Jista’ il-Ministru jindaga dwar x’qed iżomm milli tittieħed deċiżjoni minn dawk konċernati biex jitneħħa l-periklu mit-toroq ta’ ħdejn l-iskola li minħabba fih l-istudenti ta’ l-iskola Antonio Bosio tal-Gżira qed ikollhom jiffaċċjaw meta jirkbu l-privates fil-ħin ta’ wara nofsinhar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi qiegħdha tittieħed azzjoni f’dan ir-rigward. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni informa lill-Kunsill tal-Lokal dwar is-sitwazzjoni. Il-Kunsill intalab iwaħħal it-tabelli neċessarji biex il-parking space biswit l-iskola jiġi riservat għall-coaches fil-ħinijiet tal-ħruġ ta’ l-istudenti ta’ l-iskola sekondarja.
Sigurta' Soċjali — Persuni ntitolati għall-karta r-roża
Question
Jisa' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ntitolati għall-karta r-roża matul is-sena 2003? Kemm kien hemm minn dawn il-persuni sa l-aħħar ta' Jannar 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2003 kien hemm 11,135 applikazzjoni għall-Karta r-Roża li minnhom ġew aċċettati 10,970.
Sa l-aħħar ta’ Jannar 2004 kien hemm 821 applikazzjoni għal din il-Karta, li minnhom ġew aċċettati 805.
Jista' il-Ministru jgħid x'każi ta' serq ġew irrappurtati li saru fuq anzjani tul is-sena 2003 f'dawn il-lokalitajiet, lokalita' b'lokalita: Mellieħa, Mġarr, San Pawl il-Baħar, Għargħur, Naxxar, Swieqi, Pembroke, San Ġiljan u Tas-Sliema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każi ta` serq irrapurtati lill-Pulizija minn persuni anzjani matul is-sena l-oħra fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isiru investigazzjonijiet mill-pulizija in konnessjoni ma' rapporti dwar abbużi ta' tfal minn persuna li t-tagħrif dwarha qed jintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu aktar informazzjoni dwar il-każ jgħaddiha lili jew lill-Pulizija.
Qrati — Avukati li jipprovdu servizz fil-qasam ta' l-għajnuna legali
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm avukati li qed jipprovdu s-servizz tagħhom fil-qasam ta' l-għajnuna legali? Kemm jitħallsu dawn l-avukati? Suppost li jiċċarġjaw flus lill-klijenti tagħhom minbarra l-ħlas li jieħdu mill-fondi pubbliċi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` avukati fuq il-lista ta` l-għajnuna legali (sa Jannar 2004) hu ta` 11 f`Malta u 2 f`Æawdex, u jitħallsu Lm500 fis-sena kull wieħed. Dawn ukoll jinħatru bħala kuraturi f`kawżi fejn il-konvenut ikun imsiefer.
L-avukati tal-elenku mhux suppost li jieħdu flus mingħand persuni intitolati għal għajnuna legali u li jkunu qed jiġu ippatroċinati minnhom f`dik il-kariga.
Sigurta' Soċjali — Diskriminazzjoni ma' koppji li jikko-abitaw
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-oqsma fejn koppji li jikko-abitaw għadhom isofru diskriminazzjoni meta mqabbla ma' koppji miżżewġa? Xi pjan ta' ħidma hemm biex din id-diskriminazzjoni titneħħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-politika tal-Gvern Nazzjonalista ma tikkonsidrax koppji miżżewġa u koppji li jkunu qed jikkoabitaw bħala l-istess. Għaldaqstant, ma tistax titkellem fuq diskriminazzjoni bejn żewġ sitwazzjonijiet li huma differenti ħafna.
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mhux applikabbli fil-każ tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:-
1. Id-dħul ta' WasteServ Malta Ltd. matul is-sena 2003 kien jammonta għal Lm217,452.92ċ (VAT inkluż).
Dħul għal servizzi oħra ta' l-immaniġġjar ta' skart, li huma koperti mill-fondi miġbura mit-taqsima tax-Xogħlijiet, kien jammonta għal Lm508,726.58ċ (VAT inkluż).
WasteServ Malta Ltd. hija obbligata li tgħaddi d-dħul kollu fil-fond konsolidat tal-Gvern u huma nklużi fl-estimi ġenerali.
2. L-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi bdiet tiġbor il-ħlasijiet tal-liċenzji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tagħha mill-1 ta' Ottubru 2002. Dawn jinkludu liċenzji għal swimming pools, wiremen, pompi tal-petrol, distributuri tal-gas, barrieri, bejgħ tal-pitrolju u ħażniet taż-żejt.
Id-dħul minn dawn il-liċenzji mill-1 ta' Ottubru 2002 sat-30 ta' Settembru 2003 kien Lm203,240 u mill-1 ta' Ottubru 2003 sat-30 ta' Diċembru 2003 kien Lm29,493. Dan id-dħul jiġi mgħoddi lill-fond konsolidat.
3. L-ammont li nġabar mill-Building Industry Consultative Council fis-sena 2003 kien ta' Lm5,111.66ċ. Dan kien kollu dħul mill-korsijiet. Id-dħul imur f'revolving fund kif sar dejjem.
Tista' il-Ministru tagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Tista' f'kull każ tagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda dhul matul is-sena 2003 mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubblici li jaqghu taht ir-responsabbilita' tal-Ministeru tieghi.
