Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw iz-zokkor bħala materja u kemm bħala kompożizzjoni mill-35,000 tunnellata ta' "zokkor" skond "S pecial Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87
Leg 10 PQ #3663 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip f'postijiet projbiti

Question

Issa li f'April se jidħlu fis-seħħ regolamenti ġodda dwar il-projbizzjoni tat-tipjip f'ċerti postijiet, jista’ il-Ministru jelenka dawk il-postijiet li l-liġi tiddefinixxi bħala postijiet li jagħtu xi servizz bi ħlas jew mingħajr'? X'kampanja se ssir mid-dipartiment tas-saħħa biex kemm is-sidien, kemm l-impjegati kif ukoll il-klijenti jkunu jafu r-responsabbiltajiet tagħhom dwar it-trażżin tat-tipjip f’ċerti postijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk kull ħanut, post tad-divertiment u bini ieħor għandux ikollu xi messaġġ fejn jidher mill-pubbliku u mill-ħaddiema li ma jistax isir tipjip?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-tipjip ma' jitħalliex jsir f'postijiet magħluqa, kif msemmija hawn taħt (Liġi ta' Malta fl-att dwar il-kontroll tat-tipjip tat-tabakk Kap 315 Artiklu 3.1). Postijiet fejn jingħata servizz lill-pubbliku, sew bi ħlas sew b'xejn, inkluż il-bejgħ ta' oġġetti, Sptarijiet, bini fejn tingħata kura medika, Bini għal persuni anzjani, Skejjel u postijiet oħra fejn imorru tfal jew żgħażagħ, Bini fil-magħluq fejn jingħataw edukazzjoni għolja u taħriġ vokazzjonali, Bini fil-magħluq li jintuża għad-divertiment bħal bini tar-radju u t-televiżjoni, Bini fejn jintwerew esibizzjonijiet, Bini u postijiet fejn isir l-isport, Portijiet u ajruporti. Ser issir kampanja fejn ser jitqassam ktejjeb żgħir sabiex jgħarraf il-pubbliku dwar il-kontenut ta' din l-amenda li saret fil-liġi. Il-persuni responsabbli mill-ħanut, post ta' divertiment u bini ieħor għandhu jinforma b'mod ċar kemm lill-impjegati kif ukoll lill-pubbliku, li t-tipjip mhux qed jitħalla fil-bini, billi jwaħħal avviżi li jkunu jidhru ċari. Dawn l-amendi jiddeskrivu r-responsabbilta' tal-Persuna responsabbli mill-istabilliment li jiżgura li ħadd ma jitħalla jpejjep f'dawk iż-żoni fejn it-tipjip huwa projbit. Iż-żoni fejn jitħalla t-tipjip għandhom jkunu sseparati minn dawk fejn ma jitħalliex tipjip u t-tipjip jitħalla jsir biss f'kamra magħluqa. Il-Prinċipal huwa responsabbli li jassigura li l-impjegati ma għandhomx ikunu meħtieġa li jidħlu f'dawk il-kmamar ukoll waqt li jkunu qegħdin jaqdu dmirijiethom. Dan ifisser li ħadd ma jitħalla jpejjep fil-post tax-xogħol jew f'post pubbliku li jkun taħt il-kontroll tal-prinċipal ħlief f'kamra msemmija fejn jista' jsir it-tipjip.
Leg 10 PQ #3664 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti li saru ommijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kien hemm studenti li saru ommijiet? Kemm minnhom kienu mill-iskejjel ta’ l-istat, indipendenti u tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2003, daħlu 140 każijiet ġodda. Minn dawn, 37 kienu għadhom l-iskola, 17 kienu jattendu korsijiet post-sekondarji/Universita', u 86 kienu għadhom kemm spiċċaw l-iskola, jew bdew jaħdmu, jew qegħdin id-dar. Mogħti l-parir li skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, 2001 ma tistax tingħata aktar informazzjoni dettaljata, minħabba l-possibilta' ta' l-identifikazzjoni tal-persuna meta n-numri jiġu maqsumin.
Leg 10 PQ #3665 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-istat — Vacancies ta' kapijiet/assisteni kapijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti bħalissa ta' Kapijiet jew Assistenti Kapijiet fl-iskejjel ta' l-istat fil-livell primarju u sekondarju? F'liema skejjel? Jista’ jgħid meta ġie vakat kull post u x’kienu r-raġunijiet jekk hux minħabba transfer, iritirar, eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub. Qed jitwettqu l-proċeduri biex il-postijiet jiġu mimlija.
Leg 10 PQ #3666 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-istat — Vacancies ta' għalliema

