Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-istudenti tal-junior college ma jistgħux joqogħdu għall-eżamijiet tal-Bord AEB waqt li studenti sħabhom li jattendu sixth forms non-statali jistgħu, meta dan qed jitqies forma ta' diskriminazzjoni kontra l-istudenti tal-junior college?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Junior College jipprepara l-istudenti għall-MATSEC certificate biex ikunu jistgħu jidħlu l-Universita'. Is-sillabi li jiġu segwiti, dawk tal-MATSEC, huma differenti minn sillabi ta' bordijiet ta' eżamijiet oħra barranin.
Filwaqt li l-Amministrazzjoni tal-Junior College ma żżomm lil ħadd milli jagħmel ukoll eżamijiet li jrid hu ta' dawn il-bordijiet barranin, ma tistax fl-istess ħin tippreżenta għal dawn l-eżamijiet dawk l-istudenti li ma jkunux ġew ippreparati għalihom mill-Kulleġġ.
L-istudenti ikunu infurmati b'dan kollu f'laqgħa li ssir fis-Sajf, qabel ma japplikaw biex jidħlu il-Junior College.
Uffiċċju ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu — Persuna responsabbli mill-budgeting finanzjarju
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-persuna responsabbli għal abbuż mill-budgeting finanzjarju f'wieħed mill-uffiċini barranin tal-MTA ġie mkeċċi? Jikkonferma li dan kollu ġara fl-uffiċini ta' l-Olanda?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-MTA ma keċċit lill-ebda persuna mpjegata fl-uffiċini barranin tagħha.
Awtorita' Maltija tat-turiżmu — Direttur tal-marketing
Question
Huwa minnu li d-direttur marketing tal-MTA irriżenja? X'wassal għal dan? Huwa minnu li l-Ministru issa ħatru bħala konsulent tiegħu? Jekk iva, x'inhu l-pakkett finanzjarju offrut lilu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mhux minnu li d-Direttur tal-Marketing and Promotion ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu rriżenja, lanqas ma hu minnu li jien ħtartu bħala kunsulent tiegħi.
Dak li gara hu li seħħet bidla fit-tmexxija tad-Direttorat tal-Marketing and Promotion, bir-riżultat li d-Direttur preċedenti ngħata responsabbiltajiet ġodda fi ħdan l-Awtorita'.
Jista' il-Ministru jagħti tweġiba dettaljata dwar il-fatturi kollha li wasslu lill-kumpanija ITS Malta Ltd - sussidjarja tal-Innovative Transportation Systems AG li taħsibha mill-ġdid dwar li tinvesti f'pajjiżna fejn kellha toħloq 500 impjieg fi żmien ħames snin minħabba red tape u burokrazija żejda, propju ftit jiem wara li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kien stqarr fil-Parlament li kien lest jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu mill-ġdid jekk ma jinqatax ir-red tape li qed tiffaċċja l-komunita' industrijali u kummerċjali ta' pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif joħroġ ċar minn stqarrija maħruġa mill-Malta Enterprise, l-Kumpanija ITS Malta Ltd. għadha interessata li tinvesti f’Malta. Filfatt, id-diskussjonijiet bejn din il-kumpanija u l-Malta Enterprise jinsabu f-livell avvanzat.
L-Air Malta għandha xi ħsieb li tagħmel tal-post lil xi wħud mill ħaddiema li kienu ġew ingaġġati għal żmien temporanju u għas-sajf? Jekk iva, kemm hemm ħaddiema involuti u meta sejjer isir jew sar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air Malta għandha grupp ta' 42 persuna li qegħdin allokati f'diversi dipartimenti. Dawn il-persuni għandhom kuntratt definit sa' l-aħħar t'April 2004.
Il-Kumpanija għad m'għandhiex pjan dwar dawn il-persuni jekk hux ser jingħataw kuntratt indefinit jew le.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar minn naħa tal-Gvern dwar il-pubbliċita' ħażina li ngħatat lil pajjiżna dwar -
L-iskandlu tat-
tender
tal-apparat mediku tal-Mater Dei;
Ir-referenzi għal Malta bħala tax haven fil-każ tal-Parmalat anki f'ġurnali influwenti bħall Financial Times;
Ir-rapporti f'Le Figaro dwar il-każ tad-diżastru marittimu dwar il-vapur Erika?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jaqra l-istqarrijiet maħruġa mill-awtoritajiet responsabbli.
