Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bomla — Għadajjar ta' l-ilma

Question

Peress li f'mistoqsija parlamentari li għamilt ftit ilu, il-Ministru qal li se tissolva l-problema ta' l-għadajjar ta' l-ilma li hemm ħdejn l-iskola J.L. ta' Verdala, Bormla, u peress li ntbagħtu ħaddiema sabiex jirranġaw il-ħsara, jista' il-Ministru jara li dan l-eżerċizzju jerġa' isir peress li l-għadajjar għadhom hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4217 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għal Għawdex — Applikazzjonijiet għal post ta' direttur customer services

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu biex timtela' il-pożizzjoni ta' direttur (customer services) fil-Ministeru għal Għawdex, liema applikazzjonijiet għalqu fit-23 ta' Jannar? Jista' jgħid ukoll kemm ilha battala l-pożizzjoni u jekk hemmx aġent direttur biex jagħmel ix-xogħol? Jekk fin-negattiv, għaliex ġara dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 4217 Ninsab infurmat illi n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Direttur (“Customer Service”) huwa ta’ tlieta. Il-pożizzjoni ilha battala mill-erbatax ta’ Ottubru 2003. Għalkemm ix-xogħol li normalment jagħmel direttur jinqasam bejn uffiċjali oħra f’każ ta’ assenza jew nuqqas temporanju mill-post, hemm l-obbligu li jinħatar aġent direttur biss fejn dan huwa mitlub mill-liġi.
Leg 10 PQ #4218 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjazza San Franġisk - Lending library

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kotba ġew weeded out kull sena mil-lending library ta' Pjazza San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex fl-aħħar ħames snin u kemm kotba ġodda ġew akkwistati mill-istess librerija fl-istess perjodu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taht. L-ghadd ta’ kotba li gew weeded out kull sena mil-Lending Library ta’ San Frangisk fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin hu kif gej: 1999 2000 2001 2002 2003 TOTAL 141 96 201 134 207 779 L-ghadd ta’ kotba li gew akkwistati kull sena mil-Lending Library ta’ San Frangisk fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin hu kif gej: 1999 2000 2001 2002 2003 TOTAL 248 1,631 1,264 804 1,279 5,226
Leg 10 PQ #4219 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Self ta' kotba mil-lending library

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien l-għadd ta' kotba li ssellef il-pubbliku kull sena mil-lending library ta' Pjazza San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex fl-aħħar ħames snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ghadd ta’ kotba li ssellef il-pubbliku kull sena mil-lending librarta’ Pjazza San Frangisk, fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin huwa kif muri hawn taht: 1999 2000 2001 2002 2003 88,663 70,367 64,414 62,601 67,192

Għawdex — Rabat - Żvilupp fi Triq Borg Olivier

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3737 li saret lill-Ministru għal Għawdex u cioe' jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-iżvilupp fi Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Għawdex - file no: MEPA 93/03? Jista' jgħid jekk ġewx konsultati l-kunsill lokali tar-Rabat, il-clubs tal-football u entitajiet oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-applikazzjoni PC 93/03 li għaliha qegħda tirreferi I-Onor. Interpellant, m' hix applikazzjoni ta' żvilupp, iżda applikazzjoni għal tibdil fl-allinjament tal-bini. Din l-applikazzjoni tipproponi li l-allinjament jinbidel b' tali mod li jidħol “cul-de-sac” li jagħti aċċess minn Triq Borg Olivier fir-Rabat, Għawdex. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex ġie kkonsultat, bħalma jiġri f' kull każ ta’ applikazzjoni għal tibdil fl-allinjament. Il-clubs tal-football u entitajiet oħra ġew mgħarrfa u mitluba jikkummentaw, permezz ta' l-avviżi fl-istampa kif ukoll permezz ta' "site notice", li twaħħlet fil-post. Fil-fatt, kien hemm fost dawn l-entitajiet li kitbu u wrew l-opinjoni tagħhom fuq dan it-tibdil fl-allinjament, u l-argumenti tagħhom ġew ikkunsidrati fl-analiżi ta' l-applikazzjoni.
Leg 10 PQ #4221 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Spezzjonijiet fl-iskejjel

Question

In konsegwenza ta' l-inċident fatali li seħħ is-sena l-oħra fi skola ġewwa Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk f'Għawdex sarux xi spezzjonijiet fl-iskejjel biex jiġi assigurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' riskju għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Għawdex ukoll saru l-ispezzjonijiet neċessarji sabiex jiġi assikurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' periklu għall-istudenti.

