Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3671 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Xogħol fl-iskejjel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid mit-twaqqif tagħha sal-lum, il-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada, kemm issellfet flus mill-banek sabiex twettaq xogħol fl-iskejjel? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena u mil-liema banek sar dan is-self? Jista’ jgħid ukoll għal kull sena l-gvern kemm ħareġ flus għall-istess fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ammonti mislufa mill-APS Bank mit-twaqqif tal-Fondazzjoni: Overdraft Bilanċ 31.12.01 - Lm 0 Overdraft Bilanċ 31.12.02 - Lm 450,408.33 Overdraft Bilanċ 31.12.03 - Lm 2,573,363.70 Il-Gvern ħareġ flus sena b'sena: Kapital: 2001 - Lm 100,000 2002 - Lm 3,100,000 2003 - Lm 3,100,000 Recurrent: 2002 - Lm 75,000 2003 - Lm 75,000

Dipartiment women in society — Ħaddiema

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x’se jiġri mid-dipartiment Women in society u mill-ħaddiema li jaħdmu f’dan l-istess dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att ta’ l-2003 dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, li ġie fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2003, jipprovdi li jkun hemm Kummissarju u Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa. Skond l-istess Att il-Kummissjoni tkun amministrata minn Direttur Eżekuttiv u uffiċjali oħra, li jistgħu jkunu uffiċjali pubbliċi assenjati mill-Prim Ministru biex jaqdu dmirijiethom mal-Kummissjoni.

Żejtun — Triq il-Fieres

Question

Jista’ il-Ministru jara x’inhi l-problema sabiex issir il-kumplament ta’ Triq il-Fieres fiż-Żejtun minħabba li hemm partijiet minnha li diġa` saru bit-tarmac u parti żgħira għadha ma saritx?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi x-xogħol fl-aħħar parti ta' din it-triq beda f'Diċembru u bħalissa jinsab għaddej sabiex it-triq tkun tista' tinfetaħ.

Żabbar — Buleben iż-Żgħir - Provvista ta' l-elettriku

Question

Jista’ il-Ministru jara x’inhi l-problema li qed ibatu minnha numru sostanzjali ta’ residenti li joqogħdu f’Buleben iż-Żgħir ġewwa Ħaż-Żabbar, b’mod speċjali dawk li joqogħdu fi Triq l-1 ta’ Frar 1994 u fl-inħawi ta’ madwar, minhabba nuqqas ta’ vultaġġ elettriku? Jista’ jara li din il-problema, li ilha numru ta’ snin, kemm jista’ jkun tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx diġa' nbeda u għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.

Heritage park

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk il-persuni/kumpanniji, inkluż l-isem u n-nazzjonalita' tagħhom, li wrew interess fl-iżvilupp tal-Heritage park?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skond ir-regolamenti tal-U.I.A. għall-kompetizzjoni ta' din in-natura l-applikanti għandhom jibqgħu anonimi, u għalhekk l-ismijiet ta' persuni / kumpaniji li rreġistraw interess fl-iżvilupp tal-Heritage Park ma jistgħux jiġu magħrufa qabel il-fażi ta' l-aġidukazzjoni. Biss nista' nżid li rreġistraw 100 persuna / kumpanija li ġejjin :- 84 mill-Ewropa (10 minnhom Maltin); 13 mill-Asja; 3 mill-Amerika.

Guidelines for the implementation of traffic management

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-guidelines for the implementation of traffic management and safety measures and temporary diversion of traffic?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kopja tad-Dokument mitlub jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun finalizzat u jkun approvat formalment, mill-Gvern.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tat-toroq, inkluż l-isem tat-triq, il-lokalita' u t-tul tagħhom, li saru matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Wasteserv Malta Ltd. — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-ħaddiema tal-wasteserv Malta Ltd., liema impjegati kienu qabel impjegati tal-gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma narax x'inhu li skop li l-kuntratti tal-ħaddiema tal-WasteServ Malta Ltd., li qabel kienu impjegati tal-Gvern, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valletta — Pjazza ta' Kastilja - xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux se jsiru xi xogħlijiet ta' upgrading fil-pjazza ta' Kastlja, fil-Belt? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huma stmati dawn ix-xogħlijiet? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta tax-xogħlijiet proposti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-pjazza ta' Kastilja qed issir proposta ta' proġett. Din il-proposta qed tiġi studjata u evalwata fid-dettalji kollha. Wara dan l-eżerċizzju jiġi determinat x'ser isir.

