Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-3,500 tunnellata ta' "Semolina (groats and meal of durum wheat " skond "Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3269 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,500 tunnellata ta' "Malt of other cereals excluding wheat flour " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3267 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-3,000 tunnellata ta' "ross" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3265 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3480, Seduta nru. 88.

Ministeru taż-Żgħażagħ u Kultura

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2814 u cioe' minħabba li wara l-elezzjoni kien hemm tibdil fil-ministeri minn kif kienu fil-leġislatura li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid liema voti waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kemm kienu? Kemm intnefaq s’issa minn kull vot separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onor. Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3615 f'seduta numru 87.
Leg 10 PQ #3779 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sta. Venera — Skola tas-snajja' ex Umberto Colosso

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu offerti għal avviż nru. PS28/03 dwar bejgħ ta' affarijiet mill-iskola tas-snajja' ex Umberto Colosso ta' Sta. Venera? Kemm kienet kull offerta li daħlet u lil min ingħatat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li daħlet offerta waħda biss għall-Avviż Nru. PS28/03 dwar bejgħ ta' affarijiet mill-iskola tas-snajja ex-Umberto Calosso ta' Sta. Venera. L-offerta mitfugħa kienet mingħand is-Sur Carmel Cremona minn Sta. Venera għas-somma ta' Lm188.80ċ. Minħabba li l-offerta mitfugħa kienet ferm inqas mill-istima stabbilita mill-Bord appuntat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex jiddisponi minn dawn l-affarijiet, din l-offerta ma ġietx milqugħa mill-istess Diviżjoni.

World Heritage Fund — Kontribuzzjoni ta' Malta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1940 li saret lill-ministru ta' l-affarijiet barranin, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-ħlas tal-kontribuzzjoni ta' Malta għall-World Heritage Fund?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kontribuzzjoni tħallset fis-17 ta' Settembru 2003.

Għaqdiet sportivi — Tqassim ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2787 u cioe' kemm tqassmu flus matul din is-sena lill-għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ u oħrajn? Kemm ħadu kull wieħed u mil-liema vot tqassmu dawn il-fondi? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda kemm tkun l-għotja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onor. Membru jagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija numru 3382 f'seduta numru 80.
Leg 10 PQ #3809 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC li se jsiru f'April/Mejju li ġej? Kemm hemm subien u kemm bniet? Kemm hemm minn skejjel statali, indipendenti u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba li d-Dipartiment għadu qiegħed jipproċessa l-applikazzjonijiet, l-informazzjoni tkun tista' tingħata lejn l-aħħar ta' Frar 2004.
Leg 10 PQ #3810 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar kemm hemm studenti li applikaw għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC u MATSEC li jmiss separatament u kemm applikaw għal paper A u paper B?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment għadu qiegħed jiproċessa l-applikazzjonijiet.

Land transport

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-white paper dwar land transport li ġiet imnedija mill-ADT?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-white paper dwar land transport għadha qed tiġi diskussa nternament. Naturalment din tkun tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra meta tkun ippubblikata.

Guidelines for road construction works

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards and guidelines (including specifications) for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road geometry standards?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport qegħda fil-proċess li tagħmel dawn l-istandards fuq CD li kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra aktar 'l quddiem.
Leg 10 PQ #3898 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru Malti — Safar fi Brussel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer lejn Brussel mis-sena 2000 sal-lum u kemm-il darba tar bil-linja nazzjonali ta' l-ajru ta' Malta? Jista' jgħid jekk kisirx ir-regolament 22G f'dan il-konfront? Jekk iva, kemm-il darba? Kemm sewa lill-kaxxa ta' Malta kull vjaġġ li għamel lejn Brussel biss u kif se jirreċiproka l-fondi lill-poplu Malti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mis-sena 2000 sa llum mort fuq xogħol uffiċjali fi Brussel 9 darbiet li 7 minnhom kienu bl-Air Malta. Id-deċiżjoni dwar liema ajruplan jintuża tittieħed skond l-esiġenzi u wara li jiġu ikkunsidrati diversi fatturi inkluża l-ispiża.
Leg 10 PQ #3899 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozza tat-tip BMW

