Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imnajdra — Engineered landfills

Question

Riferibbilment għat-twaqqif maħsub ta' engineered landfill(s) fl-inħawi ta' l-Imnajdra, ma jaħsibx il-Ministru li, apparti l-viċinanza tal-landfill(s) għat-tempji, se jiġi ġġenerat traffiku ta' scammels u inġenji oħra ta' l-iskart li se jgħaddu mill-istess toroq li bihom wieħed jaċċedi għat-tempji kif ukoll għal qualsiasi heritage park ipproġettata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3639.

Engineered landfills

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti, studji u oġġezzjonijiet kollha li rċieva l-ministeru tiegħu fuq il-kwestjoni ta' l-engineered landfills mingħand dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kif ukoll mingħand organizzazzjonijiet awtonomi, nazzjonali u esteri fuq l-istess kwestjoni? Jista' jgħid jekk ikkummissjonax studji interni fuq l-impatt tal-landfills fuq it-tempji u/jew heritage park u jekk iva, jista' ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ma' għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3639.
Leg 10 PQ #3682 Sitting 86 2004-01-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti li jkunu jridu jidħlu l-Universita'

Question

Jaqbel il-Ministru li f'dawk il-korsijiet fejn hemm ammont eċċessiv ta' studenti jogħlew il-kwalifiki għal dawk li jkunu jridu jidħlu l-Universita`, bħalma jiġri, per eżempju, fil-kors tal-mediċina, u kif jiġri del resto f'ħafna pajjiżi Ewropej?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kwalifiċi għad-dħul huma stabbiliti mill-Universita' biex jirriflettu il-preparazzjoni akkademika meħtieġa biex persuna tkun tassew tista' issegwi kors partikolari bir-riżultati meħtieġa. Il-policy tal-Gvern, hi li l-Universita' għandha tkun miftuħa għal kull min hu kapaċi jsegwi xi kors ta' l-għażla tiegħu/tagħha u li jkun disponibbli fl-Universita'. Fil-ftit korsijiet fejn in-numru ta' studenti li jidħlu hu limitat, dan hu hekk biss għax il-kors innifsu ma jippermettix li jkun hemm numru ta' studenti bla limitu. Il-Gvern waqqaf ukoll l-MCAST biex joffri għażla ħafna aktar wiesgħa għal studju u taħriġ post-sekondarju, vokazzjonali u akkademiku. X'inhu meħtieġ hu programm aktar effettiv ta' iggwidar u pariri għall-karrieri ibbażati fuq għarfien aktar akkurat u informat tas-suq tax-xogħol.

Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali — Avukati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm avukati impjegati fl-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali, jagħti dettalji u jispjega kif inhu mqassam ix-xogħol? Jista' jispjega wkoll x'inhuma s-salary scales ta' dawn l-avukati? Ma jidhirlux li hemm bżonn urġenti li jiġu ngaġġati iktar avukati f'dan l-uffiċċju?

Response (BORG, TONIO)

B`kollox hemm 15-il avukat impjegati fl-uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali. Dawn huma l-Avukat Ġenerali (salary scale 1), id-Deputat Avukat Ġenerali (salary scale 3), 2 Assistenti Avukati Ġenerali (salary scale 4), 2 Avukati Anzjani (salary scale 5 - wieħed minnhom salary scale 4 on a personal basis), 7 Avukati tar-Repubblika (salary scale 6) u 2 Junior Legal Officers (salary scale 9). Dawn jaħdmu x-xogħol kollu li jinqala` iżda bħala regola hemm 6 avukati li jaħdmu l-aktar fuq kriminal u 8 li jaħdmu l-aktar fuq ċivil. Qed isiru pjani għal żieda fin-numru ta` avukati.

Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali — Avukati li attendew delegazzjonijiet/konferenzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid u jagħti dettalji ta' min huma l-avukati fl-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali li attendew delegazzjonijiet/konferenzi fl-esteru? Jista' jagħti l-istess tip ta' informazzjoni rigward il-membri tal-ġudikatura?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab din l-informazzjoni.

