Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR — Xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex fir-residenza San Vinċenz de Paule ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq phase II tal-proġett tal-bini tas-swali l-ġodda flok is-swali l-qorma 1, 2, 3, u 4, Irġiel u Nisa, issa ilu wieqaf kompletament minn Awissu tas-sena l-oħra? Meta hu previst li dan ix-xogħol jerġa' jitkompla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Grazzi għall-ħidma tal-Onor. Interpellant fil-leġislatura preċedenti l-ewwel fażi tal-proġett tal-bini tal-blokki l-ġodda flok is-swali qodma 1, 2, 3, u 4, ta’ l-irġiel u n-nisa, li kien jirrigwarda s-swali ta’ l-irġiel, tlesta u ġie inawgurat f’Ottubru 2003. Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-tieni fażi, li tirrigwarda s-swali qodma tan-nisa u r-restawr tal-kappella, mistenni jitkompla f’qasir żmien.

SVPR — Kappella

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara x'jista' isir biex il-kappella fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule li suppost kellha terġa' tinfetaħ għall-użu ta' l-anzjani ma' l-inawgurazzjoni tal-phase I tal-proġett tal-bini tas-swali ġodda li saret f'Ottubru li għadda, terġa' tkun użabbli mill-anzjani mill-aktar fis possibbli billi issa ilha magħluqa minn Marzu tas-sena 2002?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-restawr tal-kappella fir-residenza San Vinċenz de Paule hu parti mill-proġett kollu tal-bini tal-blokki l-ġodda flok is-swali qodma 1,2,3, u 4, ta’ l-irġiel u n-nisa, li hu maqsum f’żewġ fażijiet u li l-ewwel fażi tiegħu hi lesta. Dan ir-restawr mistenni jsir bħala parti mit-tieni fażi tal-proġett kif kien previst. Sadanittant is-servizzi rekuġjużi qed jiġu provduti f’parti oħra ta’ l-istess Residenza.

Dipartiment tas-sigurta' soċjali — Flus mgħoddija lill-welfare committee

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus id-dipartiment tas-sigurta' soċjali, mill-kontribuzzjonijiet li ġabar mingħand l-anzjani, għadda lill-welfare committee kull sena mis-sena 2000 'il hawn - jiġifieri fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammonti ta’ flus li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali għadda lill-Welfare Committee mill-kontribuzzjonijiet li ġabar mingħand l-anzjani huma hekk: Sena Lm 2000 1,882,004 2001 2,108,932 2002 1,950,000 2003 2,213,555

Xogħol ta' delivery

Question

Jista' il-Ministru jara li x-xogħol ta' ħatt li qiegħed isir mill-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma jsirx fil-ħinijiet ta' wara nofsinhar?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3725.

Welfare committee

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-formazzjoni tal-welfare committee għas-sena 2004 u jgħid jekk il-funzjoni ta' dan il-kumitat hijiex se tkun l-istess bħal welfare committees tas-snin l-imgħoddija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nbidel xejn mill-funzjonijiet li kellu l-Welfare Committee fis-snin passati, iżda dan il-kumitat issa jrid jiffunzjona fil-kuntest spjegat fid-diskors tal-budget, għal liema raġuni qed jitressqu xi emendi għall-liġi dwar is-Sigurta’ Soċjali. Dan il-kumitat ġie rikostitwit b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004, kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

SVPR — Hospital management committee

Question

Billi riċentement ingħatat l-informazzjoni li ġie ffurmat kumitat ġdid fir-residenza San Vinċenz de Paule imsejjaħ Hospital management committee, jista' il-Ministru jagħti l-kompożizzjoni ta' dan il-kumitat u l-funzjoni li għandu dan il-kumitat f'din ir-residenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Management Committee għar-Residenza San Vinċenz de Paule twaqqaf biex jissorvelja t-tmexxija ġenerali ta’ kuljum tar-Residenza inkluż il-kwalita’ ta’ kura li tingħata. Dan il-kumitat hu kompost minn rappreżentanti mir-Residenza, mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’ u mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali. Iċ-Chairman ta’ dan il-kumitat hu d-Direttur ta’ l-imsemmi Dipartiment.

