Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-koperattivi? X'kompetenzi għandhom f'dan il-qasam u x'remunerazzjoni qed jieħdu?
Min huma l-membri tal-fond ċentrali tal-koperattivi u x'remunerazzjoni qed jieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġie mwaqqaf il-proġett scoops?
Jista' jgħid min hu responsabbli mit-tħaddim ta' dan il-proġett?
Jista' jgħid kemm titħallas il-koperattiva outlook sabiex tmexxi dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġett Scoops ġie mwaqqaf fis-sena skolastika 1995/96. Il-project leader responsabbli minn dan il-proġett hu s-Sur Vincent Fabri.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew investiti flus sena b'sena fuq il-proġett scoops minn kemm ilu li tnieda?
Jista' isemmi l-iskejjel li qed jibbenefikaw minn dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' involviment għandu l-bord tal-koperattivi fit-tħaddim tal-proġett scoops? Jista' jgħid jekk sarux studji dwar l-effettivita' ta' dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Bord tal-Koperattivi hu l-organiżżatur tal-proġett Scoops filwaqt li l-Koperattiva Outlook hi responsabbli għall-implimentazzjoni.
Ninsab infurmat li fis-sena 2000 il-Bord tal-Koperattivi kien ħareġ sejħa għall offerti biex jiġi kkommissjonat tracer study fuq ex-membri li pparteċipaw fil-proġett. Dan barra Evaluation Report li jsir kull sena mill-implimentatur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3963, jista' il-Ministru jgħid ma min sar il-kuntratt għat-tindif fit-tarzna; kemm qed jiswa u meta sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Tliet kumpaniji li jipprovdu servizz ta' tindif intalbu jagħmlu offerta biex jipprovdu servizz temporanju ta' tindif fil-Malta Shipyards Ltd.
Intlaħaq ftehim temporanju mal-kumpanija Bad Boys Cleaning Company Ltd., li għamlet l-irħas offerta, liema ftehim huwa ta' natura kummerċjali u kunfidenzjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: a) x'inhu l-kapital u d-dħul li persuna ma tridx teċċedi biex tikkwalifika għall-għajnuna medika b'xejn (free medical aid)? b) kemm ilu ma jiġi emendat dan it-test tal-mezzi li jintitolak għall-għajnuna medika bla ħlas? Kif kien qabel sar dan it-tibdil? c) ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li dan it-test jitwessa' aktar biex jieħu in konsiderazzjoni ż-żidiet fid-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin f'dawn l-aħħar snin u b'mod speċjali, iż-żidiet kbar fil-prezzijiet tal-mediċini fl-aħħar snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kapital li persuna ma tridx teċċedi biex tkun intitolata għall-Għajnuna Medika b’xejn ma jridx tkun iktar minn Lm4,000 f’każ ta’ persuna waħedha u Lm7,000 f’każ ta’ koppja miżżewġa. Id-dħul ma jridx jeċċedi dak kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li jien il-Gvern Nazzjonalista li permezz ta’ emendi fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali fl-1992 żied il-massimu tal-kapital minn Lm2,200, li kien japplika kemm għal persuna waħedha kif ukoll għal koppja miżżewġa, għal Lm4,000 u Lm7,000 rispettivament.
Ma jidhirlix li fil-preżent dawn il-limiti tat-test tal-kapital għandhom jiżdiedu iżda ta min jgħid li, fejn jirrigwarda t-test tad-dħul dan jiġi rivedut kull meta tingħata żieda għall-għoli tal-ħajja.
Jista' il-Ministru jgħid b'mod separat kemm-il darba siefru fuq xogħol tal-ETC iċ-chief executive officer u d-deputy chief executive officer, kemm qattgħu ġranet imsiefrin u kemm irċevew subsistence allowance matul kull safra, bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2001, l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2002 u l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhix prattika li tingħata informazzjoni konfidenzali fuq każijiet partikolari. Nitlob lit-taxpayer ikkonċernat biex imur fil-Customer Service Unit (Blokk 8) tad-Dipartiment u jagħmel l-arranġamenti meħtieġa.
Dipartiment ta' l-artijiet — Każ dwar xiri ta' proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi konkluża l-proċedura dwar xiri ta' dirett dominju u sussegwenti proprjeta' fl-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-applikanta in kwistjoni diġa` ġiet infurmata bil-prezz li bih tista` tixtri d-dirett dominju, u qiegħda titħejja pjanta tal-fond sabiex l-proprjeta` tiġi reġistrata fir-Reġistru ta` l-Artijiet.
