilli Lokali/entitajiet u oħrajn dwar iċ-Ċentri ta’ Birkirkara, Birżebbuġia, Ħamrun, Luqa, Mosta, Qormi, Sliema u Żurrieq.

Mellieħa — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa ladarba l-MEPA u l-kunsill lokali tal-Mellieħa m'għandhom l-ebda problema dwar il-pjanti u s-sit eżistenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 689 f’Seduta Numru 15.

SVPR — Applikazzjonijiet għal staff nurse

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għal staff nurse fl-SVPR rispettivament? Jaf li sabiex nurses jieħdu leave anke ta' nautra importanti bħal honeymoon, mard fil-familja, safar, eċċ jridu jsibu replacement b'nurses oħra huma stess inkella l-istess leave jiġi rrifjutat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant mistennija joħorġu fil-futur qarib. Ninsab infurmat ukoll li l-leave għar-raġunijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant dejjem ingħata minkejja li f’entita’ bħal ma hi r-Residenza San Vinċenz dan mhux dejjem ikun faċili.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li mhux ċar xi jrid jifhem l-Onor. Interpellant b’konsultenti/kumpanniji ta’ konsulenza qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li tinkludi wkoll l-għoti ta’ servizzi professjonali.

Għajnuna tal-Mard (SKA)

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra kemm hemm nies li jieħdu l-għajnuna tal-mard (SKA)? Liema hu t-tip ta' mard li hu nkluż f'din l-iskema? X'inhu in-numru ta' nies li jieħdu din l-għajnuna għal kull marda separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 2373.

Persuni b'diżabilita' — Fondi għas-sena ewropea

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ivvutati fondi għas-sena ewropea ddedikata għal persuni b'diżabilita'? Fiex intnefqu? (breakdown) Min kien responsabbli għal programm u l-allokazzjoni tal-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-sena kurrenti ġew ivvutati Lm100,000 speċifikament relatati mas-Sena Ewropeja għall-Persuni b’Diżabilita’ liema somma ġiet riveduta għal Lm80,000 bħala parti mill-programm ta’ variable budgeting. Dawn il-fondi ġew allokati għall-proġetti mill-Ministeru għall-Politika Soċjali kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Chadwick Lakes — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet stmata l-ħsara kawżata mill-aħħar maltemp fiċ-Chadwick Lakes? Kemm mill-fondi ta' solidarjeta' li l-Unjoni Ewropea se tagħti lil Malta u Għawdex se jmorru sabiex jissewwew u jiġu riabilitati l-ħsarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru huwa mistieden jinnota id-diskors tiegħi waqt l-Estimi tal-Ministeru fuq dan is-suġġett.

Laħam aħmar — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għal-laħam aħmar importat skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju fuq prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitika xi differenzi li jista jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. L-ammonti massimi fi flus u/jew volumi li ġew maqbula se jiġu onorati mill-Gvern.

Laħam tal-landa — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għal corned beef importat skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lil-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413.

Zokkor — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għaz-zokkor sew bħala materja prima u sew bħala kompożizzjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413.

Ġobon Edam — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għall-konsenja ta' l-edam cheese skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413.