Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #27243 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna host families bħalissa f'Malta u f'Għawdex liċenzjati li jżommu studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sa llum hemm 1,380 host families reġistrati u liċenzati biex iżommu studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż. Hemm 1,362 f'Malta u 18 f'Għawdex.

Msida — Remissi taż-Żwiemel

Question

Billi hemm xi nies li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li għandhom remissi taż-żwiemel fi Triq Spiżjar Joe Sciberras, Msida, f'postijiet fejn titħallas il-kera lill-joint office, u billi dawn eventwalment se jiġu allegatament riallokati premises in-naħa magħrufa bħala Tal-Blata ħdejn il-Ġibjun qrib l-Universita' minflok ma dawn jintbagħtu temporanjament biex jużaw stalel il-Marsa, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitħallew f'dan il-fond sakemm jasal għat-twaqqiegħ kif ukoll sakemm ikun tlesta l-post alternattiv li x'aktarx se jiġi allokat lilhom għall-istess skop?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proġett fi Triq Spiżjar Joe Sciberras fl-Imsida, kif ukoll il-bini ta' l-istalel qrib l-Universita' qiegħed isir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswijiet tad-Djar. Għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Sa Maison Boathouse — Ġrieden

Question

Billi għal dan l-aħħar żmien kien hemm u għad hemm motor launch fi stat ta' abbandun fil-quayside qrib is-Sa Maison Boathouse f'Tal-Pieta' li tinsab infestata bil-ġrieden, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati biex din tinqered, għaliex qed tkun health hazardgħan-nies fl-inħawi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika spezzjonaw il-quayside indikat u rriżulta li hemm avviż ta' żgumbrament fuq il-lanċa f'isem il-Kummissarju tal-Pulizija. Ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fis-6, fid-9 u fit-13 ta' Lulju 2007 wara li rċieva dan l-ilment mill-Kunsill Lokali rispettiv. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.

Wied il-Għajn — Triq il-Lampuka

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet il-problema li kien hemm biex issir Triq il-Lampuka, Wied il-Għajn? X'passi qed jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta u t-triq imsemmija ssir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-parti t'isfel ta' Triq il-Lampuka u l-parti tan-nofs diġa' tlestew. Il-parti ta' fuq ta' din it-triq li tmiss ma' Triq Patri Wistin Born mistennija li ssir mal-batch li jmiss tal-Period contract fil-gimgħat li ġejjin.

Investigaturi privati

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija 27040, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal xogħol ta' investigaturi privati u meta se jiġu proċessati dawn l-applikazzjonijiet u kemm ilhom pendenti f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hawn applikazzjoni waħda pendenti għal aġenziji privati li jistgħu jipprovdu servizzi ta' investigazzjoni privati skond l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali (Cap 389). Din saret fit-12 ta' Settembru 2007 u qiegħda tiġi proċessata.

Kmamar tan-nar — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi spezzjonijiet qed isiru fil-kmamar tan-nar? Jista' jgħid jekk u kif ħarġu l-permessi għal dawn il-kmamar tan-nar meta għad hemm diffikultajiet għall-aċċess għal ċerti kmamar tan-nar u xi pjanijiet hemm biex dan l-aċċess ikun faċilitat?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27068.

Bandli f'ġonna pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istandards authority hijiex qed timmoniterja u tiċċertifika l-bandli li jinsabu f'ġonna pubbliċi f'pajjiżna? Jekk fin-negattiv, jista' jikkonsidra li dan iseħħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards m'hiex fil-preżent timmoniterja u tiċċertifika l-ebda bandli f'pajjiżna. Madankollu ser nikkunsidra s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.