Skond il-Gvern x'inhi r-raġuni propja u uffiċjali li kien hemm ħafna cruise call cancellations din is-sena - aktar u aktar billi il-Federation of Associations of Travel and Tourisim agents - FATTA- u l-iżviluppaturi tal-Cruise Terminal il ġdid, il-VISET ġabu raġunijiet differenti minn xulxin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li huwa ferm diffiċli li wieħed jipprova jistabilixxi raġuni "uffiċjali" għal l-iżvilupp u l-andament tal-cruise market lejn Malta. Li wieħed jista' jagħmel hu li janalizza ċ-ċirkustanzi kollha, li qegħdin jaffettwaw dan is-suq f'Malta, kif ukoll barra minn Malta, sabiex dak li qed iseħħ jitpoġġa f'perspettiva aktar ċara.
F'dawn l-aħħar snin, is-suq tal-cruise wera rata ta' tkabbir sostanzjali, b'riżultat li dan il-fenomenu ġie ppopolarizzat ħafna u l-appell tçgħu jinfirex f'settur socio-ekonomiku, li tradizzjonalment ma kienx jiflaħ għall-piż finanzjarju ta' dan it-tip ta' vjaġġar. L-effett kien li n-numru ta' vapuri u passiġġieri zdiedu b'ammonti sostanzjali.
Fir-rigward ta' Malta, l-aħħar ftit snin kienu wkoll influwenzati mill-fatt li diversi linji tal-cruise liners għażlu li jikkonċentraw il-programm tagħhom fiċ-Ċentru u l-Punent tal-Mediterran a skapitu ta' destinazzjonijiet fil-Mediterran tal-Lvant u fl-Afrika ta' Fuq minħabba biża ta' attakki terroristiċi f'dawn il-partijiet tar-reġjun. B'riżultat ta' dan, Malta gawdiet minn żieda sostanzjali fil-programm ta' dawn il-cruise ships illi nkludew lil Malta bħala port of call fl-itinerarju tagħhom.
Fil-frattemp, l-awtoritajiet Maltin, kif ukoll il-consortium responsabbli għal l-iżvilupp tal-cruise passenger terminal fil-Port il-Kbir, imbarkaw fuq programm ta' investiment illi għandu iwassal sabiex Malta jkollha wçħed mill-iżjed terminals moderni u avvanzati fir-reġjun. L-iskop wara dan l-investiment hu prinċipalment illi jattira linji tal-cruise illi jibdew joperaw minn Malta bħala home port minnflok sempliċiment bħala port of call. Din id-distinzjoni tagħmilha possibli sabiex il-benefiċċji ekonomiċi ta' din l-attivita' jestendu wkoll għas-settur tat-trasport bl-ajru, ta' l-akkommodazzjoni u ta' service providers oħra, peress illi cruise passengers li jibdew u jtemmu l-cruise tagħhom f'Malta iridu jtiru lejn u minn Malta, kif ukoll jkollhom l-opportunita' li jestendu z-zjara tagħhom f'pajjizna bi ftit ġranet oħra. Għalhekk, huwa dan is-suq partikulari li joffri l-aktar prospetti għall-iżvilupp sostenibbli tal-cruise market.
Għal dan il-għan, l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu qegħda tkun proattiva ħafna fl-inizjattivi li qegħda twettaq, prinċipalment mal-VISET u l-MIA, kif ukoll ma, diversi stakeholders pubbliċi u privati oħra li huma relevanti għal dan is-settur, sabiex twaqqaf il-Malta Cruise Network, li l-iskop tçgħu huwa li jissinergizza l-isforzi tal-partijiet koncernati kollha, kif ukoll jiffoka l-istrateġiji promozzjonali nazzjonali, sabiex dan is-settur iżid il-kontribut ekonomiku tçgħu, jgħin fl-iżvilupp kontinwu ta' l-industrija tat-turiżmu, kif ukoll jistabbilixxi lil Malta bħala waħda mid-destinazzjonijiet marittimi ewlenin fil-Mediterran.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-250 tunnellata ta' "natural butter fat content 85% immediate pack " skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "?
