Jista' il-Ministru jgħid: a) min kien il-kummissarju li żamm is-seduta fit-tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fil-5 ta' Diċembru, 2003? b) kemm każijiet instemgħu f'dik is-seduta? c) kemm kienu l-kawżi deċiżi? d) kemm kienu dawk li ġew liberati u dawk immultati? e) kemm kien id-dħul mill-multi għall-kunsill dakinhar? f) kemm tħallas il-kummissarju għax-xogħol tiegħu fl-istess seduta? g) min kien il-prosekutur f'din l-istess seduta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-funzjoni ta` infurzar ta` kontravenzjonijiet tat-traffiku ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali.
Kif taf l-Onorevoli Interpellanta, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali.
Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellanta tista` tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill Lokali ta` tas-Sliema.
Jista' il-Prim Ministru jgħid f'għaxar snin ta kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm-il persuna (u mhux kemm-il nominazzjoni intefgħet) ikkontestat l-elezzjonijiet lokali? Jista' ukoll jingħata rendikont ta kemm minn dawn kienu nisa u irġiel u kemm kien hemm żgħażagħ u anzjani? Kemm-il persuna ikkontestat aktar minn darba? Jista' jagħti r-rendikont lokal b'lokal?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kien hemm 1,870 persuna li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mill-1993 sal-2003. 1,497 kienu rġiel u 373 nisa. L-etajiet tagħhom kienu hekk:
Eta`
Rġiel
Nisa
minn 18-il sena sa 25 sena
144
50
minn 26 sena sa 45 sena
640
152
minn 46 sena sa 60 sena
513
135
minn 61-il sena ’l fuq
200
36
Kien hemm 667 persuna li kkontestat l-elezzjoni aktar minn darba u dawn kienu 554 irġiel u 113 nisa.
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella ‘A’ li turi kif l-1,870 persuna kkontestaw l-elezzjonijiet lokalita` b’ lokalita` u maqsuma bis-sess u bl-eta` u tabella ‘B’ li turi t-totali ta’ rġiel u nisa li kkontestaw aktar minn darba, maqsuma lokalita` b’lokalita`.
Jista' il-Prim Ministru jgħid, f'għaxar snin ta kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm-il persuna ikkontestat iktar minn lokalita' waħda, anke jekk fi snin differenti? Jista' iżid ukoll kemm-il persuna irnexxielha tiġi eletta f'aktar minn kunsill wieħed? Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni u minn liema lokalitajiet kienu ġejjin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
In-numru ta’ persuni li kkontestaw aktar minn lokalita` waħda fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mill-1993 sal-2003 huwa ta’ 15. Kien hemm 3 persuni li ġew eletti f’aktar minn lokalita` waħda. Dawn kienu Spiru Formosa li tela’ fuq ir-Rabat Għawdex u fuq il-Fontana, Herman Schiavone fuq Birżebbuġa u fuq Marsaxlokk u Keith Patrick Grech fuq San Pawl il-Baħar u fuq Ta’ Xbiex.
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-500 tunnellata ta' "Others prepared processed domestic swine products " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen" meta jiġi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Kummissjoni Ewropeja għadha trid toħroġ regolamenti ġodda fuq il-kwoti, tariffi u dazji fuq importazzjoni minn pajjiżi terzi.
B'referenza ghas Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,000 tunnellata ta' "boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħro l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentaru Numru 3477, Seduta 87.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" hindquarters of bovine with bone frozen" meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE?
It-tunnellagg inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-mportazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika ukoll ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480.
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-4,200 tunnellata ta' " hindquarters of bovine with bone frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "?
Jista' jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issusidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87.
B'riferenza għat-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-"corned beef in airtight cans " meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellagg inkwestjoni skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480.
Skejjel primarji — Kors ġdid bit-titlu "Happy Series"
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu dawk l-applikazzjonijiet għall-Avviż Nru. PS 25/03 għal xiri ta' textbooks tal-kors il-ġdid ta' l-Ingliż "Happy Series" għall-iskejjel primarji - sena skolastika 2003/2004? Kemm kienu l-offerti ta' kull wieħed u min ġie magħżul? Jista' jgħid minn meta se jibdew jiġu utilizzati dawn il-kotba u f'liema klassijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija ikun sar pubbliku u imwaħħal fuq in-notice board tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Informat ukoll li l-proċess tax-xiri tal-kotba għadu għaddej. Għalhekk l-ewwel ktieb ta' din is-serje ser jiġi introdott fil-Year 1 ta' l-Iskejjel Primarji Statali f'Settembru 2004.
Jista' il-Ministru jgħid wara li dehret sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern għall-post ta' Area co-ordinators Skola Sport mal-kunsill Malti għall-isport, kemm applikaw, min kienu u min ġie magħżul? Xi kriterji ġew mitluba? X'inhi n-natura tax-xogħol/dmirijiet tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ħlas?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Membru li minħabba li dawn il-karigi ta' Area Co-Ordinators mhumiex għall-uffiċjali pubbliċi imma għall-ingaġġ part-time ma nħossx li għandha ssir pubblika lista ta' nies li tinkludi ismijiet ta' dawk li ma' ġewx magħżula.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi mistoqsija speċifika fuq xi individwu li jħossu aggravat nitolbu bil-metodu tas-selezzjoni jgħaddi l-isem taħt karta separata mal-mistoqsija u nindaga fuq il-każ partikolari.
Il-kriterji meħtieġa u li ġew mitluba kienu illi l-applikanti jkollhom kwalifiki akkademiċi jew tekniċi fil-qasam ta' l-isport, esperjenza ta' tagħlim jew coaching f'attivitajiet motorji f'diversi dixxiplini sportivi, abilita' li torganizza u timplimenta programmi ta' rikrejazzjoni u edukattivi għat-tfal.
