Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imnajdra — Landfill qrib it-tempji

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3639, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra s-sottomissjonijiet bil-miktub, jekk hemm, li ġew ippreżentati lill-MEPA, jekk ġew ippreżentati, mis-Sovrintendenza tal-patrimonju kulturali u Heritage Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-E.I.A. fuq il-proċess għadu għaddej u sa issa din l-istess E.I.A. għadha ma saritx pubblika mill-M.E.P.A.. Ma naħsibx li huwa xieraq li s-sottomissjonijiet li għamlu l-entitajiet konċernati lill-istess M.E.P.A. jiġu ppubblikati. Skond proċeduri tal-M.E.P.A. dawn jiġu pubblikati ma l-istess E.I.A. meta din toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika.
Leg 10 PQ #3794 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa: a) pick pocketing; b) hold-ups; c) snatch and grab; d) serq minn residenzi; e) serq minn fabbriki; f) serq minn bajjiet; g) serq minn karozzi; h) serq minn ħwienet; i) serq ta' karozzi; j) serq minn bars/lukandi; k) serq ta' dgħajjes; l) serq minn dgħajjes; m) tip ta' serq ieħor għas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001, xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3795 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati li t-tip tagħhom qed jiġu elenkati hawn taħt għas-snin 2000 u 2001, xahar b'xahar: a) against morals and honour of the family; b)arson; c) attempted offences; d) bodily harm; e) against religious sentiment; f) damage; g) drugs; h) forgery; i) fraud; j) illegal immigration; k) prostitution; l) sexual offences; m) theft; n) threats and private violence; o) violation of places of confinement; p) violation against public officers; q) computer misuse; r) perjury and falsse swearing; s) abandon of child; t) crimes against public safety; u) abuse of public authority?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3796 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Assistant manager Airport security

Question

B'riferenza għall-vakanza ta' assistant manager Airport security, jista' il-Ministru jgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-ħtieġa ta' din il-vakanza?

Response (BORG, TONIO)

Il-ħtieġa ta` sejħa għall-applikazzjonijiet għall-vakanza ta` Assistant Manager, Airport Security, hija dovuta għall-fatt li l-Assistant Manager kien ġie "boarded out" f`Novembru 2003.

Interpreti — Traduzzjoni u Interpretazzjoni - Qrati tal-Ġustizzja

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema mekkaniżmu tiġi ċċertifikata l-kapaċita' ta' interpreti li jagħtu servizz ta' traduzzjoni u interpretazzjoni fil-Qrati tal-Ġustizzja u jekk jeżistix elenku ta' dawn l-interpreti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi traduzzjoni ta` att ġudizzjarju, jekk tkun meħtieġa b`liġi jew ordnata mill-Qorti, issir minn uffiċjal tal-Qorti. Altrimenti l-parti li tkun tenħtieġha tqabbad traduttur li wara li jagħmel it-traduzzjoni jaħlifha fir-reġistru tal-qorti kompetenti biex jagħmilha uffiċjali. Interpretazzjoni ssir minn persuna nominata mill-qorti kompetenti minn fost l-uffiċjali tal-qorti jew minn persuna oħra li l-qorti jkun jidhrilha li hija kapaċi li tagħmilha ta` interpretu. Ma hemmx elenku ta` tradutturi jew interpreti.

Vat u Dazju — Materja Prima u Prodotti - eżenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament liema huma l-prodotti ta' Materja prima u Prodotti oħra li huma eżenti mill-VAT u mid-Dazju? Jista' jgħid ukoll taħt liema kriterji tingħata eżenzjoni mill-VAT u d-Dazju fuq materja prima u Prodotti oħra? Jista' jgħid jekk hemmx prodotti li ma jistgħux jiġu eżentati għall-ebda raġuni jew kriterju? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn il-prodotti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm eluf ta’ prodotti u materja prima li huma eżentati mid-Dazju. L-eżenzjoni mid-Dazju tingħata skond il-provedimenti fil-Kodici tad-Dwana għal skop ta’ pproċessar intern (Artiklu 114-129) fuq il-materja prima u prodotti kollha, li wara li jiġu pproċessati, isir l-esportazzjoni tagħhom. Wieħed irid ifakkar li l-oġġetti li joriġinaw fl-UE mhumiex suġġetti għad-dazju f’kull ċirkonstanza. Fir-rigward tal-VAT b’mod generali, materja prima mhix eżentata iżda l-VAT titħallas ma’ l-importazzjoni u tintalab lura fid-denunzja tat-taxxa. Izda hemm proċedura fejn kumpanniji li jesportaw jingħataw ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Iżvilupp.