Management Code

Question

Peress li fiċ-ċirkostanzi preżenti meta: - l-eta' tal-pensjoni minn 60 sena telgħet għal 65 sena - hawn mewġa ta' ħaddiema li qed jitilfu x-xogħol tagħhom - ex-ħaddiema mpjegati fis-servizz pubbliku u mal-korporazzjonijiet governattivi li tkeċċew wara li nstabu ħatja b'sentenzi tal-qrati ġew reinstated fis-servizz pubbliku u fil-korporazzjonijiet li kienu jaħdmu fihom wara li ngħataw maħfriet presidenzjali, jidhurlux għalhekk il-Prim Ministru li ħaddiema li ġew boarded out fuq raġunijiet mediċi u ma jistgħux jerġgħu jiġu reinstated minħabba li għalqu l-50 sena għandhom jingħataw dan iċ-ċans jekk wara li japplikaw biex jidħlu lura għax-xogħol il-bord mediku jiddikjara li huma tajba li jerġgħu jassumu r-responsabbilta' tagħhom? Jaħsibx ukoll li għal dan il-għan, wasal iż-żmien li jiġi emendat il-management code u titneħħa klawsola 1.1..17.1(iii) li tgħid li biex tidħol lura jeħtieġ li tkun taħt il-50 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dan l-istadju m’hemmx il-ħsieb li tinbidel il-proċedura preżenti għal każijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.

St Luke's Hospital — Security guards

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-security guards li hemm bħalissa fl-Isptar San Lua humiex se jiġu trasferiti għall-Isptar Mater Dei u jekk iva, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda parlamentari 24935.

Ħal Far Industrial Estate — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm street lighting aħjar fil-Ħal Far Industrial Estate speċjalment qrib il-fabbrika Trelleborg għaliex hemm partijiet skabrużi ferm bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bank Ċentrali — Ingaġġ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji għadha kif ġiet ingaġġata persuna ta' madwar 54 sena mal-Bank Ċentrali li kienet taħdem ma' l-Air Malta fuq xogħol klerikali? Kien hemm xi sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-persuna li għaliha saret riferenza ġiet impjegata fl-istess proċess ta’ ingaġġ flimkien ma tmien skrivani oħra. Dan l-ingaġġ huwa kopert mill-permess ta’ l-ETC riferenza numru 84409. Il-kandidati ġew riferuti mill-ETC lill-Bank fl-20 ta’ Marzu 2007 taħt l-istess riferenza u mir-reġistru ta’ l-ETC.

Reduced Hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-Bank Ċentrali jestendu l-perijodu ta' reduced hours għan-nisa miżżewġin l-istess bħalma hemm mad-dipartimenti tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-kundizzjonijiet ta’ l-impjegati li jaħdmu reduced hours huma koperti mill-Ftehim Kollettiv iffirmat mal-unjons li jistabbilixxi estensjoni tar-reduced hours taħt ċertu kundizzjonijiet. Fejn ikun possibli din l-estensjoni tiġi applikata. Fl-ambitu ta’ l-esiġenzi tax-xogħol il-Bank dejjem ipprova u jibqa’ jipprova jkun flessibli ma’ dawn it-tip ta’ impjegati.
Leg 10 PQ #27263 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġiljan — Sound fin-nightclubs

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bars u nightclubs li jistgħu jdoqqu mużika wara l-ħdax ta' filgħaxija ġewwa San Ġiljan u s-sound jinstema' minn barra? Jista' jagħti dettalji jekk dan hux legali jew le? Kif jiġi mkejjel is-sound minn barra u kemm enforcements saru fuq dawn il-bars minħabba s-sound?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi skond l-Avviż Legali 1 ta’ 2006 (Regolamenti ta’ l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ) l-istabilimenti li qegħdin fit-toroq skedati fi skeda ħamsa ta’ l-istess avviż legali u li għandhom liċenzja biex idoqqu mużika amplifikata u li tista tinstema minn barra sas-siegħa ta’ filgħodu, f’San Ġiljan huma: · Plush Wine Bar, Triq Dragunara, Paceville · Seven Room Bar, Triq Dragunara, Paceville Il-Liċenzja toħrog mill-Awtorita' tat-Turiżmu b’referenza għall-Avviż Legali 1 ta’ 2006. Skond l-istess Avviż Legali ma jistax jinstema il-ħoss minn barra wara il-ħin stipulat mill-istess regolamenti, jiġifieri il-livell ta’ ħoss għalkemm ma jigix imkejjel b’xi apparat tekniku, li l-ħoss ma għandux jinstema' minn barra l-istabiliment. Hu stipulat fl-istess Avviż Legali li l- Enforcement jsir mill-Pulizija u għalhekk nissuġerixxi li din il-parti tal-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #27264 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bunkbeds