Qorti Kriminali Internazzjonali — Kariga ta' imħallef

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' arranġament sar ma’ dawk il-membri tal-ġudikatura li qed jippresjedu tribunali fl-esteru? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Malta kellhiex kandidat għall-kariga ta' Imhallef fil-Qorti Kriminali Internazzjonali u jekk le, għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Il-membri tal-ġudikatura li qed iservu f`tribunali internazzjonali barra għadhom membri tal-ġudikatura iżda ingħataw "leave of absence" b`unpaid leave. Malta ma kellhiex kandidat għall-kariga ta` Imħallef fil-Qorti Kriminali Internazzjonali peress li kienet għadha ma rratifikatx l-Istatut ta` Ruma li waqqaf il-Qorti, meta saret l-għażla.

Dipartiment ta' l-istatistika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ittieħdux proċeduri legali kontra dawk li rrifjutaw li jagħtu t-tagħrif rikjest mid-dipartiment ta’ l-istatistika? Jaqbel il-Ministru li wasal iż-żmien li ssir statistika akkurata biex jiġi stabbilit jekk il-gradwati tagħna hux qed isibu xogħol adegwat fil-professjonijiet magħżula minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jistaqsi fuq proċeduri legali mittieħda mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) b’mod ġenerali. It-tweġiba hija fl-affermattiv għall-każi fejn dawk li huma obbligati li jagħtu tagħrif lill-NSO skond il-provvedimenti tal-Malta Statistics Authority Act, 2000 jippersistu li ma jagħtux it-tagħrif rikjest minnhom (permezz ta’ kwestjonarju li jkun intbagħatilhom) u dan saħansitra wara li jintbagħtulhom diversi reminders. Għandi tagħrif li xogħol fuq u kif qegħdin jiġu impjegati l-gradwati sar mill-Universita’ ta’ Malta u ġie ppublikat taħt it-titlu “A Study of the Outcome of Graduates 2000 in the Job Market”.

Qorti tad-drittijiet tal-bniedem — Kawżi kontra l-gvern Malti

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm ġew ippreżentati kawżi kontra l-gvern Malti quddiem il-qorti tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa Strasbourg u jispjega l-eżitu?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern Malti ma jiġix notifikat bl-applikazzjonijiet kollha li jsiru lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ġewwa Strasbourg, iżda biss dawk li l-Qorti tiddeċiedi li qabel tiddetermina jekk tilqagħhomx bħala Ammissibbli tikkomunikom lill-gvern. Il-kawżi li nqatgħu fejn Malta kienet pajjiż intimat kienu s-segwenti:- 1. Demicoli vs Malta 27.08.1991 Proċeduri ta` "breach of privilige" tal-Parlament Malti ma jiggarantixxux smiegħ xieraq. 2. Aquilina vs Malta 29.04.1999 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest 3. T.W. vs Malta 29.04.1999 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest 4. Sabeur Ben Ali vs Malta 29.06.2000 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest 5. Kadem vs Malta 09.01.2003 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest Fil-każijiet kollha, għaddiet leġislazzjoni mill-Parlament li ipprovdiet rimedju għan-nuqqas indikat fis-sentenzi.

Butir/trabb tal-ħalib xkumat — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni ta' l-imprendituri lokali meta s-sussidju pprovdut għall-butir u trab tal-ħalib xkumat bħala materja u f'kompożizzjoni fi prodott lest skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products jirriżulta li spiċċa l-vot tiegħu, minkejja li t-tunnellaġġ in kwestjoni ma jkunx inqabeż u cioe' ikun għad baqa' importazzjoni xi ssir skond it-tunnellaġġ miftiehem bejn il-gvern u l-Unjoni ewropea sabiex iservi għad-domanda ta' pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3413, Seduta 84.

Laħam taċ-ċanga tal-friża — Importazzjoni

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l -ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz tal-partijiet differenti tal-laħam taċ-ċanga tal-friża mpurtat (frozen beef cuts) separatament?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti impurtati jvarjaw skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq. Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Għalhekk, dan fih inniffsu, m’ghandux iwassal għal xi lista ta’ prezzijiet riġidi fuq diversi prodotti li jkunu iddettati mill-Gvern.