Sussidji — Kumpanniji pubbliċi

Question

Liema kumpanniji pubbliċi u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu jirċievu sussidji pubbliċi? F'kull każ kemm kien is-sussidji sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'kien dan is-sussidju ras għal ras tal-persuni li jaħdmu f'dawn l-entitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Chairmen

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu ċ-chairmen ta' kull entita' kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu u kemm ġew impjegati persuni ma' kull entita' s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #3473 Sitting 87 2004-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Alterazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru alterazzjonijiet fl-istruttura tal-bini jew ta' attrezzament ta' l-isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Kemm kienu l-ispejjeż li daħliet għalihom il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi sabiex tħallas il-flus għal dawn l-alterazzjonijiet fl-istruttura tal-bini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għargħur — Kumpens lil familji mid-dipartiment ta' l-artijiet

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar il-kumpens li għandu jitħallas lill-familji skond l-art in kwestjoni fi Triq Fra Dominiku Mifsud, fil-Għargħur mid-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jistenna lill-Awtorita` tat-Trasport biex tgħaddi l-fondi meħtieġa. Appena l-Awtorita` tat-Trasport tgħaddi l-fondi meħtieġa, id-Dipartiment tal-Artijiet jippubblika d-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta fil-Gazzetta tal-Gvern u jiddeposita l-flus il-bank. Meta jsir dan, is-sidien tal-art ikunu jistgħu jiġbru l-flus.

Siġġiewi — Triq Dun Ġuże' Delia

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet li kienu bdew fi Triq Dun Ġuże' Delia, fis-Siġġiewi waqfu nofs leħja tant li l-parti ta' isfel tat-triq għadha ma ġietx asfaltata? Jista' jara li x-xogħlijiet jiġu ffinalizzati ħalli jiġi evitat kull inkonvenjent għar-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta??

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi xogħol f'din it-triq ikun jista' jsir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Direttorat wara li ssir l-espropjazzjoni ta' biċċtejn art li qed jimblukkaw din it-triq.

Qrati — Każi ta' pedofelija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti matul din is-sena fuq każi ta' pedofelija, abbużi sesswali fuq minorenni, bejgħ ta' xorb alkoħoliku bil-kuntrabandu u b'kuntrabandu ieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003, kien hemm 26 persuna li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi ta` abbuż sesswali fuq minorenni. Kien hemm persuna oħra li ġiet akkużata fuq bejgħ ta` xorb alkoħoliku bil-kuntrabandu, filwaqt li 51 persuna oħra ġew akkużati in konnessjoni ma` xi tip ta` evażjoni ta` dazju.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' " corned beef in airtight cans " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħrog il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju fuq prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista' jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. L-ammont ta’ sussidju fuq dawn il-prodotti mhuwiex wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien.

Laħam taċ-ċanga

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3241, jikkonferma il-Ministru li t-tariffa attwali tal-laħam taċ-ċanga minn non EU countries hija ta' Lm1.05c fil-kilo u dazju addizzjonali ta' 12.8% fuq il-valur tal-laħam impurtat fil-pajjiżi ,f'dak il-każ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3456 Seduta Numru 86.