Għawdex — Spezzjonijiet fil-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel

Question

In konsegwenza ta' l-inċident fatali li seħħ is-sena l-oħra fi skola ġewwa Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk f'Għawdex sarux xi spezzjonijiet fil-faċilitajiet sportivi kollha biex jiġi assigurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' riskju in partikolari għat-tfal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onor. Membru tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Sigurta' soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-25 ta' Novembru, 2003 qalulha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li se tirċievi s-somma ta' Lm25.85 fil-ġimgħa u mbagħad fit-3 ta' Jannar, 2004 qalulha li se tirċievi s-somma ta' Lm23.60?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Leg 10 PQ #4226 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjonit ta' l-edukazzjoni — Impjieg ta' studenti fix-xhur tas-sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hux se timpjega studenti għax-xhur tas-sajf u jekk iva, f'liema oqsma?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni beħsieba terġa torganizza Skola Sajf u toffri esperjenza ta' xogħol lil numru ta' studenti għalliema ta' l-Universita' skond il-bżonn.

Ħal Tarxien — Triq Dun Ġużepp Calleja

Question

Jogħġbu l-Ministru jinformani fiex wasal il-proċess sabiex Triq Dun Ġużepp Calleja f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata stante l-istat perikoluż immens tagħha kif jidher fir-ritratti ta' din it-triq li qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Dipartiment tal-liċenzji u ttestjar

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tad-dħul tad-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar għas-sena 2003? X'ammont ta' flus matul is-sena 2003 huma dovuti għal cheques li ma ssarrfux? Kemm hu l-ammont totali ta' flus li għandu jiġbor dan id-dipartiment bħala arretrati?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Importazzjoni ta' vetturi — Taxxa tad-dazju u VAT

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tad-dħul mit-taxxa tad-dazju u l-VAT fuq vetturi importati matul is-sena 2003, skond il-pajjiżi ta' oriġini tal-vettura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif gej: Import Duty VAT Ewropa LM 130,517 LM 3,305,487 Barra mill-Ewropa LM 1,752,367 LM 2,471,893 Ma’ dan l-ammont wieħed irid iżid il-VAT li tinġabar meta titħallas t-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi li għas-sena 2003 kienet ta’ Lm3,454,553.
Leg 10 PQ #4242 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Festi nazzjonali tal-31 ta' Marzu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu ppjanat li jonfoq il-gvern fuq il-festi nazzjonali tal-31 ta' Marzu, 2004 fl-għeluq tal-25 anniversarju? X'inhuma ċ-ċelebrazzjonijiet li beħsiebu jagħmel il-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 4242 Nitlob lil Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' stupru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' rape jew indecent assault is-sena l-oħra? Fejn saru l-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija kellha 51 rapport ta` reati ta` natura sesswali fuq individwi. Il-lokalitajiet li ġie indikat li seħħew fihom huma B`Kara, B`Bugia, Bormla, Fgura, Floriana, Għajnsielem, Ħamrun, Lija, Marsa, M`Scala, M`Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Msida, Pembroke, Qormi, Rabat, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Valletta u Żejtun.

Pulizija — Persuni li mietu traġikament

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament is-sena l-oħra? X'eta kellhom u x'kienet il-kawża tal-mewta tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 l-imwiet traġiċi irrapurtati lill-Pulizija kienu kif ġej: Inċidenti tat-Traffiku 17 Suwiċidju 18 Inċidenti fatali oħrajn 28

Djar — Każ dwar social housing

Question

Jista' il-Viċi Prim MInistru jgħid fiex inhu l-każ ta' housing soċjali li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li issa ilu aktar minn erbgħa snin pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat flimkien ma’ każijiet oħrajn li għandu pendenti quddiemu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Palettini li ġew maqtula

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pulizija identifikatx fejn inqatlu l-palettuni li skond il-bird life inqatlu ġewwa r-riserva ta' l-għadira? Jekk inqatlu barra r-riserva, jista' jgħid jekk il-pulizija hijiex tieħu passi kontra minn illibella l-kaċċaturi kollha ta' Malta u jekk sarx frame up?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għad m`humiex konklużi. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif dwar dan il-każ, inħeġġu sabiex jgħaddih lill-Pulizija.
Leg 10 PQ #4256 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu ta' computers