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-awtoritajiet, reġolaturi u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa ma kien hemm l-ebda dħul li daħal direttament fil-fond konsolidat fir-Revenue tal-Gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament.
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (BORG, JOE)
Ma hemm ebda awtoritajiet regolaturi jew entitajiet pubbliċi oħra li tirreferi għalihom il-Mistoqsija magħmula mill-Onorevoli Interpellant li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi.
Jista' il-Ministru jikkonferma l-eżistenza jew mod ieħor ta' water culvert li jgħaddi minn fost l-oħrajn toroq l-20 ta' Jannar, Ġorg Borg u Mifsud-Ellul, kollha f'Ħal Qormi? Jekk dan il-culvert jeżisti, jista' jikkonferma jekk jgħaddix minn taħt bini eżistenti u jekk iva, minn taħt liema? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-culvert? Meta tnaddaf l-aħħar dan il-culvert? Jippreżenta xi periklu għar-residenti dan il-culvert? Meta jidher li ilma minn dan il-culvert sbokka f'xi residenzi, x'assigurazzjonijiet jista' jagħti l-Ministru sabiex iserraħ ras l-istess residenti li ilmentaw mad-dipartiment sa minn Settembru li għadda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport waslitilha nformazzjoni li hemm culvert għaddej minn taħt il-bini fit-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant u qiegħda tivverifika x'wassal għal din is-sitwazzjoni, u fiċ-ċirkostanzi x'jista jsir biex din tkun tista' tiġi rrimedjata.
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta ssewwi l-ħsara li hemm f'parti minn Triq il-Qaliet u Triq l-Imriekeb, f'Wied il-Għajn għax ilhom ħafna bl-istreet lighting mitfi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fid-29/01/2004.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar wara li saru l-interviews fis-sena 2003 matul x-xahar ta' Awissu 2003 dwar post ta' Æassies fil-Faċilita' Korrettiva ta' Krodin ? Jarax il-Ministru li issa għadda żmien biżżejjed biex jiġi ppublikat l-eżami ta' dawn l-interviews?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-riżultati ta` l-interviews ġew mgħoddija lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jidhirlu l-Ministru li kien erroneju li tneħħiet il-bridge minn bejn il-qrati ordinarji u l-qorti tal-familja?
Jidhirlu li dan qed jikkrea mhux biss inkonvenjent imma qed jikkawża umiljazzjoni lill-membri tal-klassi legali u għall-membri ta' l-istess ġudikatura?
Jaf li minħabba n-nuqqas ta' bridge bejn iż-żewġ edifiċji, ħafna avukati qed isibuha diffiċli li jlaħħqu max-xogħol tagħhom kif kienu jlaħħqu qabel quddiem il-qorti tal-familja u l-qrati l-oħra, bi preġudizzju għall-klijenti tagħhom?
Ma jidhirlux li t-tneħħija tal-bridge tista' tiġi meqjusa bħala forma ta' inkejja żejda jew anke disrispett lejn il-professjoni legali?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pont in kwistjoni tneħħa għax il-Qorti tal-Familja għandha tkun separata u distinta mill-bqija tal-Qorti u dan minħabba n-natura tal-kawżi li jiġu trattati quddiemha. F`ebda każ la kien hemm xi inkejja, vendikazzjoni, umiljazzjoni jew disrispett f`din id-deċiżjoni lil xi klassi legali, għax din anzi tassigura li jkun hemm l-attenzjoni u l-protezzjoni neċessarja għal dawk iċ-ċittadini li jirrikorru f`din il-Qorti.
B`danakollu l-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nfurmat li avukati u prokuraturi legali ngħataw l-fakulta` li jqassru t-triq billi jgħaddu direttament mir-reġistru għal Triq Santa Luċija.
Irrid ngħid ukoll illi dan il-pont tneħħa qabel ma jien sirt Ministru tal-Ġustizzja u għalhekk l-allegazzjoni li dan sar minni b`xi "inkejja" hija inġusta u l-Onorevoli Interpellant imissu jkollu l-kuraġġ li jirtira l-allegazzjoni li għamel fil-konfront tiegħi fil-Parlament.
European arrest warrant — Kopja uffiċjali tat-test
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tat-test tal-European arrest warrant? Jidhirlu li għandu jaġġunġi ċerti riservi fuq l-istess?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentai Numru 3920, fejn tlabtu jindirizza l-mistoqsija tiegħu dwar il-European warrant of arrest lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jindaga jekk tistax tingħata wiċċ xieraq Triq il-Lampuka, f'Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita` isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Sigurta' Soċjali — Każ dwar żewġ persuni li qegħdin bir-relief
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed fil-konfront tal-persuna indikata bħala persuna 'A' separatament meta din qegħda bir-relief u tbiegħ il-ħut fil-pjazza tax-Xagħra, Għawdex u dan mis-7.00 a.m. sad-9.30 a.m. u wkoll fil-konfront tal-persuna ndikata bħala persuna 'B' separatament li tbiegħ il-ħut mit-8.00 a.m. sa xi d-9.30 a.m. iż-Żebbuġ, Għawdex u wara tkun Ta' Sannat u l-Munxar?
Malta ingħaqdet mal-EU BAN fuq l-importazzjoni ta' poultry products mis-South Korea, il-Ġappun, il-Vietnam u t-Tajlandja minħabba li ġew skoperti każi ta' bird flu fin-nies ġewwa t-Tajlandja?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.