Kunsilli lokali — Kunsilliera

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3093 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilliera f'Malta u Għawdex li huma bejn it-18-il sena u l-25 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm disgħa u għoxrin (29) Kunsilliera li huma bejn it-18-il sena u l-25 sena. Ħamsa u għoxrin (25) minnhom qegħdin ma` Kunsilli f`Malta u erbgħa (4) f`Għawdex.
Leg 10 PQ #3614 Sitting 87 2004-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Direct orders

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2456 dwar direct orders, jista' il-Ministru jagħti d-dettalji relevanti bħal ngħidu aħna l-ammont individwali għal kull direct order kif ukoll x'kien ix-xogħol u min għamel dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tagħrif rilevanti li diġa' tajt. Mhux il-każ li wieħed jagħti d-dettalji mitluba li dejjem jiġu verifikati mill-awditur tal-Kulleġġ, tal-Gvern u ta' l-NAO.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 2814 u cioe' minħabba li wara l-elezzjoni kien hemm tibdil fil-ministeri minn kif kienu fil-leġislatura li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid liema voti waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kemm kienu? Kemm intnefaq s’issa minn kull vot separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-voti l-ġodda li għaddew taħt il-Ministeru tiegħi u l-fondi li kien hemm f'kull vot huma kif jidhru fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-fondi allokati lid-Dipartiment taż-żgħażagħ u Sports baqgħu jiġu amministrati mill-istess Dipartiment. Ta' min jinnota li matul is-sena il-bilanċ tal-fondi li kien allokat taħt il-Cost Centre ta' l-Isport ġie mgħoddi lill-Kunsill Malti għall-Isport.

Ħal Qormi — Triq tal-Ħandaq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2969, jista' il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlitx spezzjoni f'din it-triq? Jekk iva, x'irriżulta? Jekk le, meta se ssir din l-ispezzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi s-sena li għaddiet kienet saret spezzjoni f'dawn l-inħawi u nstab li t-triq għandu bżonn isirilha xi patching, u li fil-fatt sar. Fil-preżent it-triq qed terġa tiġi patched peress li tfaċċaw aktar potholes wara l-maltemp.
Leg 10 PQ #3617 Sitting 87 2004-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Secretarial Services Ltd.

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2408, jista' il-Ministru jgħid jekk fir-rigward tas-Secretarial Services Ltd inħarġitx tender jew le? Jista' jgħid ukoll jekk saritx il-proċedura normali li l-ewwel jinkitbu lill-ETC? Jista' jgħid ukoll jekk din l-istess kumpannija hux l-istess waħda li saret il-kirja tal-post mingħandha? X'inhi l-pożizzjoni fil-preżent dwar il-post li huwa mikri lill-FTS meta dan kien mikri b'mod temporanju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fir-rigward tas-Secretarial Services Ltd., din kienet direct order li nħarġet skond ir-regolamenti bil-permess meħtieġ tal-Ministeru tal-Finanzi. Is-servizz ta' temping ma jirrikjedi l-ebda proċedura fejn għandha tiġi mgħarrfa l-ETC. Informat ukoll li l-post minn fejn topera l-FTS m'huwiex tas-Secretarial Services Ltd., imma ta' l-AON Insurance Brokers. L-FTS għandha l-permess tal-Ministeru tal-Finanzi biex topera minn Ta' Xbiex. L-għażla tal-post saret wara sejħa pubblika fil-gazzetti.
Leg 10 PQ #3618 Sitting 87 2004-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu dawk li applikaw għall-Avviż Nru. FTS 131/03 għal tindif ta' darba f'diversi skejjel primarji u sekondarji f'Malta? Jista' jgħid ukoll min kien dak li ġie magħżul għal dawn ix-xogħlijiet u kemm kienu l-offerti ta' kull wieħed? X'xogħlijiet twettqu s'issa minn dak li ġie magħżul u kemm tħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru erbgħa offerti għal din is-sejħa. L-applikanti kienu dawn: Tender No. 3 Omajco Cleaners Ltd. Lm 6,350.00 Tender No. 4 Clentec Cleaning Services Ltd. Lm 7,898.50 Tender No. 1 Premier Cleaning Services Lm 9,468.00 Tender No. 2 Bad Boy Cleaning Services Lm11,584.50 It-tender ġie mogħti lil Omajco Cleaners Ltd. għal prezz ta' Lm 6,350.00. Ix-xogħol jikkonsisti fit-tneħħija ta' debris, trabijiet u tindif tal-parti tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li għadda minn fażi ta' rikostruzzjoni u refurbishment. S'issa għadu ma sar l-ebda pagament peress li l-kontijiet qed jiġu verifikati.