Jista il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-521 tunnellata ta' materja prima u kemm bhala kompożizzjoni ta' "Milk cream in powder or other solid form, fat content less than 1.5% " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tohroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,500 tunnellata ta' "Other processed cheese(Kefoalo-tyri,) etc " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,000 tunnellata ta' "Edam cheese " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3257 li titratta dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Edam cheese "meta jiġi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' "chedder cheese " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhi s-somma totali li tħallset s'issa lill-awtoritajiet tal-knisja għall-iskejjel tagħha bhala salarji u manutenzjoni separatament mindu sar il-ftehim bejn il-gvern u l-knisja? Jista’ jagħti wkoll il-figuri sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat id-direttorju tal-kodiċi postali ġdid li l-uniku wieħed inħareġ 13–il sena ilu? Ma jaħsibx li dan huwa importanti li jiġi ppubblikat minħabba li l-awtoritajiet tal-posta jesiġu li l-kodiċi postali jitniżżel f'kull indirizz?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi dan il-Ministeru illum il-ġurnata għandu x'jaqsam mar-regolamentazzjoni tas-settur postali u m'għandux ir-responsabbilta` diretta tal-Maltapost. Għal dak li jirrigwarda l-liġi u regolamenti li jittrattaw l-aspett regolatorju, bħalissa ma hemm l-ebda obbligu fuq il-Maltapost sabiex dawn jippubblikaw dan ir-reġistru.
Madankollu l-Awtorita` Maltija għal Komunikazzjoni aktar tard din is-sena ser tagħmel eżerċizzju biex tiddetermina f'aktar dettal l-obbligi universali (universal service obligations) tal-Maltapost. Wieħed jistenna li l-kwistjoni tad-direttorju tal-kodiċi postali tiġi studjata flimkien ma' aspetti oħrajn li eventwalment jistgħu jiġu determinati bħala obbligi tal-Maltapost.
Għal dak li jirrigwarda l-preżent, din id-domanda għandha tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli għall-investimenti u teknoloġija ta' l-informazzjoni.
Spiżeriji — Bejgħ illegali ta' sustanzi wżati f'ċertu sport
Question
Jista’ il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fl-investigazzjoni li qed issir kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 3086 dwar bejgħ illegali minn spiżeriji ta' sustanzi użati f'ċertu sport?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-investigazzjoni li qiegħda ssir f'dawk l-ispiżeriji li jbiegħu dawn it-tip ta' mediċinali għadha għaddejja. Infurmat ukoll li s'iisa ġew referuti erba' kontravenzjonijiet lill-Kummisarju tal-Pulizija biex jinstemgħu quddiem il-Qorti.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' influwenza fl-2003? Kemm kien hemm nies li ngħataw it-tilqim b'xejn kontra din il-marda? Jista’ jgħid kemm kien hemm aktar nies li ngħataw din it-tilqima minn tobba privatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li peress li ħafna mill-każijiet ta' influwenza ma jiġux notifikati, mhux possibbli li jingħata n-numru ta' każi ta' influwenza fil-popolazzjoni ġenerali. Għalhekk, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika waqqaf Influenza Sentnel Surveillance sabiex jiġbor statistika dwar in-numru ta' każijiet ta' influwenza fejn ġie kkonsultat tabib. L-inċidenza ta' l-influwenza varjat matul Ottubru sa Diċembru 2003 - minn 11.21 persuni kull 1,000 persuna li kkonsulta tabib, sa 99.58 kull 1,000 persuna.
In-numru ta' ta' nies li ngħataw it-tilqim b'xejn kontra l-influwenza kien ta' 24,900. Ninsab infurmat li ma jinżammx record ta' kemm jingħata tilqim kontra l-influwenza fil-privat.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex obbligatorju li bejjiegħa ta' vetturi second hand juru l-prezz b'mod ċar fuq kull vettura li jkollhom għall-bejgħ fix-showroom tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jara li dan isir u jekk fin-negattiv, jista’ jordna li jibda jsir?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-Regolamenti ta’ l-2002 dwar Prezzijiet Indikati, l-bejjiegħa kollha huma obbligati li jesebbixxu l-prezz li bih il-prodotti jkunu qed jiġu offruti għall-bejgħ.
Uffiċjali mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni se jassiguraw li kull min ibiegħ vetturi second hand ikun konxju mill-obbligi li għandu taħt dawn ir-regolamenti u li jaderixxi magħhom.