Question

Il-Gvern Malti ħa nota tal-konklużjonijiet tar-rapport tal-OECD dwar l-użu tal-computers fl-iskejjel fejn wasal għall-konklużjoni li għalkemm f'dawn l-aħħar snin infirex l-użu sew tal-information and communications technologies (ICT) fl-iskejjel ewlenin fl-aktar pajjiżi avvanzati tal-OECD xorta waħda għadu diżappuntanti l-mod li bih dawn il-computers qed jiġu wżati fuq bażi ta' day to day l-aktar fl-upper secondary schools? Fil-każ ta' l-upper secondary schools Maltin, ġew identifikati xi barriers strutturali għall-avvanzi meħtieġa? Meta għamel l-assessment tiegħu il-gvern ħa nota tax-scheduling tal-ħinijiet ta' l-għalliema, il-class room organisation kif ukoll l-iżvilupp professjonali ta' l-għalliema? X'inhu l-persentaġġ ta' l-istudenti li jattendu skejjel fejn hemm biżżejjed workstations għal kull għalliem? Għadu jeżisti shortage ta' computers għall-istudenti? Fl-applikazzjoni tal-computers fl-iskejjel upper secondary dawn qed jintużaw l-aktar bħala sors addizzjonali ta' taħriġ jew biex jippermettu lill-istudenti li jaħdmu bil-pass normali tagħhom? X'inhu l-persentaġġ ta' għalliema li jużaw standard computer applications?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li it-tagħrif kollu għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #4257 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu tal-computers

Question

Jaf il-Ministru li fost il-konklużjonijiet tar-rapport tal-OECD dwar l-użu tal-computers fl-iskejjel wieħed isib li: hemm diffikultajiet fl-integrazzjoni tal-ICT fit-taħriġ fl-iskejjel; hemm problemi fix-scheduling ta biżżejjed computer time fl-iskejjel; hemm problemi dwar nuqqas ta' ICT skills and knowledge fost diversi għalliema; waħda mill-problemi ewlenin li jsibu f'ħafna skejjel huwa li jiltaqgħu ma ħafna diffikultajiet meta jiġu biex jagħmlu reklutaġġ ta' ICT teachers; l-iskejjel fil-pajjiżi Nordiċi kisbu l-akbar suċċess f'dan il-qasam minħabba l-availability and use of computers kif ukoll minħabba l-iżvilupp professjonali għoli ta' l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Dipartiment tat-Teknoloġija fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni huwa kontinwament iżomm ruħu aġġornat rigward dokumenti maħruġa minn entitajiet internazzjonali b'mod partikolari ta' l-Unjoni Ewropeja kif ukoll ta' l-OECD. Jidher li l-Onor. Membru qed jirreferi għad-dokument maħruġ mid-Directorate of Education ta' l-OECD intitolat 'Disappointing Use of ICT in Upper Secondary Schools' maħruġ fi Frar 2004. Id-Dipartiment tat-Teknoloġija għandu prinċipalment ir-responsabbilta' ta' l-użu ta' l-ICT fil-Primarja u Sekondarja, kif ukoll taż-żewġ skejjel Post Sekondarji Giovanni Curmi, Higher Secondary School, Naxxar u Sir Mikielang Refalo, Centre for Further Studies - Post Secondary Complex, Rabat, Għawdex. Ittieħdu diversi inizjattivi biex ikun hemm l-aħjar użu ta' l-ICT fl-iskejjel, fosthom:- 1. Sar investiment qawwi tal-computers fl-iskejjel, tant li llum hemm 6000 computer fil-primarji u fis-sekondarji u dan jirriżulta illi Malta għandha waħda mill-ogħla computer student ratio fid-dinja. 2. Kull għalliem tal-primarja għandu laptop biex ikun jista' jipprepara il-lezzjonijiet bl-użu ta' l-ICT. 3. Computers fl-iStaff Rooms ta' l-iskejjel sekondarji għall-użu ta' l-għalliem. 4. Computers fl-amministrazzjoni ta' kull skola. 5. Aċċess għall-broadband fl-iskejjel kollha. 6. Web-based e-mail għal kull student u kull għalliem. 7. Sponsorship għall-għalliema biex jieħdu Diploma fl-ICT fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta. 8. Korsijiet wara l-ħin (bla ħlas) għall-għalliema fuq l-użu effettiv ta' l-ICT fil-klassijiet. Dawn il-korsijiet kienu ta' suċċess kbir tant li qed japplikaw aktar minn 1000 għalliem għal dan it-taħriġ. 9. Ġew maħtura numru ta' Peripatetic u Support Teachers biex jgħinu l-għalliema fl-integrazzjoni ta' l-ICT. 10. Siti b'riżorsi għall-integrazzjoni ta' l-ICT fil-klassi fejn l-għalliema jistgħu isibu għajnuna u direzzjoni f'dan il-qasam. Is-Siti huma hekk:- Għall-primarja http://schoolnet.gov.mt/ictprimary u http://schoolnet.gov.mt/primarythemes filwaqt li għas-sekondarja http://schoolnet.gov.mt/ictsec. 11. L-integrazzjoni tat-tagħlim tal-Matematika bl-użu ta' l-IT. l-għalliema tal-Matematika jieħdu t-tfal jagħmlu lezzjoni darba fil-ġimgħa fil-computer laboratories fejn jużaw software adattat għat-taħriġ tal-Matematika. 12. L-introduzzjoni tal-European Computer Driving Licence (ECDL) fl-iskejjel sekondarji kollha.