Car parking sites

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' car parking sites approvati u liċenzjati mill-ADT? Hemm xi ħsieb li ssir xi tip ta' regolamentazzjoni tal-car parks privati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-car parking sites approvati sal-lum. Id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku m'għandu l-ebda ħsieb għal regolamentazzjoni ta' car parks privati għax dawn ma jaqgħux taħt id-dikasteru ta' l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta.
Leg 10 PQ #3876 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Marda infettiva fuq in-nagħaġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex il-marda nfettiva "scrapie" li qed tolqot lin-nagħaġ ta' pajjiżi oħra ma tidħolx ukoll f'pajjiżna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #3877 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

dipartiment tas-saħħa — Tobba

Question

Fid-dawl tas-sentenzi riċenti tal-qorti Ewropea tal-ġustizzja li l-ħin on call tat-tobba mal-gvern, anke x'ħin ma jkunux jaħdmu, se jibda jitqies bħala parti mill-working time ta' mhux iżjed minn 48 siegħa skond il-working time directive ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li l-gvern għandu bżonn tobba iżjed milli għandu bħalissa mas-servizz tas-saħħa pubblika meta jidħlu fis-seħħ fis-snin li ġejjin dawn ir-regoli f'pajjiżna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bhalissa qegħdin jiġu studjati sewwa s-sitwazzjoni fid-dixxiplini kliniċi differenti fis-settur tas-Saħħa Pubblika u bdew isiru diskussjonijiet mal-kapijiet tad-Dipartimenti Kliniċi f'dan ir-rigward. Qed ukoll jiġi evalwat x'kienet l-esperjenza ta' pajjiżi differenti, fl-Unjoni Ewropeja, biex dak li jgħodd għal Malta jkun jista jiġi adattat għas-sitwazzjoni lokali. Dan ix-xogħol qed jiġi koordinat min Task Force li ġie mwaqqaf għal dan il-għan. Ta' min wieħed isemmi li minkejja li mhux eżkluż li jkun hemm bżonn li jiżdiedu xi tobba f'ċertu gradi u f'xi dixxiplini partikolari, jista' jkun hemm lok ta' tibdil fil-mod kif jsir u jitqassam ix-xogħol minn kif isir fil-preżent. Tibdil ta' din ix-xorta jiġi diskuss mal-partijiet ikkonċernati jekk jiġi biex jidħol fis-seħħ.

Marda nfettiva fuq in-nagħaġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-merħliet lokali tan-nagħaġ ma jiġu infettati bil-marda "scrapie" li qed tolqot lin-nagħaġ ta' pajjiżi oħra, fosthom membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hemm kontroll fuq l-importazzjoni ta’ nagħaġ għar-rigward tal-marda ta' l-iScrapie. Ninforma wkoll lill-Kamra li qegħdin isiru testijiet regulari fuq in-nagħaġ u sa llum il-ġurnata ma nstabitx il-marda f' Malta.