Question

Jista’ il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm postijiet vakanti ta' għalliema fl-iskejjel ta’ l-istat fil-livell primarju u sekondarju separatament? F'liema skejjel u f'liema suġġetti? X'inhuma r-raġunijiet prinċipali għal dan in-nuqqas ta' għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel ta' l-Istat fil-livell Primarju m'hemmx postijiet vakanti ta' għalliema, filwaqt li fil-livell Sekondarju hemm ħames postijiet vakanti kif indikat hawn taħt: Suġġetti Vakanti Skola Raġuni Integrated Science St Luċija GJL/ Fortini BSS Għalliem mar jgħallem l-MCAST I.C.T. Ħamrun GS Għalliem li qiegħed bl-Unpaid Leave History Ħamrun GSS Għalliem trasferit History Marsa BSS Subject Co-Ordinator ingħata lezzjonijiet full-load imma dan oġġezzjona għax qed iżomm ma' l-agreement. Physical Education St Lucija GJL Applikazzjonijiet mhux addattati wara wara sejħa għall-interviews għal Supply Teachers. Qed jittieħdu l-passi possibli biex il-vakanzi jimtlew.
Leg 10 PQ #3667 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior college — Għalliema fil-livell tas-sixth form

Question

Jista’ il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm postijiet battala ta' għalliema fil-livell tas-Sixth Form fil-junior college? Jista’ jgħid ukoll f'liema suġġetti u kemm ilu kull suġġett mingħajr għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena akkademika 2003/2004, minħabba li in-numru ta' studenti baqa' jiżdied, il-Junior College kellu jfittex għalliema part-time biex ikopri numru ta' siegħat fil-ġimgħa f'dawn is-suġġetti: Filosofija, Matematika, Ingliż, Soċjoloġija, Bioloġija, Fiżika, Environmental Science u Systems of Knowledge. Ma hemm ebda grupp ta' studenti fl-ebda suġġett illi ma ngħatax lezzjonijiet minħabba nuqqas ta' għalliema.
Leg 10 PQ #3668 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Ħlasijiet pendenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm għandha ħlasijiet pendenti l-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada? Jista’ jgħid ukoll lil min, x’kien ix-xogħol li sar u kemm hu l-ħlas pendenti? Jista’ jgħid liema huma dawk ix-xogħlijiet li diġa` ġew verifikati u li jistgħu jitħallsu minħabba li ġew ċertifikati?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-kontijiet ta' l-FTS huma is-suġġett ta' verifika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u mill-Maġistrat inkwirenti, it-tagħrif mitlub jingħata meta dan ix-xogħol ikun ġie konkluż.

Fabbriki

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il fabbrika temmet l-operazzjonijiet tagħha minn pajjiżna tul is-sena 2003? Kemm kienet timpjega nies kull waħda minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2003 temmew l-operazzjonijiet tagħhom f'Malta ħmistax (15) il-fabbrika li bejniethom kienu jimpjegaw 489 ħaddiem fuq bażi full time u 104 fuq bazi part time. Matul l-istess żmien pero fetħu jew espandew l-attivita' tagħhom dsatax il-kumpannija li bejniethom żiedu 406 impjieg ġdid.