Ġobon cheddar

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz tal-ġobon cheddar - l-isem tad-ditta qed tintbagħat separatament - 250grams li fil-preżent huwa 44c u/jew 46c?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.

Ċikkulata — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz taċ-ċikkulata bħal Mars, Bounty u Snickers separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.

Prodotti tal-ħelu — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz tal-gallettini, ġelati u kejkijiet separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.

Sussidji fuq il-prezzijiet ta' l-ikel

Question

B'referenza għas-Lm7 miljun lira sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinfurmani kemm huwa mistenni jogħla l-prezz tal-Jams, cerials tal-breakfast, trab tal-ħalib xkumat separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422.

MEPA — Bdil ta' galleriji ta' l-injam f'oħrajn ta' l-aluminium

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi s'issa fejn il-MEPA mmultat persuni li biddlu l-galleriji tagħhom ta' l-injam f'aluminju u kemm kienet il-multa f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — Multi fuq bdil ta' gallerijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn: 1) tnaqqset u 2) inħafret il-multa li weħlu persuni talli biddlu l-galleriji tagħhom ta' l-injam f'aluminju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda każ fein tnaqqset jew inħafret il-multa li weħlu persuni talli bidlu l-galleriji tagħhom ta' l-injam f' aluminju sad-data ta' din it-tweġiba.
Leg 10 PQ #3534 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Valletta — Triq il-Merkanti - bejjiegħa tal-monti

Question

Jista' il-Ministru jassigura li r-regolamenti tal-monti ta' Triq il-Merkanti jkunu mħarsa skond il-liġi sabiex kulħadd, inkluż bejjiegħa tal-monti u ħwienet tat-triq, ikollhom l-opportunita' li jgawdu mis-sens ta' ordni u ġustizzja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett tal-Belt qed tagħmel sorveljanza fl-inħawi tal-Monti fi Triq Merkanti, kemm sabiex ikunu mħarsa r-regolamenti dwar il-Monti, kif ukoll għal xi abbużi oħra li jista` jkun hemm.

Dipartiment tad-drenaġġ — Periti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu mad-dipartiment tad-drenaġġ u meta ġew ingaġġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm tlett periti jaħdmu mas-sezzjoni tad-Drenaġġ: Il-Perit Anthony Abela li kien ingaġġat mal-Gvern f'Novembru tad-1969 u kien appuntat Direttur tad-Dipartiment f'Jannar ta' 2000. Il-Perit Mario Balzan li kien ingaġġat fid-Dipartiment tad-Drenaġġ fil-31 ta' Mejju tan-1988. Il-Perit Godfrey Vella li kien ingaġġat fid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi 3 ta' Marzu ta' 2003. Dan il-perit s'issa mhux mistenni jingħaqad mas-sezzjoni tad-Drenaġġ għax ma ġiex detailed għal mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.

Birżebbugia — Triq San Ġorġ - żejt li qed jispiċċa ġo bir f'fond nru. 8

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi s-sitwazzjoni fejn żejt qed jidħol f'bir ġewwa post nru. 8, Triq San Ġorġ, Birżebbugia? Jista' jara li l-korporazzjoni Enemalta tieħu l-passi neċessarji ħalli din is-sitwazzjoni ma titħalliex għaddejja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-korporazzjoni Enemalta diġa indagat il-każ imsemmi fil-mistoqsija parlamentari u l-uffiċju legali tal-korporazzjoni Enemalta diġa wieġeb lis-sinjuri li għamlu l-ilment fuq dan il-każ.

Air Malta — Chief executive

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-salarju, ir-remunerazzjoni u l-perkaċċi taċ-chief executive ta' l-Airmalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pakkett ta' remunerazzjoni, inkluż salarju, allowances u bonus tac-Chief Executive ta' l-Air Malta kien ġie deċiż u maqbul mill-Board ta' l-Air Malta immexxi mis-Sur Louis Grech fil-laqgħa tat-tnax ta' Settembru 2002. Il-pakkett totali hu ta' Lm 121,311 li hu fl-istess ilma tac-CEO tat-Tarzna li kien ġie appuntat mill-Gvern Laburista f'Lulju 1998.