Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija irċeviex ittra li jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra waqt id-dibattitu ta' l-appropjazzjoni is-sena li għaddiet? Jekk iva għaliex ma irċivejtx acknowledgment u x'passi ħa il-Kummissarju fuq il-kontenut ta' l-ittra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija investigaw il-kontenut ta` l-ittra ta` l-Onorevoli Interpellant fejn irriżultalhom li dak li allegatament sar skond dik l-ittra, sar fl-ambitu li huwa regolat taħt l-Att tax-Xandir (Kap. 350) u jaqa` taħt il-ġurisdizzjoni ta` l-Awtorita` tax-Xandir. Għaldaqstant il-Kummissarju tal-Pulizija ser jirreferi l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita` tax-Xandir. Infurmat ukoll illi b`referenza għal dak li ntqal fl-istess ittra dwar xi kummenti li għamel is-Supretendent Calleja matul il-programm, għandu jiġi preċiżat illi l-istess Supretendent kien qed jirreferi għal atti ta` vilipendju magħmula taħt il-Kodiċi Kriminali (Cap 9) u barra mill-ambitu irregolat mill-Att dwar ix-Xandir.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk n-nurses li ġew infurmati dan l-aħħar li telgħu skala jew aktar b'effett minn April tas-sena l-oħra u dan bħala parti mir-Riforma fis-Servizz Pubbliku hux se jingħataw l-arretrati jew inkella l-aġġustament tal-paga kienx immedjat hekk kif ġew aġġustati fl-iskala l-ġdida?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-arretrati u l-aġġustament tal-paga ser jingħataw lill-infermiera konċernati mas-salarju ta' Frar 2004.
Jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' kull applikazzjoni tal-MEPA u l-lokalita' relattiva ta' dawk l-applikazjonijiet li mill-1 ta' Ġunju 2003 ingħataw il-fakulta' li jinbidel l-użu propost u li ġew republished? F'liema minnhom sar dan il-bdil fil-fażi ta' rikonsiderazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sistema ta’ applikazzjonijiet fl-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma tagħtix din l-informazzjoni b’ mod awtomatiku. Għalhekk qed inpoġġi uq il-mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet li mill-1 ta’ Ġunju 2003 ġew ppubblikati mill-ġdid kemm waqt il-proċess normali ta’ l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni kif ukoll waqt ‘reconsideration’.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4078.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-informatika u Investiment — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u fl-Uffiċċju tas-Segretarjat tal-Ministeru intużaw 13-il mobile phone u 5 GSM Connect Gateway Cards matul 2003.
Dawn intużaw mis-Segretarju Permanenti, minni u l-istaff tas-Segretarjat tiegħi.
Is-somma globali kienet tammonta għal LM3564.84.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (BORG, JOE)
It-total ta' mobile phones propjeta' tal-Ministeru tiegħi huwa ta' 62. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' min qed juża dawn il-mobile phones. Matul is-sena 2003 tħallsu b'kollox LM 27,684.50 f'kontijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:-
Pagamenti bejn Jannar u April 2003 fis-Segretarjat Privat (Hon. Minister, F. Zammit Dimech)
Hon. Minister, Francis Zammit Dimech Lm302.13ċ
J. Dalmas, Private Secretary to Minister 163.23
Michael Aquilina, Asst. Private Secretary 219.48
Official car drivers to Hon. Minister 43.57
Joe Zahra, Communications Coordinator 38.14
K.Guillaumier, Secretariat Officer 120.23
C. Zammit, Secretariat Officer 173.80
F. Marmara, Communications Officer 25.87
Dr. Albert Caruana, Projects Coordinator 125.69
Andre Vassallo Grant, Personal Asst. to Minister 82.68
Pagamenti bejn Jannar u Diċembru 2003 fis-Segretarjat Privat (Hon. Minister, Ninu Zammit)
Hon. Minister, Ninu Zammit Lm462.18ċ
Arthur Cordina, Private Secretary to Minister 370.13
Charles D'Alfonso, Head Minister's Secretariat 482.94
Sandro Micallef, Communications Coordinator 472.19
Pagamenti bejn Jannar u Diċembru 2003 fis-Segretarjat Permanenti
Paul Mifsud, Permanent Secretary Lm605.60
Joe Degiorgio, Director Office for EU Affairs 194.77
Victor Sant, Director Corporate Services 91.40
Mobile Phones oħra fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet
Carmel Mifsud Borg, Director BCID Lm105.57ċ
Robert Musumeci, Chairman BICC 203.42
Ray Farrugia, Director Building : Engineering 205.11
Vince Magri, Director Manufacturing & Servicing 14.82
Nicholas Grech, Director Construction & Maintenance 193.37
Tony Mallia, Consultant for Oil Pollution 395.33
Joe Sammut, Director Public Cleansing 70.92
Eng. V. Cassar, ex-Director General 84.84
Tony Abela, Director Drainage 268.51
Mario Rogers, Director Finance & Administration 140.00
Chairman ta' l-awtorita' tat-trasport pubbliku — Safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-darba siefer iċ-chariman ta' l-Awtorita' tat-trasport pubbliku matul is-sena 2003? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' lukandi ntużaw (jiġifieri jekk hux lukandi ta' 5 stilel, 4 stilel jew 3 stilel) u kif ukoll jagħti rendikont ta' kemm swiet l-akkomodazzjoni għal kull safra matul is-sena 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinfurmani kemm tħallas il-PBS lill-MFA, għal drittijiet ta' TVrights fis-sena? Dawn jitħallsu fix-xahar jew f'daqqa? Dan il-kuntratt għandu terminu fiss, jekk fl-affermattiv, għal kemm snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-mistoqsija magħmula mill-Onor. Interpellant hija ta' natura kummerċjali għaldaqstant ma nħossx li għandha tiġi ppublikata.