Spam fil-computers

Question

Fuq livell prattiku, kif tista' tiġi miġġielda l-ġlieda ta' l-ispam fil-computers minn pajjiżna meta ħafna minnha toriġina mill-Istati Uniti u ġurisdizzjonijiet oħra li mhumiex koperti minn leġislazzjoni effettiva? Il-gvern xorta waħda beħsiebu jkompli bil-pjani li jkollna leġislazzjoni dwar dan is-suġġett? X'jista' isir u x'qed isir biex jitjib il-cross border co-operation dwar network security u law enforcement bħala parti mill-multipronged drive fil-ġlieda biex titħares l-integrita' ta' l-internet? Għalkemm Malta mhijiex membru sħiħ tal-OECD il-Gvern Malti jikkordina l-ħidma tiegħu fil-qasam ta' l-informatika ma din l-organizzazzjoni dinjija? Il-Gvern Malti kien rappreżentat fl-OECD workshop on spam li ġie ospitat dan l-aħħar mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussels?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ġlieda kontra l-ispam hija iebsa u t-tnedija ta' leġislazzjoni hija mod wieħed biss ta' kif nistgħu nsibu soluzzjoni għal din il-problema. L-aħjar mod biex innaqsu l-effett negattiv ta' l-ispam huwa li inqajmu kuxjenza fuq din il-problema u ngħallmu liċ-ċittaddin li għandhom jerfgħu r-responsabilita' tagħhom meta jużaw l-Internet u meta jagħtu d-dettalji tagħhom personali. Il-pubbliku jrid ikun konxju mir-regoli bażiċi li huma applikabli għal l-ispam u kif jista' jevita l-ispam. Għalhekk huwa importanti li l-ġlieda kontra l-ispam tiġi affrontata prinċipalment mil-lat edukattiv. Il-Kodiċi Kriminali diġa jittratta l-kwistjoni tal-ksib ta' databases mingħajr awtorizzazjoni. Il-problema ta' Spamming hija mħarsa l-aktar fl-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, fejn jingħad li ħadd m'għandu juża jew iġiegħel li jintuża xi servizz ta' telekomunikazzjoni li jkun disponibbli pubblikament sabiex jagħmel xi komunikazzjoni mhux mixtieqa għall-fini ta' bejgħ diret permezz ta': (a) Kommunikazzjoni elettronika, jew (b) Facsimile, jew (c) posta elettronika lil xi persuna naturali, kemm il-darba l-individwu ma jkunx ta l-kunsens tiegħu espliċitu bil-quddiem u bil-miktub. Persuna li tikser din il-liġi tista' teħel penali amministrattiva ta' mhux iżjed min elf lira. F'dan l-isfond il-Gvern għandu żewġ għazliet - jista' jieħu pożizzjoni iebsa jew inkella jħalli kollox kif inhu b'xi emendi żgħar. Eżempju ta' pożizzjoni iebsa fil-każ tal-Kodiċi Kriminali tista' tkun li l-pieni jiżdiedu jekk jiġi ppruvat li l-offiża saret bi skop ta' profitt. Fiċ-ċirkostanzi, għad irid isir iżjed studju fil-fond qabel ma tittieħed deċizjoni finali. Il-Gvern isegwi mill-qrib l-iżviluppi u r-rakkomandazjonijiet ta' l-OECD, u anke adotta xi rakkomandazzjonijiet ta' din l-organizzazzjoni fil-Pjan Nazzjonali Strateġiku għall-oqsma tat-Teknoloġija ta l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni. Iva, il-Gvern Malti kien rappreżentat f'dan il-workshop.