Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq tal-Manikata — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-drenaġġ ilu minn Settembru jiżbroffa u jnixxi fit-triq tal-Manikata ħdejn il-Knisja? Għaliex ma ttieħdux passi biex isolvu dawn il-problemi li qed joħolqu inkonvenjent kbir għal min jgħix hemm jew iżur il-post? Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-sewer main minn hdejn il-knisja tal-Manikata sal-pompa ta' Ghajn Znuber huma f'kundizzjoni hazina. Saru diversi tentattivi biex jissewwa imma kollu ghalxejn. L-unika soluzzjoni permanenti tal-problema hija li jinbidel il-main kollu. Dan ser isir permezz ta' tender illi qieghdha thejji l-Master Plan Implementation Unit fi hdan il-Korporazzjoni ta' l-Ilma. Sadanittant qeghdin jittiehdu l-passi necessarji biex sakemm dan isehh, jinbidel parti minnu (220m) b'direct labour f'dik illi nstab illi hija l-akatar parti kritika ta' dan il-main. Dan ser isir fil-futur qarib.

Fabbriki

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Diċembru 2003? Kemm għalqu fabbriki xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Diċembru 2003? X'isimhom il-fabbriki li għalqu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond informazzjoni miġbura mingħand il-Malta Industrial Parks Ltd. il-fabbriki li għalqu fis-sena 1999 kienu (6) sitta. Minn barra dawn kien hemm 3 kumpaniji oħra, li l-operat tagħhom ġie amalgamat ma kumpaniji oħra. Informazzjoni rigward in-numru ta’ fabbriki li għalqu fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 ingħatat fir-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 72, Seduta 7 u 3689, Seduta 91. Informazzjoni rigward fabbriki li għalqu mhijiex possibbli li tiġi miġbura xahar b’xahar.

Mara separata li tgħix m'ommha armla

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mara li nfirdet minn mar-raġel u marret tgħix ma' ommha armla li tgħix bil-pensjoni titlifx kull assistenza soċjali, benefiċċji tal-mard, eċċ? Kif tista' tgħix bil-pensjoni ta' ommha, l-iżjed jekk ikollha spejjeż tal-mard għall-mediċini u l-kura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, nisa miżżewġa li jinfirdu minn ma żwieġhom jistgħu jkunu ntitolati għall-Għajnuna Soċjali kemm jekk jgħixu waħedhom kif ukoll jekk imorru jgħixu mal-ġenituri tagħhom. Dan mingħajr ma jaffettwaw ir-rata ta’ xi assistenza li l-ġenituri jkunu ntitolati għaliha. Ovvjament ir-rata ta’ din l-għajnuna lil dawn in-nisa dvarja minn każ għal każ skond id-dħul tagħhom.

Omm xebba — għajnuna soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi drittijiet għandha għal għajnuna soċjali tfajla ta' 15-il sena li għandha tarbija u tgħix mal-familja? Jirriżulta li biex tingħata l-għajnuna jrid ikun magħruf min hu missier it-tarbija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali xebba li ssir omm jkollha dritt għall-Għajnuna Soċjali kemm il-darba tissodisfa il-kriterji kollha rikjesti mill-istess Att dwar l-għotja ta’ din l-Għajnuna. Minbarra dawn il-kriterji hemm ukoll l-obbligu li tfittex lill-missier it-tarbija għall-manteniment ta’ l-istess tarbija.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi kkonsidrata bis-serjeta' u bl-urġenza meħtieġa l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali minn omm mhix miżżewġa bi tlett itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jitratta kull applikazzjoni bis-serjeta. Barra dan, kull applikant ikollu l-meritu tiegħu għalfejn japplika u d-dipartiment ikkonċernat jara li jgħati attenzjoni lill kull applikazzjoni li jirċievi kif proprju anke qed jiġri fil-każ ta’ l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

Air Malta — Kondizzjonijiet ta' xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex kondizzjonijiet ta' xogħol li jgawdu minnhom il-partners f'koppji miżżewġa (per eżempju il-mara ta' impjegat ta' l-Air Malta li jkollha titjiriet bl-irħis) ma japplikawx ukoll awtomatikament għall-parnters f'koppji li jikko-abitaw? Meta hemm il-ħsieb li titneħħa diskriminazzjoni bħal din mill-postijiet tax-xogħol f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Minkejja li m'iniex il-Viċi Prim Ministru, nista' ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni hija prezentament pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali. Għalhekk mhux prudenti li jsiru kummenti fuq il-kwistjoni sakemm it-Tribunal jagħti d-deċizjoni tiegħu.

Economic planning division — Prospetti tal-qgħad

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-projections ta' l-economic planning division tal-gvern dwar il-prospetti tal-qgħad fix-xhur li ġejjin? Mistenni jitrażżan, jirranka jew jiġi stabilizzat sa tmiem is-sena li qegħdin fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-aħħar informazzjoni u xejriet fil-qasam tal-impjiegi, ir-rata tal-qgħad għal Diċembru 2003 hija stmata għal 5.3 fil-mija, filwaqt li hu mistenni li din tkun ta' 5.5 fil-mija għas-sena 2004.