Jikkonferma il-Ministru li Radio Calypso (102.3FM), l-unika stazzjon li hemm fil-gżira Għawdxija, qed jipprova jbigħ il-frekwenza tiegħu lil stazzjon tar-radio ieħor privat? Fuq liema kriterji u x'se jsir mill-ħaddiema ta' dan l-istazzjon, l-aktar meta hemm min hu lest jinvesti f'dan l-istazzjon f'Għawdex u jipprovdi mpjieg għal dawn l-istess ħaddiema ta' Calypso FM?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3646, jista' il-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija bid dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-garage imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu mikri kif ilu mikri sa mill-1992 u dan lil istess persuna. Is-sejħa għal offerti għal kiri kienet ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-10 ta` Jannar 1992.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3394, jista' il-Ministru jara li jiġi nvestigat kif hu possibbli li jinstab rimedju ħalli jkun evitat l-inkonvenjent ta' l-istorbju kkawżat mis-sistema attwali tal-cooling towers?
Billi jirriżulta li dawn il-cooling towers saru snin ilu u allura jista' jagħti l-każ li m'humiex konformi mar-regoli u l-istandards taż-żmenijiet tal-lum, jista' jara li jsiru l-alterazzjonijiet meħtieġa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Intepellant li l-cooling towers saru skond is-sengħa u l-arti u għadhom fi stat tajjeb. M'hemmx il-ħsieb li dawn jinbidlu.
Biss qiegħed isir studju biex jiġi determinat kif jistgħu jitnaqqsu dawn il-ħsejjes.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa ta' flus li nefaq id-dipartiment tas-saħħa għall-mediċini separatament fl-isptarijiet tal-gvern, ċentri tas-saħħa u bereġ separatament matul is-sena 2003?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regolamenti dwar kemm għandu jkun hemm studenti meta għalliem jagħti l-privat? Jaf il-Ministru li skond ilmenti li rċevejt qed ikun hemm klassijiet ta' aktar minn ħmistax-il ruħ f'garaxxijiet u fi djar privati?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa l-Att ta' l-Edukazzjoni ta' l-1998 ma jirregolax l-għoti ta' 'privat' minn għalliema. Iżda fost il-proposti li qed jiġu konsidrati fl-abbozzar ta' emendi jew liġi ġdida ta' l-edukazzjoni hemm dawk li jirregolaw id-diversi aspetti ta' l-għoti ta' lezzjonijiet privati.
Residenzi li kellhom t-telefon maqtugħ — Ħlasijiet ta' kontijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-2003 kemm kien hemm residenzi li kellhom it-telefon tagħhom maqtugħ għaliex ma thallsux il-kontijiet? Jista' jgħid kemm kien hemm ħlasijiet dovuti lill-Maltacom minn familji li ma ħallsux il-kontijiet tat-telefon tar-residenzi tagħhom fl-2003 u s-snin ta' qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall- P.Q. 1130.
Kumpaniji/għaqdiet li ma ħallsux l-kontijiet tat-telefon
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji/għaqdiet li ma ħallsux il-kontijiet tagħhom tat-telefon fl-2003? Kien hemm min ma baqax jingħata s-servizz? Kemm huwa l-ammont totali ta' ħlasijiet li għandhom jagħtu dawn il-kumpanniji/organizzazzjonijiet għall-2003 u s-snin ta' qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-P.Q. 1130.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa dovut lill-Enemalta għall-ħlasijiet ta' kontijiet minn djar privati li ma tħallsux fl-2003 u fis-snin ta' qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-aħħar ta' Diċembru 2003 il-kontijiet pendenti domestiċi u postijiet kummerċjali żgħar kienu hekk -
Malta Lm 11,885,273
Għawdex Lm 778,292
Total Lm 12,663,565
Minn dawn l-ammonti -
Lm6,472,538 kienu kontijiet li kienu għadhom kif ħarġu u l-perjodu tal-Kreditu kien għadu m'għaddiex,
Lm1,124,894 kienu kontijiet pendenti ta' bejn 3 u 6 xhur,
Lm1,026,800 kienu kontijiet pendenti ta' bejn 6 u 9 xhur
Lm662,247 kienu kontijiet pendenti ta' bejn 9 u 12-il xahar
Lm3,377,086 kienu kontijiet ta' aktar minn sena.
In-numru ta' 'Accounts' f'dawn is-setturi ilaħħaq mal-230,000 -
190,000 domestiċi - (djar, garaxxijiet domestiċi)
40,000 kummerċjali żgħar - (ħwienet, uffiċini, garaxxijiet etc)
L-ammonti huma biss tal-konsumaturi ta' l-elettriku.