Wara dan l-aħħar proċess, l-applikanta tingħata appuntament għall-iffirmar tal-kuntratt tax-xiri.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Burmarrad?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Burmarrad matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 1
Theft from residence 3
Theft from vehicle 3
Theft of vehicle 1
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm1,586. S`issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Mosta?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Mosta matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 64
Pick-pocketing 34
Snatch and grab 3
Theft from bars/hotels 3
Theft from factories 3
Theft from residence 17
Theft from retail outlets 23
Theft from vehicle 62
Theft of vehicle 31
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm38,023. S`issa tressqu 4 persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fin-Naxxar?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tan-Naxxar matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 64
Pick-pocketing 2
Theft from bars/hotels 9
Theft from beaches 4
Theft from factories 2
Theft from residence 9
Theft from retail outlets 11
Theft from seacraft 4
Theft from vehicle 52
Theft of seacraft 1
Theft of vehicle 21
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm35,001. S`issa tressqu 12-il persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Mellieħa?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Mellieħa matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 72
Pick-pocketing 2
Snatch and grab 2
Theft from bars/hotels 41
Theft from beaches 89
Theft from residence 22
Theft from retail outlets 7
Theft from seacraft 5
Theft from vehicle 49
Theft of seacraft 5
Theft of vehicle 10
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm54,083. S`issa tressqu 17-il persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Qawra?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Qawra matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 34
Hold up 2
Pick-pocketing 7
Snatch and grab 7
Theft from bars/hotels 72
Theft from beaches 17
Theft from residence 23
Theft from retail outlets 13
Theft from seacraft 1
Theft from vehicle 63
Theft of seacraft 2
Theft of vehicle 19
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm52,734. S`issa tressqu 9 persuni l-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Buġibba?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Buġibba matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 28
Pick-pocketing 9
Snatch and grab 4
Theft from bars/hotels 42
Theft from beaches 17
Theft from residence 7
Theft from retail outlets 6
Theft from vehicle 44
Theft of seacraft 1
Theft of vehicle 21
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm14,667. S`issa tressqu 25 persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm prodotti li mill- 1 ta' Jannar 2004 għolew? Jaf li affarijiet bħal minerali, imbejjed u toiletries għolew 5% oħra minbarra it-3% zieda?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3900, Seduta 93.
Dipartiment tal-kummerċ — Prodotti li jkollhom żieda fil-prezzijiet
Question
Jista’ il-Ministru jgħid meta jogħlew xi oġġetti, specjalment lokalment, id-dipartiment tal-kummerc jiġi mgħarraf? X' kontrolli għandu d-dipartiment biex jiġi żgurat li ż-żiediet huma ġustifikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ price control kif kienet titħaddem meta s-suq ma kienx liberizzat m’ghadhiex tgħodd ghaż-żminijiet tal-lum.
Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni isegwi l-prezzijiet fis-suq biex kemm jista’ jkun jassigura li l-prezzijiet ikunu dawk ġusti u mhux riżultat ta’ xi ftehim bħal kartell jew abbuż ta’ dominanza.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-talba tal-Malta football association dwar eżenzjoni mill-VAT ma ġietx aċċettata?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-attivitajiet li jsiru u s-servizzi mogħtija mill-Malta Football Association, bħal dħul fil-grounds tal-football, faċilitajiet tal-gym u l-kiri ta’ ċentru ta’ konferenzi huma suġġetti għat-taxxa skond il-liġi tal-VAT. Dan japplika għal kull entita’ li tagħti jew toffri servizzi simili.
Jista’ il-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2002/2003 kemm-il ġenitur ittellgħu l-qorti talli t-tfal tagħhom ma attendewx l-iskola u ma kellhomx raġuni ġustifikata? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu subien u kemm bniet? Kemm kienu mill-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u indipendenti separatament? Mill-liema lokalitajiet kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li it-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' assenzi mhux ġustifikati fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti separatament wara l-ewwel term ta' din is-sena skolastika? Jista’ jelenka dawk l-iskejjel li għamlu dawn ir-rapporti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' rapporti ta' assenzi mhux ġustifikati minn skejjel statali fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika kien ta 3506. M'hemmx informazzjoni għall-iskejjel l-oħra.