Laqgħat tat-Task Force tat-Tarzna

Question

Kemm saru laqgħat tat-task force tat-Tarzna fis-sena 2003? Meta saru u kemm saru laqgħat din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-sena 2003 saru 8 laqgħat tat-Task Force. Dawn saru fil: 14.02.03 5.06.03 18.06.03 1.07.03 18.07.03 1.08.03 5.09.03 26.09.03 Dan apparti l-laqgħat li sussegwentement saru biex ikun negozjat il-Ftehim Kollettiv.
Leg 10 PQ #3802 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjarat f'Malta — Personalitajiet u Politiċi Barranin

Question

Xi żjarat minn personalitajiet u politiċi barranin hemm ikkonfermati s'issa għas-sena 2004? X'inhuma id-dati?

Response (BORG, JOE)

Attwalment hemm numru sostanzjali ta' viżiti importanti li huma pendenti, pero' dawk li ġew ikkonfermati sa llum huma kif ġej: FRAR 16 - 18 Żjara Statali mill-President tal-Latvja; 19 - 20 Żjara mill-Kummissarju Ewropew Neil Kinnock; 23 - 24 Żjara mill-Kummissarju Ewropew Frits Bolkenstein; 24 Żjara mill-Kanċillier Tedesk Gerhard Schroeder; MARZU 08 - 10 Żjara Statali mill-President tal-Polonja; APRIL 01 - 02 Żjara mill-Kummissarju Ewropew Anna Diamantopoulos; MEJJU 13 Żjara Uffiċċjali mill-Prim Ministru Irlandiż.
Leg 10 PQ #3803 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Voice of the Mediterranean — Medjazzjoni tal-E.T. il-President ta' Malta

Question

X'kien l-eżitu tal-medjazzjoni tal-E.T. il-President ta' Malta fil-każ tal- Voice of the Mediterranean li għaliha saret referenza fil-media lokali il ġimagħa li għaddiet?

Response (BORG, JOE)

Jiena nfurmat illi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-Voice of the Mediterranean sa issa għadha ma nbidlitx minn dik li hi magħrufa pubblikament.

MEPA — Fond

Question

B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 38620 tal-leġislatura l-oħra tista' il-MEPA tieħu passi dwar dan il-każ li għadu pendenti? Ninsab infurmat mill-persuna li resqitli l-ilment li l-uffiċjali tal-MEPA ma setgħux joħorġu enforcement notice fuq il-fond indikat għaliex allegatament il-persuna li toqgħod fil-fond ma fetħililhomx il-bieb kul meta marru fuq il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li minkejja li saru diversi tentattivi sabiex issir spezzjoni fil-post indikat, dan sal-lum qatt ma kien possibli. Dan minkejja diversi noti li ntbagħtu lill-okkupant u anke diskussjoni mal-Pulizija u mal-Kunsill Lokali għal iżjed informazzjoni dwar l-individwu. L-uffiċjal tal-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kellu jkun ukoll infurmat mill-persuna li qed tirraporta, appena din tinnota fuq il-post lil min huwa responsabbli. Dan il-kuntatt s' issa ma sarx. Tajjeb li jingħad li din l-istruttura ġiet osservata minn fuq bejt ta' terzi fejn jirriżulta li din tinvolvi kamra ta’ l-injam xi 10' x 8' li nbniet snin ilu u li minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni iddeterjorat bir-riżultat li jista’ qed jinħoloq xi perikolu minn xi njam li allegatament qed jaqa’. Fil waqt li l-Awtorita’ ma tinvolvix ruħha dwar perikolu, l-istess tip ta kamra tista’ tkun rregolarizzata bl-Ordni dwar Notifikazzjoni ta’ l-Iżvillupp (DNO) sakemm issir notifika lill-Awtorita’ u diment li din tikkwalifika taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati taħt Klassi 1 (vii) ta’ l-istess Ordni. Jekk il-każ huwa hekk, ma tittieħidx azzjoni t' infurzar skond l-Att 1 ta 1992.
Leg 10 PQ #3807 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Gżira — Fond

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li l-fond li hemm fuq 120, Luqa Briffa Str, Gżira ilu snin jiġi irriklamat bħala guest house meta ma għandhux il-permess meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma teżistix liċenzja ta' Guest House fuq il-fond imsemmi. L-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta qed tinvestiga l-każ biex jittieħdu l-passi meħtçġa.