Fost in-natura tax-xogħol u dmirijiet mitluba hemm illi Area Co-Ordinator ikun responsabbli mill-area, mill-għalliema u coaches assenjati lilu, mill-faċilitajiet, is-syllabus, attrezzaturi, attendenzi tat-tfal u ta' l-għalliema, filwaqt li jżomm ko-ordinazzjoni kontinwa ma' l-iSkolasport Co-Ordinator u l-Kunsill Malti għall-Isport.
Il-ħlas huwa ta' Lm 14.00 kull sessjoni ta' 3 siegħat il-waħda, kull nhar ta' Sibt minn Ottubru sa' Mejju.
Jista' il-Ministru jgħid wara li dehret sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern għall-post ta' Sports instructors/coaches Skola Sport mal-kunsill Malti għall-isport, kemm applikaw, min kienu u min ġie magħżul? Xi kriterji ġew mitluba? X'inhi n-natura tax-xogħol/dmirijiet tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ħlas?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li minħabba li dawn il-karigi ta' Sports instructors/coaches mal-Kunsill Malti għall-Isport mhumiex għall-uffiċjali pubbliċi imma għall-ingaġġ part-time ma nħossx li għandha ssir pubblika lista ta' nies li tinkludi ismijiet ta' dawk li ma' ġewx magħżula.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi mistoqsija speċifika fuq xi individwu li jħossu aggravat nitolbu bil-metodu tas-selezzjoni jgħaddi l-isem taħt karta separata mal-mistoqsija u nindaga fuq il-każ partikolari.
Il-kriterji meħtieġa u li ġew mitluba kienu illi l-applikanti jkollhom kwalifiki akkademiċi jew tekniċi fil-qasam ta' l-isport, esperjenza ta' tagħlim jew coaching f'attivitajiet motorji f'diversi dixxiplini sportivi, abilita' li torganizza u timplimenta programmi ta' rikrejazzjoni u edukattivi għat-tfal. Mal-lista magħżula hemm żewġ helpers sabiex jgħinu lit-tfal ta' l-iSpecial Class bil-bżonnijiet individwali tagħhom.
Fost in-natura tax-xogħol u dmirijiet mitluba hemm illi Instructor jew Coach ikun responsabbli mill-klassi ta' tfal assenjati, responsabbli ta' l-apparat użat, iżomm l-attendenzi tat-tfal u preparazzjoni bir-reqqa tal-lezzjoni, filwaqt li jżomm ko-ordinazzjoni kontinwa ma' l-Area Co-Ordinator tiegħu.
Il-ħlas huwa ta' Lm10.00 kull sessjoni ta' 2 1/2 il-waħda, kull nhar ta' Sibt minn Ottubru sa' Mejju.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet is-somma totali li ngħatat għas-salarji ta’ l-għalliema/staff ieħor ta’ l-iskejjel tal-knisja fis-sena skolastika 2002/2003? Jista’ jgħid kemm ingħata għal xogħol ieħor ta' manutenzjoni fl-istess żmien? Meta sar il-ħlas għal xogħol ta' manutenzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li is-somma totali li ngħatat lill-Knisja għall-Iskejjel tagħha għal salarji u spejjeż oħra fis-sena skolastika 2002/2003, jiġifieri bejn Ottubru 2002 u Settembru 2003 hija ta’ Lm9,080,225.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ingħata lill-iskejjel tal-knisja għas-salarji u manutenzjoni separatament fl-ewwel xhur tas-sena skolastika li qegħdin fiha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont li ngħata lill-Awtoritajiet tal-Knisja għal salarji u spejjeż ġenerali ta’ l-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika li ninsabu fiha, jiġifieri minn Ottubru 2003 sa Jannar 2004 huwa Lm3,266,662.
Awtoritajiet ekklesjastiċi — Tqassim ta' fondi għall-iskejjel tal-knisja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tingħatax somma globali lill-knisja f'Malta u din titqassam mill-awtoritajiet ekklesjastici għall-iskejjel tagħha? Huwa magħruf kemm tingħata kull skola għas-salarji u għall-manutenzjoni?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti breakdown ta' kif saru l-ħlasijiet lil kull skola tal-knisja għas-sena skolastika 2002/2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li is-somma globali votata fl-estimi tiġi mgħoddija lill-Awtoritajiet tal-Knisja f’numru ta’ pagament ugwali f’forma ta’ tranche kull xahar li jkopri 1/12 tas-somma globali. Dan il-pagament f’forma ta’ tranche jkopri kemm salarji kif ukoll spejjeż ġenerali.
Jista' il-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet li saru jew se jsiru fil-Kottonera mill-konsorzju responsabbli mit-tisbiħ ta' l-ambjent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fil-Kottonera il-Konsorzju huwa responsabbli mit-toroq arterjali bħas-sena li għaddiet. Din is-sena wkoll ser jieħu ħsieb il-manutenzjoni kollha u jwettaq din il-manutenzjoni skond iż-żmien tas-sena.
Fl-istess waqt il-konsorzju għandu l-kuntratt tax-xogħol relatat mat-tisbiħ ta’ l-ambjent mal-Kunsill tal-Birgu, kif ukoll għamel iż-żbir tas-siġar fil-konfini tal-Kunsilli ta’ Bormla u ta’ l-Isla.
Issa li l-Baċir Nru. 1 u l-area tal-madwar saru tal-gvern, jista' il-Ministru jgħid jekk bediex xi xogħol sabiex minn din l-area ssir xi ħaġa u tgawdi minnha l-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li diġa bdew preparamenti sabiex jinħareġ "Development Brief" u jibda l-proċess sabiex ikun identifikat żviluppatur privat li jwettaq dan il-proġett.