B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-250 tunnellata ta' materja u kemm bħala kompożizzjoni ta' " others butter, fat content 85% immediate pack" skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3253 li titratta dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti godda fuq l-importazzjoni ta' " others butter, fat content 85% immediate pack "meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3251 li titratta dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' "natural butter fat content 85% immediate pack "meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3249 li titratta dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Milk cream in powder or other solid form, fat content less than 1.5% " meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3247 dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-" Other prepared processed domestic swine products " meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ?
It-tunnellagg inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-mportazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3255 li titratta dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' "chedder cheese "meta jigi mportat mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE?
It-tunnellagg inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex għadu ma sar xejn biex tiġi rranġata t-triq quddiem il-bieb prinċipali ta’ l-iskola Ġużeppi Despott fejn jinġabar ħafna ilma tax-xita li t-triq kważi jkollha tingħalaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3691.
Jista’il-Ministru jgħid kemm huma effettivi l-ispeed cameras li qed jużaw il-pulizija? Saru ċitazzjonijiet mindu ġew introdotti s-sena li għaddiet? Jekk iva, kemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija bdiet tagħmel użu minn l-speed cameras sa minn Mejju 2002. Minn dak iż-żmien sa l-aħħar tas-sena 2003 kien hemm 374 sewwieq li ngħataw ċitazzjoni wara li ġew irreġistrati fuq l-speed camera li kienu qed isuqu b`veloċita` aktar minn dik permessibli.
Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta’ serqiet li ġew irrapurtati lill-pulizija fl-2003? Kemm minnhom saru minn djar, kemm ta' vetturi, u kemm minn vetturi?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant diġa` ingħatat xahar b`xahar. Nirreferih għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari li jġibu dawn in-numri: 521, 523, 525, 527, 529, 1509, 1511, 1513, 2547, 2549, 3385 u 3629.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kien hemm każi fejn inqabdu żgħażagħ taht is-16–il sena f'postijiet ta' divertiment/bars, eċċ? F'liema lokalitajiet? F'kull każ, ittieħdu passi kontra min imexxi l-post?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 55 persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija f`postijiet ta` divertiment ġewwa San Ġiljan, Wied il-Għajn u B`Buġia. B`riżultat ta` dan, il-Pulizija bdiet passi quddiem il-Qorti kontra 14-il sid ta` dawn l-istabbilimenti.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm ċitazzjonijiet li nħarġu mill-pulizija u mill-wardens separatament minħabba tipjip f'postijiet li huma mħarsa mil-liġi, bħal ngħidu aħna fl-isptarijiet, trasport pubbliku, eċċ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm erba` persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu f`postijiet fejn it-tipjip huwa projbit.
Għal dak li jirrigwardja d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delega ta` l-infurzar tal-liġi kontra t-tipjip f`postijiet li huma imħarsa mill-liġi għadha ma ġietx mgħoddija lill-Gwardjani Lokali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu d-dħul li jrid ikollu pensjonant sabiex ikun jista' jibbenefika mill-għajnuna medika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Biex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna tal-Mard ma tridx ikollha riżorsi kapitali ta’ aktar minn Lm6,000 jekk tkun persuna waħedha u Lm10,000 f’każ ta’ persuna miżżewġa. Id-dħul fil-ġimgħa ta’ persuna waħedha ma jridx ikun aktar minn Lm9.30 fil-ġimgħa. Dan id-dħul jiżdied bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull persuna oħra li tgħix fid-dar. Fil-każ ta’ pensjonant, mill-ammont ta’ pensjonijiet li jirċievi, jiġi njorat ammont ekwivalenti għall-pensjoni minima nazzjonali miżjuda applikabbli.
It-test biex jiġi stabbilit id-dħul fil-ġimgħa jsir skond kif elenkat fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ex Malta Drydocks u ex Malta Shipbuilding li marru mal-kumpannija Industrial projects & services ltd.? Jista' jgħid kif tqassmu dawn il-ħaddiema, jiġifieri fejn ġew sekondati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Minstru jgħid x'passi ħadet fis-sena 2003 u din is-sena l-awtorita' Maltija tal-Komunikazzjoni skond l-obbligi tagħha li tħares l-interessi taċ-ċittadini mis-servizz, fil-fehma tiegħi, tal-posta li qed tagħti l-Maltapost?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni f'Ġunju tas-sena l-oħra saret l-Awtorita' responsabbli tal-Posta, bil-promulgazzjoni ta' l-Att Dwar is-Servizzi Postali f'Ġunju 2003. Malli ħadet din ir-responsabilita' l-Awtorita' bdiet taħdem bi sħiħ biex taqdi l-funzjoni tagħħa skond il-liġi.
Aktar tard fl-istess xahar ta' Ġunju l-Awtorita' ħarġet dokument konsultattiv bl-għan ewlieni li tifhem aħjar is-settur, tibda konsultazzjoni mal-partijiet interessati u tħejji biex tfassal u timplimenta struttura biex tirregola dan is-settur.
Din is-sena l-Awtorita' ser tagħmel eżerċizzju biex tiddetermina f'aktar dettal l-obbligu universali (universal service obligations) tal-Maltapost u biex tara li standards f'dan is-settur ikunu implimentati.
Skejjel — Studenti li qed jingħataw il-privat mill-istess għalliema
Question
Huwa aċċettabbli u etikament korrett li tfal li jattendu fi skola parimarja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed jingħataw il-privat mill-istess għalliema tagħhom? Jistgħu jittieħdu passi biex dan ma jibqax isir?