Appartamenti tal-gvern — Stallar ta' lift

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy biex isir lift fi blokk ta' flats tal-gvern? Kif jistgħu ir-residenti in kwestjoni japplikaw biex isiru dawn il-lifts? X'inhi l-pożizzjoni tar-residenti f'dan il-blokk li jkunu xtraw il-flat u allura l-flat ikun sar tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-politika tal-Gvern dwar installar ta’ lifts fi blokki tiegħu eżistenti hi li, fejn hu possibbli, lift jiġi installat jekk tkun tgħix persuna b’diżabilita’ ta’ mobilita’ f’dak il-blokk. Applikazzjonijiet f’dan ir-rigward isiru lill-Awtorita’ tad-Djar taħt Skema V. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3096 li jien tajt f’Seduta Numru 67.
Leg 10 PQ #3844 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Aredia (biphosphonate injection) hux qegħda tingħata b'xejn fl-isptar San Luqa llum il-ġurnata? Jekk fl-affermattiv jista' il-Ministru jgħid x'inhuma dawk il-kundizzjonijiet mediċi li jagħmlu pazjent jew pazjenta eliġibbli għaliha, u jekk hemmx xi klassijiet ta' pazjenti li huma preklużi milli jirċievu dan it-tip ta' trattament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li Disodium pamidronate (Aredia) qegħda tingħata b'xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dawk il-pazjenti li jsofru minn Paget's Disease, pazjenti li għandhom kanċer mifrux fl-għadam, pazjenti li qed isofru minn hypercalcaemia (malignant jew non-malignant), kif ukoll pazjenti li għandhom osteoporosis li hija dovuta għal xi marda li taqa' fil-lista ta' Schedule V jew mit-trattament tagħha. Pazjenti li għandhom idiopathic osteoporosis ma humiex eliġibbli għal din il-mediċina.

Santa Luċija — Inorganic waste separation unit

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjoni quddiem il-MEPA li tirrigwardja l-iżvilupp ta' inorganic waste separation unit fil-limiti ta' Santa Luċija? Jekk fl-affermattiv f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni numru PA 6268/03, li tirrigwarda żvilupp ta’ Inorganic Waste Separation Unit (To construct inorganic waste separation unit and to sanction soil removal and boundary wall height), imma fil-limiti tal-Gudja, mhux fil-limiti ta Santa Lucia kif hemm fil-mistoqsija. Il-Kunsill Lokali ta' Sta Lucia ġie kkonsultat ukoll. L-applikazzjoni għaddejja minn fażi ta' konsultazzjoni esterna.
Leg 10 PQ #3846 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Learning Centre — Design and Technology - Administrators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies bħala administrators fil-learning centre tad-Design and Technology li hemm in-Naxxar? Jista' il-Ministru jispeċifika eżattament x'inhu x-xogħol li qiegħed isir minn dawn in-nies?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kap li qed imexxi id-Design and Technology Learning Centre huwa wieħed biss u dan huwa l-Education Officer ta' dan is-suġġett.
Leg 10 PQ #3847 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz pubbliku — Clerks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar minnhom dawk li għaddew biex jaħdmu fis-servizz pubbliku bħala clerks kif ipubblikat l-eżami tagħhom madwar sena u xahar ilu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li tajt fis-27 ta’ Ottubru, 2003 għall-Mistoqsija Numru 2103 f’seduta numru 47.
Leg 10 PQ #3848 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Inkjesta — Mewt ta' tifel