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm swiet il-karozza tat-tip BMW li l-poplu Malti ħallas għaliha mit-taxxi? Għaliex intgħażlet din id-ditta, in vista tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza BMW ta’ qabel: - nxtrat fl-1995; - kienet l-unika karozza għall-użu uffiċċjali tal-Prim Ministru; - ġratilha l-ħsara fil-maltemp ta’ Settembru 2003. Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: - l-kumpanija ta’ l-“insurance” sabet li l-ispiża biex tissewwa l-karozza u tkun f’kundizzjoni tajba kienet tqum aktar mill-“market value” tagħha; - l-kumpanija ta’ l-“insurance” allura ddeċidiet li tħallas lill-Gvern il-“market value”, jiġifieri Lm12,000; - l-karozza li nxtrat hi ta’ l-istess ditta bħal dik ta’ qabel li nstabet addattata għall-użu ta’ Uffiċċju ta’ Prim Ministru; - l-karozza l-ġdida BMW swiet lill-Gvern Lm13,325 (VAT inkluża) wara li l-kumpanija ta’ l-“insurance” ħallset il-“market value” tal-karozza li ġarrbet il-ħsarat.

Kontroll fuq bejjiegħa tal-ħwienet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif qed isir il-kontroll fuq il-ħwienet, meta l-prezzijiet għolew saħansitra b'aktar minn 10% minn Jannar 2004, fejn ma kienx il-lok li dan iseħħ, fosthom fil-qasam ta' l-ikel? Il-konsumatur u finalment dawk kollha li huma u li kienu jikkontribwixxu fil-ħlas tat-taxxa, kif se jkunu protetti u nformati bl-indiċi tal-prezzijiet? Jekk kien hemm abbuż, kif se jiġi nfondut il-konsumatur u min se jerfa' ir-responsabbilta'?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ ‘price control’ kif kienet titħaddem meta s-suq ma kienx liberizzat m’għadhiex tgħodd ghaż-żminijiet tal-lum. Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni isegwi l-prezzijiet fis-suq biex kemm jista’ jkun jassigura li l-prezzijiet ikunu dawk ġusti u mhux riżultat ta’ xi ftehim bħal kartell jew abbuż ta’ dominanza. Meta tqabbel il-prezzijiet ta’ l-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar xhur tas-sena l-oħra ma' dawk li saru fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, jirriżulta li l-prezzijiet jirriflettu il-kompetizzjoni fis-suq billi għalkemm il-maġġoranza tal-prezzijiet għolew sa 3% kien hemm numru ta’ prodotti li baqgħu l-istess. Kien hemm ukoll numru ta’ prodotti li għolew bejn 3% u 5%. Każijiet fejn il-prodotti għolew iżjed minn 10% kienu minimi u qed jiġu nvestigati. L-indiċi tal-prezzijiet jiġi regolarment ippubblikat mill-Awtorita’ ta’ l-Istatistika.

Tas-Sliema — Twaħħil ta' cameras fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk fil-lokal ta' Tas-Sliema twaħħlux cameras fit-toroq minn kumpannija li isimha se jibqa' mistur għalissa, sabiex tinforma lill-gwardjani fuq parking inkorrett? Fl-eventwalita' li dan huwa minnu, jista' jgħid kif din il-kumpannija ħadet dan it-tender mingħajr ebda notifikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsill Lokali ta` Tas-Sliema.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jistqarr kif toroq residenzjali se jibqgħu maqlugħa fl-istat l-akar primittiv, filwaqt li se jinqalgħu arterji prinċipali sabiex ikollhom dehra aħjar bl-għajnuna tal-protokoll Malta-Italja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Servizzi ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm contributions għas-servizzi ta' toroq imħallsa filwaqt li s-servizzi għadhom ma ġewx mgħoddija bi dritt lir-residenti, mhux żviluppaturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.