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bunkbeds humiex permessi fil-lukandi? Jista' jgħid jekk jingħatawx permessi għalihom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fil-lukandi mhux permess li jkun hemm tip ta' sodod magħrufin bħala bunkbeds, jiġifieri sodod fuq xulxin u għaldaqstant ma jiġux ikkunsidrati permessi għalihom.
Leg 10 PQ #27265 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proprjeta' għall-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja hemm ta' proprjeta' għall-kiri f'Pembroke u jista' jgħid liema huma dawn l-imsemmija proprjetajiet li huma għall-kiri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. interpellant ikun iktar speċifiku u jgħid għal liema tip ta' proprjetajiet qiegħed jirreferi.
Leg 10 PQ #27266 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajjiet mgħassa bil-Lifeguards

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bajjiet li qegħdin jiġu mgħassa bil-lifeguards?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta tipprovdi servizz ta’ life guards fi tliet bajjiet: l-Għadira, il-Buġibba Perched Beach u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Open top buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex is-servizz ta' l-open top buses li għadu kif beda jopera twaqqaf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fiz-zmien li saret il-mistoqsija, dan is-servizz kien waqaf sakemm ġew ċċcarati xi kundizzjonijiet fil-kuntratt. Izda min dak inhar is-servizz reġa beda jopera regolari.

Siggiewi — Trasport pubbliku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27119 u t-tweġiba tagħha dwar is-sistema tat-trasport pubbliku fis-Siġġiewi, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tad-diversi laqgħat bejn l-ADT, il-kunsill lokali u l-ATP sabiex ir-rotta 89 tas-Siġġiewi tiġi devjata bejn Wied Hesri u taqdi lil dawn l-inħawi, kif semma fit-tweġiba tiegħu? Meta se ssir laqgħa oħra sabiex jiġu ffinalizzati dawn id-diskussjonijiet u jingħata servizz aħjar fis-Siġġiewi, li semma fit-tweġiba tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li kien hemm qbil fuq id-devjazzjoni ta’ din ir-rotta bejn l-ATP, l-ADT u l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi wara li saru diversi laqgħatJien infurmat li kien hemm qbil fuq id-devjazzjoni ta’ din ir-rotta b bejn it-tlett partijiet konċernati. L-ADT qeda tistenna l-konferma mingħand il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Boat Master Grade One

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 27177, peress li d-domanda m'hijiex li l-MMA toħroġ ċertifikat marittimu mingħajr ma jsir il-kors, imma li jsir il-kors kemm jista' jkun malajr, huwa possibbli li dan il-kors isir issa u mhux xhur oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-organiżazzjoni tal-korsijiet ta’ Boat Master Grade One taqa’ taħt ir-responsabilita’ ta’ l-Istitut Marittimu.

Apprendistat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-apprentisti li qegħdin jitgħallmu s-sengħa ta' electrician u qegħdin jaħdmu fl-Isptar St Luke's sejrin jispiċċaw mingħajr xogħol wara li jintemm l-apprentistat tagħhom fit-12 ta' Settembru 2007? Jista' jgħid jekk hemmx bżonn electricians fl-Isptar St Luke's jew fl-Isptar Mater Dei?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-isptarijiet pubbliċi.