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' inkjesta interna fil-mewt tat-tifel fit-28 ta' Frar 2001 ( li ismu qiegħed jintbgħat separatament ma din il-mistoqsija ) liema inkjesta kienet sare fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa, mid-Director Public Ħealth u żewġ persuni oħra? Jista' jikkonferma li fis-26/02/01, fis-sala Fairyland ta' l-isptar San Luqa ħadd ma kien inkarigat minflok il-konsulent tas-Sala għall-ġurnata sħiħa? Jista' jikkonferma ukoll li skond ir-records ta' l-isptar il-konsulent kien ħareġ bis-sick leave mis-26/02/01? Jista' jgħid ukoll għaliex il-kirurgu li operat lit-tifel għall-appendiċite fit-22/02/01 ma tidhirx fuq ir-roster tal-medical staff? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' an ir-roster ta' dik il-ġurnata? Jista' il-Ministru jikkonferma li waqt l-operazzjoni ta' l-appendiċite t-tifel ma kienx ingħata antibiotiċi u li waqt li t-tifel kien l-isptar ma saru ebda eżamijiet bħal kultura tad-demm ħlief wara illi saritlu t-tieni operazzjoni tal-laparotomy?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inkjesta interna issir sabiex l-Amministrazzjoni tanaliżża l-proċeduri interni involuti fil-każ partikolari bl-għan li ttejjeb is-servizz għall-pubbliku. La darba tali inkjesti m'humiex pubbliċi ma tistax tingħata risposta.

Sptar San Luqa — Inkjesta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Maġistrat Lofaro kienet megħjuna minn dawn l-esperti tal-Qorti waqt l-inkjesta li saret fuq il-mewt ta' tifel fl-isptar San Luqa li dettalji tiegħu qiegħed nibgħat separatament, Konsulent Kirurgu, espert fil-Batterjoloġina, espert fil-Mediċina Forensika, żewġ Patoloġista u espert tal-Qorti? Peress li l-Maġistrat Lofaro għalqet l-inkjesta darbtejn, jista' jgħid jekk il-konklużjonijiet tagħha fiż-żewġ okkazjonijiet kienux l-istess? Jista' jgħid jekk skond il-Medico-Legal Post Mortem Examination kienx hemm xi ndikazzjoni li t-tifel kien marradi qabel daħal l-isptar? Jista' jgħid ukoll kif l-esperti mediċi iddeskrivew il-qagħda tat-tifel fl-isptar bejn il-25/02/01 u s-26/02/01? Huwa minnu li skond kif irriżulta mill-inkjesta, l-konsulent tas-sala Fairyland ma kienx qed iħares lejn it-treatment charts tat-tifel u li għalhekk ma kienx jaf illi t-tifel ma kienx qed jingħata antibajotiċi wara l-operazzjoni ta' l-appendiċite? Jista' jgħid ukoll jekk huwiex minnu li l-konsulent tas-Sala ma kienx ta' handover lill-professur li laħaq minfloku jew qattx infurmah dwar l-istat ħażin tat-tifel qabel ma ħareġ bis-sick? Jirriżulta jekk effettivament xi ħadd kienx ġie nfurmat mill-konsulent tas-sala Fairyland li kien ħareġ bis-sick leave? Jirriżulta li waqt l-operazzjoni ta' l-appendiċite, it-tifel ma kienx ingħata antibajotiċi u beda jingħata antibajotiċi biss tlett ijiem wara l-operazzjoni ta' l-appendiċite? Jirriżulta wkoll li l-konsulent ingħata twissija mill-Qorti qabel beda jixhed? Dwar il-kumpilazzjoni mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, jista' il-Ministru jgħid: Skond ordni tal-Maġistrat lill-pulizija, il-kirurgu li opera lit-tifel it-tieni darba kellu jerġa jittella jixhed? Għaliex dan ma sarx? Il-kirurgu li operat lit-tifel għall appendiċite kellha id-deposizzjoni tagħha sospiża? Għalfejn ma reġgħetx ittellgħet biex tkompli tixhed? Huwa minnu li r-roster tal-medical staff preżentati fil-kumpilazzjoni huma difettużi? Għaliex il-professur li suppost kien laħaq minflok il-konsulent ma kienx ittella' jixhed fil-kumpilazzjoni? Kien hemm xi rejazzjoni matul il-kumpilazzjoni dwar iċ-ċertifikat mediku ppreżentat mill-konsulent? Il-Kummissarju tal-pulizija ġie infurmat li skond l-Avukat Ġenerali, il-prosekuzzjoni tal-Pulizija naqset mill tinforma lill-Maġistrat li hija kellha provi oħra xi tressaq relatati mal każ? Huwa minnu li l-kirurgu ngħatat twissija tal-Qorti qabel ma bdiet tixhed? Għaliex ir-rapport ta' l-AG ġie ppreżentat fil-Parlament bl-ismijiet imħassra?