Dipartiment ta' l-anzjani — Social assistants

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' ma kienx f'pożizzjoni li matul is-sena kollha li għaddiet jibgħat P/T Social Assistants relievers biex jagħmlu x-xogħol ta' dawk il-P/T Social Assistants li jkunu fuq vacation jew sick leave? Jista' il-Ministru jara li ma jkunx hemm dewmien aktar f'dan ir-rigward għaliex qiegħed ikun ta' dannu u ta' tbatija kbira għal ħafna anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dan ix-xahar ser jibdew l-intervisti għar-reklutaġġ ta’ part-time social assistants biex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati dawk li jkunu bil-leave jew sick leave.

Servizz ta' trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-kumpanniji li offrew servizz ta' trasport bejn Malta u Għawdex u x'tip ta' trasport ġie offrut minn kull kumpannija separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' persuni/kumpaniji li offrew servizz ta' trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex.

Waste separation skips

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-waste separation skips li qegħdin jintużaw fil-bring in sites ġewx mikrija mill-privat? Jekk fl-affermattiv, mingħand min inkrew u x'inhi r-rata tal-kera għal kull skip? L-istess kuntrattur għandu r-responsabbilta' li jiġbor l-iskart mill-iskips u jekk iva, x'inhi l-frekwenza ta' kull ġabra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-waste separation skips li qegħdin jintużaw fil-bring in sites ġew mikrija mill-privat wara sejħa għall-offerti. Il-kuntrattur huwa l-Greenlines Environmental Services Ltd. bir-rata ta' 89 ċenteżmu għal kull bin kulljum. L-istess kuntrattur għandu r-responsabbilta' li jiġbor il-materjal mill-iskips skond skeda approvata mill-WasteServ Malta Ltd.
Leg 10 PQ #3735 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' studenti Għawdxin li jattendu l-universita', maqsumin skond il-kors li jsegwu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #3737 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Żvilupp fi Triq Borg Olivier

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-iżvilupp fi Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Għawdex (MEPA Ref No: 93/03)? Tista' tgħid jekk ġewx ikkonsultati l-kunsill lokali tar-Rabat, il-clubs tal-football u entitajiet oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #3738 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Samples tad-demm

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex is-samples tad-demm mill-isptar Ġenerali ta' Għawdex li jkunu se jittieħdu fl-isptar San Luqa biex jiġu eżaminati qed jiġu trasportati fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mingħajr ma jkunx hemm ħadd li jieħu ħsiebhom mill-isptar waqt it-traġitt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-samples tad-demm li jkunu se jittiehdu mill-Isptar Generali t'Ghawdex ghall-Isptar San Luqa biex jigu ezaminati qed jingabru mill-kurrier ta' l-isptar kmieni filghodu. Fl-assenza tal-kurrier impjegat iehor ta' l-isptar iwassalhom sac-Cirkewwa fejn ikun hemm it-trasport jistennihom li permezz tieghu imbaghad jittiehdu l-Isptar San Luqa.

Ħ'Attard — Reserved parking

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 809, jista' il-Ministru jgħid għaliex id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku mhux f'pożizzjoni li jawtorizza post riservat għall-użu tal-minibus li twassal it-tfal għad-dutrina? Jista' jitlob lid-direttorat biex jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu minħabba l-fatt li Triq Ħal Warda hi triq perikoluża, traffikuża u jkun hemm parking matul it-triq kollha li jagħmilha diffiċli, jekk mhux impossibbli, li l-minibus iwassal u jwaqqaf lit-tfal viċin ta' Dar it-Tagħlim Nisrani? Ma jaħsibx il-Ministru li parking temporanju għal minibus fil-ħin tad-dutrina jagħmel dan l-ambjent għat-tfal aktar san u sikur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser nitlob lid-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku jerġa jikkunsidra din it-talba.
Leg 10 PQ #3740 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-pulizija — Regolamenti dwar reduced hours

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti dwar ir-reduced hours u drittijiet oħrajn għal nisa li huma pregnant humiex jiġu applikati għall-membri tal-korp tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija jistgħu jibbenefikaw mill-iskemi ta` reduced hours u maternity leave. Pero` minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, l-iskema ta` reduced hours hija limitata għal mhux anqas minn 75% tal-ħin tax-xogħol u bil-kundizzjoni li jkunu lesti li jaħdmu sigħat normali tax-xogħol meta dan ikun meħtieġ fl-eżiġenzi tas-servizz.