Malta Enterprise — Ħolqien ta' impjiegi

Question

Billi d-diriġenti tal-Malta Enterprise qalu li għandhom it-tir li joħolqu 10,000 impjieg ġdid f'medda ta' żmien relattivament qasir, dan sar abbażi ta' xi studju xjentifiku jew skond diktat tal-ministeru konċernat? Jekk sar abbażi ta' studju, jista' il-Ministru jippubblika l-istudju jew executive summary tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ 10,000 impjiegi ġodda li jeħtieġ li jinħolqu fuq medda ta’ ħames snin hi l-mira li l-Malta Enterprise qed taħdem għaliha u hi bbażata fuq statistika ta’ ċaqliq fis-suq tax-xogħol f’dawn l-aħħar snin, fejn jeħtieġ li jiġu maħluqa madwar 2,000 impjieg fis-sena. Dawn ikopru postijiet ġodda tax-xogħol li jridu jinħolqu għal dawk li qed ifittxu xogħol għall-ewwel darba, kif ukoll għal dawk l-impjegati li jeħtieġ li jinstabilhom xogħol alternattiv. Ta’ min jinnota li l-Malta Enterprise hi responsabbli għal kull tip ta’ intrapriża bl-eċċezzjoni tat-Turizmu u s-Servizzi Finanzjarji, għaldaqstant l-impjiegi l-ġodda iridu jkunu maħluqa f’dawk l-oqsma li l-Malta Enterprise hi responabbli għalihom.
Leg 10 PQ #3943 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Breathalyser tests

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadhomx isiru breathalyser tests? Kemm saru matul is-sena li għaddiet? Kemm saru din is-sena? X'kien l-eżitu ta' dawn it-tests?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 108 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta` l-alkoħol. Minn dawn 54 irriżultaw fil-pożittiv, 5 irriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 49 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut. Infurmat ukoll illi bejn l-1 u t-23 ta` Jannar ta` din is-sena, kien hemm 4 sewwieqa li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta` l-alkoħol. Minn dawn 3 irriżultaw fil-pożittiv, filwaqt li 1 irrifjuta jew it-test ma kienx komplut.

Siġġiewi — Landfills

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li skond ma kkonferma kunsillier Nazzjonalista, il-gvern naqas li jikkonsulta lill-kunsill lokali tas-Siġġiewi dwar l-applikazzjonijiet tal-gvern biex jiftaħ landfills fil-qasam Tal-Magħluq u fil-qasam il-Kbir? Kif jispjega l-fatt illi l-kunsill sar jaf b'dawn l-iżviluppi biss permezz tal-media?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jiena nfurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ikkonsultat lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi f’ żewġ okkażjonijiet dwar l-applikazzjonijiet sabiex jinfetħu landfills fil-qasam Tal-Magħluq u fil-qasam il-Kbir. L-ewwel fil-15 ta’ Lulju 2003 il-Kunsill ġie kkonsultat dwar it-termini ta’ referenza (terms of reference) għall-Environment Impact Assessment (EIA) u fis-6 ta’ Jannar 2004 intbgħat lilu kopja ta’ l-Impact Statement u ntalab jikkumenta.
Leg 10 PQ #3945 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — Passi kontra persuna li xehed falz

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-Prim Ministru fil-qorti ammetta li żbalja dwar l-allegazzjoni infondata li Dr. Alfred Sant kien żamm lill-ibnu milli jidħol fl-Universita', jistax jgħid jekk humiex se jittieħdu passi kontra l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li issa rriżulta li xehed falz fil-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kawża msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha mhix deċiża. L-Onorevoli Interpellant jifhem li m`għandu jingħad xejn li jista` jippreġudika proċeduri fil-Qorti.

Golf courses

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tittieħed deċiżjoni finali dwar id-diversi golf course proposals għall-gżejjer Maltin u Għawdxin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha quddiema tlett applikazzjonijiet għal 'Golf Courses' li huma Verdala, Ħabel Bellu, u Ta' Ċenċ. L-applikazzjonijiet Ta' Ċenċ u Ta' Ħabel Bellu qed jiġu pproċessati u bħalissa qiegħed jiġi ppreparat 'Environment Impact Statement'. L-istudji fuq l-applikazzjoni tal-Verdala ġew finalizzati u qegħdin jiġu pproċessati biex finalment jiġi preparat ir-rapport finali b' rakomandazzjoni għal quddiem il-Bord tal-MEPA.

Prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3271 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-62,000 tunnellata ta' "Maize (corn) excluding seeds " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3261 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-52,000 tunnellata ta' "Common wheat and meslin seed " skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3259 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3263 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.
Leg 10 PQ #3669 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Xogħlijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fil-preżent mill-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada, fejn qed isiru u x’inhi n-natura tax-xogħol? Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jqum dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Rapport dwar il-ħidma ta' l-FTS joħroġ fil-mument opportun.
Leg 10 PQ #3670 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Assessment fl-iskejjel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-assessment li kien qed isir fuq kull skola biex il-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada tkun taf il-bżonnijiet ta’ kull skola, hux lest? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li it-technical assessments riferiti bħala data acquisition reports kommissjonati għall-iskejjel tal-Gvern, primarji u sekondarji, tlestew. Dawn ir-rapporti mħejjija minn diversi periti jindikaw l-istat fiżiku ta' kull skola. Mhux possibli li dawn jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.