Aġġustament tal-pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-problemi amministrattivi li qed iżommu milli jinħadmu ż-żidiet fil-pensjoni kif kien ġie miftiehem qabel il-budget tas-sena 2002, skond liema ftehim il-pensjoni kellha tiġi aġġustata għas-snin 2003 u 2004 biex tirrifletti ż-żieda li ħadu fis-salarji tagħhom il-ħaddiema tal-gvern? Meta huwa maħsub li jiġu solvuti dawn il-problemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-fatt ir-reviżjonijiet tal-pensjonijiet meħtieġa wara ftehim kollettivi li jkunu saru ma japplikax biss għall-ex impjegati tal-Gvern iżda għall-pensjonanti kollha li xi darba kienu jaħdmu ma’ Dipartiment, ażjenda, eċċ., involuta f’tali ftehim kollettiv. Il-proċess biex isiru dawn ir-reviżjonijiet hu għalhekk wieħed kontinwu u ninsab infurmat li qed isir minn kollox biex dan jitħaffef. L-Onor. Interpellant jifhem li bin-numru tant kbir ta’ pensjonanti, inklużi ex-impjegati tal-Gvern, id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti data preċiża meta l-ezerċizzju dwar l-ex impjegati tal-Gvern ikun iffinaliżżat.

Air Malta — Ajruplani RJs

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn huma l-ajruplani RJs li għandha l-kumpannija Air Malta? X'użu qed isir minnhom? Kemm intużaw matul is-sena 2003? X'nefqa għamlet l-Air Malta fuqhom biex toperahom jew biex iżżomhom fejn huma?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ajruplani msemmija ma humiex propjeta' tal-Air Malta izda huma mikrija lill-Air Malta li kienet tikrijhom lill-AZZURRAair spa. Din il-Linja waqfet ricentament u l-ajruplani jinsabu Exeter l-Ingilterra. Dwar il-bqija tal-informazzjoni mitluba, peress li l-Air Malta hija kumpanija kummercjali ma nhossx li jkun prudenti li naghti l-informazzjoni mitluba, specjalment meta wiehed jikkunsidra l-kompetizzjoni li l-Air Malta qed tiffaccja minn kumpaniji ohra.
Leg 10 PQ #3881 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Principals fi skala 9

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li jintbagħtu principals fi skala 9 sabiex jagħmlu xogħol klerikali fi skejjel ta' l-Istat, meta uffiċjali esekuttivi li kienu jagħmlu l-istess natura ta' xogħol qed jiġu trasferiti għal head office ta' l-istess diviżjoni fil-Floriana?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li normalment, m'ijiex il-policy tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jintbagħtu Principals biex jagħmlu xogħol klerikali fi skejjel ta' l-Istat.

Air Malta — Bdil ta' vetturi tal-kumpannija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mal-mawra taċ-chairman il-ġdid is-Sur Lawrence Zammit, se jitbiddlu l-karozzi tal-kumpannija Air Malta għal spiża ta' circa Lm160,000? F'dan il-kontest, jista' jispjega dan meta għexieren ta' ħaddiema se jiġi tterminat l-impjieg tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ispejjez kurrenti ghal dawn il-hames snin li gejjin, jekk il-flotta tal-karozzi tal-Management tibqa' li hi llum, jammontaw ghal madwar Lm502,000. Biex titnaqqas din l-ispiza, il-Bord tad-Diretturi prezenti iddecieda li b'xiri jew b'kiri ta' karozzi izghar, il-Kumpanija tkun qed tiffranka bejn Lm180,000 u Lm220,000 f'perjodu ta' hames snin. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-interpellant, nixtieq nghid li s'issa l-Air Malta ghadha ma tterminat l-ebda mpjieg jekk mhux ghar-ragunijiet dixxiplinarji.

Awtorita' tat-trasport

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hija komposta l-management ta' l-awtorita' tat-trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' minn min hija komposta l-management ta' l-Awtorita` tat -trasport.

Awtorita' tat-trasport — Ħaddiema li applikaw għall-posting

Question

Jista' il-Ministr jispjega kif ħaddiema fl-awtorita' tat-trasport kienu applikaw għall-posting, isirilhom interview u fl-istess ġurnata saħansitra 45 minuta wara jirċievu d-dar bil-posta normali, li m'għaddewx mill-interview? Jista' jispjega x'passi ħa f'dan il-konfront u kif ġew rikumpensati dawn il-ħaddiema li jinsabu jaħdmu fi ħdan l-awtorita' tat-trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lill-Awtorita` dwar it-Trasport biex tinvestiga l-każ.