Response (BORG, TONIO)

Il-Proċess in kwistjoni jinsab kustodit fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Generali li infurmani illi ma għandu l-ebda oġġezzjoni biex dan jiġi eżaminat fl-intier tiegħu mill-Onorevoli Interpellant. L-Avukat Ġenerali li esklussivament għandu d-dritt li jiddeċiedi kwistjonijiet ta` prosekuzzjoni penali f`każijiet bħal dawn infurmani wkoll:- 1. Illi hu ġia poġġa l-proċess in kwistjoni għad-dispożizzjoni tal-ġenituri tal-vittma u tal-konsulenti mediċi u legali tagħhom; 2. Illi fl-inkjesta l-Maġistrat Lofaro qabbdet biex jassistuha żewġ patoloġi biex jagħmlu l-eżami postmortem, lill-espert tal-mediċina forensika, lil konsulent kirurgu (li kien wkoll xhud ta' fatt peress illi fiż-żmien in kwistjoni kien acting director tal-kirurġija fl-isptar San Luqa) lil bakterjologu u lil avukat bħala espert legali, li quddiemu instemat ix-xhieda; 3. Il-Maġistrat Lofaro għalqet l-inkjesta darba waħda biss u għalhekk ma setgħax kien hemm lok għal aktar minn konklużjoni waħda; 4. Illi r-risposta dwar il-punti l-oħra sollevati fil-mistoqsija jiddependu minn apprezzament ta' provi u xhieda differenti dwar is-sitwazzjoni medika u fattwali li jirrikjedu li jiġu eżaminati fl-intier tagħhom fl-assjem globali tal-fatti u jkun aħjar għalhekk li wieħed jara l-proċess kollu u ma jispigolax xi inċident jew fatt barra mil-kuntest sħiħ tiegħu; 5. Illi meta għadda biex ordna n-nolle prosecui hu kien studja l-proċess kollu, ra r-rapport tal-inkjesta interna tad-dipartiment u kkonsulta wkoll ma` diversi esperti f'kampi differenti tal-mediċina, u b'hekk wasal għal konklużjoni li l-provi ma setgħux wasslu f'min kellu jiġġudika għal konvinċiment, mingħajr dubbju raġonevoli, li l-imputat kien ħati tal-akkużi attribwiti lilu, hu la kien jaf ,u l-anqas jaf illum li hemm xi provi oħra li jistgħu jwassluh għal konklużjoni differenti; 6. Il-Konsulent in kwisjoni ma xhedx quddiem il-Maġistrat Lofaro iżda quddiem l-esperti. Jikkonferma illi l-espert legali avżah li seta' jagħżel li ma jixhedx; illi fil-fatt l-Avukat Ġenerali ma jsib xejn ħażin fil-proċeduri quddiem il-Maġistrat Lofaro jew il-Maġistrat Scerri Herrera, izda, anke minħabba l-grad ogħla ta' konvinċiment li hu jrid ikollu, hu wasal għal apprezzament divers u konklużjoni diversa fuq il-provi miġbura; 7. Illi hu ħassar l-ismijiet fil-kopja tar-Rapport li għamel lil President tar-Repubblika, biex tiġi protetta aħjar l-konfidenzjalita' dwar l-identita' tat-tifel, u anke għaliex l-isem tat-tobba u konsulenti konċernati (għad-differenza tal-fatti) ma tagħmilx differenza lil konklużjonijiet minnu raġġunti.