Eġittu — Ajruplan tal-flash airlines

Question

Fid-dawl tat-tħassib li nqala' f'diversi pajjiżi Ewropej dwar il-kwestjoni ta' l-air safety wara l-crash ta' l-ajruplan tal-flash airlines f'Sharm El Sheikh fl-Eġittu, jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet lokali wrewx tħassib jew anke waqqfu third country aircraft li jtir lejn u minn pajjiżna minħabba safety standards inadegwati? Jekk iva, liema kienu l-airlines ikkonċernati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili bħala proċedura jipproċessa applikazzjonijiet minn airlines li jixtiequ jinżlu Malta u jikkontrolla ċ-ċertifikati bażiċi ta' l-operatur u ta' l-ajruplan ikkonċernat qabel ma jingħata l-permess li jinżel Malta. Fortunatament ma kellniex applikazzjonijiet minn airlines biex iġorru passiġieri minn u lejn Malta li kien hemm xi dubju fuq is-safety standards tagħhom.

Santa Venera — Triq il-Kbira San Ġużepp - proġett mill-WSC

Question

Jista' il-Ministru jispjega l-proġett li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tagħmel fi Triq il-Kbira San Ġużepp f'Santa Venera u l-Ħamrun? Kemm se jiswa dan il-proġett? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol? Jikkonsidra l-Ministru li dan ix-xogħol jibda minn naħa ta' Santa Venera billi hu magħruf li l-kunsill lokali ta' din il-lokalita' ma jdumx ma jibda xogħol ta' riabilitazzjoni u tisbiħ fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħalissa il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandiex pjanijiet dwar Triq il-Kbira San Ġużepp f'Santa Venera u l-Ħamrun. Jista' jkun li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal proġett li l-gvern ċentrali għandu biex jingħata wiċċ ġdid lil din it-triq. Kif dejjem jiġri meta jsiru proġetti bħal dawn, il-gvern ċentrali talab lill-Korporazzjoni jekk hemmx xi mains u house connections ta' l-ilma biex jinbidlu qabel ma jsir il-wiċċ il-ġdid tat-triq. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma min-naħa tagħha studjat x'infrastruttura għandha fit-triq u se tipproponi biex jinbidlu xi mains u house connections qodma. Din l-informazzjoni se tingħadda lill-gvern ċentrali fi żmien qasir. Peress li dan il-proġett huwa tal-gvern ċentrali, il-Korporazzjoni ma tidħolx f'meta u minn fejn se jinbeda l-proġett.
Leg 10 PQ #3743 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kunsilli lokali

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-allokazzjoni li kull kunsill lokali se jingħata għas-sena finanzjarja li ġejja u kif din hi mqassma?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni finanzjarja għas-sena 2004-2005 għadha qed tinħadem. L-allokazzjoni ssir abbażi tal-formola li tinsab fl-Għaxar Skeda ta` l-Att dwar Kunsilli Lokali. Din il-formola tinkludi diversi fatturi li jikkalkulaw kemm tiswa lil kull Kunsill sabiex dan jaqdi l-funzjonijiet statutorji tiegħu, kif ukoll għar-rigward taż-żamma u l-manutenzjoni ta` l-assi. Hu mistenni li sa l-aħħar ta` Jannar 2004, din l-informazzjoni tkun ikkomunikata lill-Kunsilli Lokali kollha u l-informazzjoni mitluba tkun tista` titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Venera — Triq Miruzzi - sistema ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sistema ġdida ta' drenaġġ fi Triq Miruzzi, f'Santa Venera hijiex lesta u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li mhijiex titħaddem? Jekk fin-negattiv, x'inhu jżomm lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tlesti dan ix-xogħol u r-residenti ma jibqgħux jagħmlu użu mill-fossa?

Response (GATT, AUSTIN)

Fi Triq Miruzzi, Santa Venera tlestiet l-ewwel fażi tax-xogħol fuq is-sistema tad-Drenaġġ. Is-sistema tkun tista' titħaddem kompletament bit-twettieq tat-tieni fażi. Inbeda l-proċess tat-tender għax-xogħol li jkopri t-tieni fażi.

Santa Venera — Triq il-Brunżar - sistema ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk issewwitx is-sistema ġdida ta' drenaġġ fi Triq il-Brunżar, f'Santa Venera u jekk fl-affermattiv, għaliex ma' kull ħalba xita d-drenaġġ għadu jfur għat-triq u joskula wkoll fid-djar tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħsara msemmija li hemm fi Triq il-Brunzar, Santa Venera, ser tissewwa fil-jiem li ġejjin. Il-ħsara għada ma bditx tissewwa sal-lum għax il-permess tal-ADT għadu ma ngħatax. Qed isir kull sforz u pressjoni biex dan jitranġa u mbagħad tkun tista' tissewwa l-ħsara minnufih.