Kummissjoni għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa — Applikazzjonijiet għal chief executive officer
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' chief executive officer mal-kummissjoni għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jagħti dettalji dwar: meta u fejn ġiet ippubblikata s-sejħa min u kemm applikaw; kienx hemm short listing; min igħajjat għall-intervista; min kienu l-membri tal-bord tas-selezzjoni; meta saru l-intervisti; liema kriterji ntużaw għall-għażla; ipoġġi kopja tar-rapport tal-bord; ir-rwol tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku f'din l-għażla; meta u fejn tħabbar ir-riżultat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħatra ndikata mill-Onor. Interpellanti hi regolata bil-provedimenti ta’ artikolu 13 ta’ l-Att ta’ l-2003 dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa u mhux bil-proċeduri tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Kummissjoni għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu t-track record fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa taċ-chief executive officer, tal-commissioner u ta' kull membru li nħatar/inħatret fuq il-kummissjoni għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissarju u l-Membri tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa huma kkunsidrati bħala persuni adatti biex jokkupaw dawn il-karigi kif jitlob l-Att li jirregola l-ħatra tagħhom.
Id-Direttur Esekuttiv tal-Kummissjoni għandha esperjenza wiegħsa u twila fl-amministrazzjoni. Minkejja li skond l-istess Att, id-Direttur Esekuttiv mhux meħtieġ li jkollha xi track record fil-qasam ta’ l-ugwaljanza, il-persuna maħtura għandha wkoll esperjenza fis-suġġett bħala president ta’ NGO li tirrappreżenta lin-nisa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti fl-inħawi magħrufa bħala Il-Kortin fil-Mellieħa li għadhom mhumiex imqabbdin mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ u għadhom bis-sistema tal-fosos?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn stħarriġ li sar irriżulta li hemm madwar tmien (8) residenti fi Triq Kepler li ma humiex mqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ tat-tramuntana u dan minħabba li ma hemmx mains tad-drenaġġ fil-parti ta' triq li qegħda quddiemhom.
It-triqat l-oħrajn kollha għandhom mains imqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li r-residenti kollha fl-inħawi magħrufa bħala Il-Kortin fil-Mellieħa jkunu mqabbdin mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 4124.
Jiena nfurmat li in-nuqqas ta' servizz li qed jonqos lil madwar tmien (8) residenti mhux b'kapriċċ iżda minħabba li parti minn Triq Keppler msemmija taqleb 'l isfel, il-main ma setax jiġi mqabbad mal-mains ezistenti li saru xi sentejn ilu.
Hemm żewġ soluzzjonijiet għal din il-problema: (i) jew li ssir pompa għal dawn it-tmien (8) residenti biss, bil-konsegwenza ta' possibilita' ta' rwejjaħ għar-resident nfushom jew (ii) id-drenaġġ ta' dawn it-tmien (8) residenzi jitqabbad mas-sistema ta' Santa Marija Estate (aktar 'l isfel). Din il-konnesjoni tkun trid tgħaddi mill-irdum u minn ġo proopjetajiet privati. Dwar dawn ta' l-aħħar, diġa kien hemm oġġezzjoni verbali min-naħa tal-propjetarji.
Il-Korporazjzoni għada trid tiddeċiedi liema soluzzjoni sejra taddotta.
Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex ir-residenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ikollhom id-dar tagħhom imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ? Meta se jittieħdu dawn il-passi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li d-dettalji tar-residenti ndikata mill-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lis-sezzjoni tad-drenaġġ fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
F'kull każ ser issir spezzjoni ħalli tkun stabbilita r-raġuni għaliex ir-residenza għadha mhix imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ u/jew jekk hemmx bżonn ta' estensjoni tas-sistema eżistenti.
Jista' il-Ministru jgħid liema struttura pubblika hija responsabbli biex tara li l-fosos tar-residenti privati fl-inħawi tal-Kortin fil-Mellieħa jitbattlu regolarment? B'liema regolarita' jitbattlu dawn il-fosos peress li jasluli ilmenti li ġieli bowser tal-gvern idum għaxar ġimgħat biex imur ibattal fossa ta' xi residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-kuntrattur li jbattal il-fosos ġie mwissi biex ibattal il-fosos regolarment kif inhu l-obbligu tiegħu. Huwa sostna illi qatt ma ħalla xi fossa mingħajr ma titbattal għal tul ta' żmien indikat fil-mistoqsija.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi indiriżż speċifiku ta' fejn mhux qiegħed jingħata s-servizz regolari, nissuġġerixxi li l-individwu kkonċernat jikkuntatja lill-Customer Care tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tittieħed ażżjoni mmedjata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Mellieħa, l-Imġarr, San Pawl il-Baħar, il-Għargħur, in-Naxxar, is-Swieqi, Pembroke, San Ġiljan u Tas-Sliema li d-djar tagħhom mhumiex imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ, lokalita' b'lokalita'? Xi pjan hemm biex din is-sistema tilħaq lil dawk ir-residenzi li għadhom mingħajr dan is-servizz bażiku fil-bidu tas-seklu 21?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba tieħu ħafna ħin biex tinġabar b'mod korrett u eżawrjenti.
Għaldaqstant tweġiba tingħata aktar 'il quddiem.
Skond l-istatistika miġbura mill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol: a) b'faxex ta' eta' differenti; b) irġiel u nisa: fil-Mellieħa, fl-Imġarr, f'San Pawl il-Baħar, fil-Għargħur, fin-Naxxar, fis-Swieqi, f'Pembroke, f'San Ġiljan u f'Tas-Sliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4004, jista' il-Ministru jqiegħed l-Appendiċi kollha li jagħmlu parti mill-kuntratt iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-kumpannija INSO spa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-dokumenti li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant ma tpoġġewx mal-kuntratt għax huma ta' natura kummerċjali.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara d-dokumenti jista' jmur l-F.M.S. jarahom basta jintrabat bil-kunfidenzjalita`.
Jista' il-Ministru jispeċifika x'inhu t-tagħmir mediku u servizzi oħra li se jiġu stallati fl-isptar Mater Dei skond il-protokoll finanzjarju bejn il-gvern Malti u l-gvern Taljan?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett scoops sena b'sena minn mindu twaqqaf? Huwa minnu li dan l-aħħar dan il-proġett ingħata b'offerta biex jitmexxa minn ħaddieħor? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata biex imexxih u kemm qed iħallas il-ministeru għal dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Fis-sena 2000 il-Bord tal-Koperattivi ħareġ sejħa għall-offerti għat-tmexxija tal-proġett li ntrebħet mill-Koperattiva Outlook.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4091 f’Seduta Nru. 98.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed jonfoq il-bord tal-koperattivi fuq il-proġett scoops fl-iskejjel? Bħalissa kemm hemm skejjel li qed jipparteċipaw u kemm hemm li m'humiex jipparteċipaw f'dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 4133 f’din l-istess Seduta.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 4092 f’Seduta 98.
Koperattiva linen services — Ħaddiema tal-laundry ta' l-isptar Monte Carmeli
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-koperattiva Linen services li tħaddem il-laundry ġewwa l-isptar Monte Carmeli?
X'kien l-ammont ta' flus li ħallas il-gvern lil din il-koperattiva fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 għas-servizz li tat fl-isptarijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm 51 membru msieħeb fil-Koperattiva Linen Services.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jinformani jekk it-tkomplija tal-proġett ta' l-embellishmenti tal-promenade ta' Tas-Sliema, il-parti bejn il-Fortizza ta' Qui-si-Sana se jitkompla?? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet m'għandha l-ebda pjanijiet għas-sit imsemmi mill-Onor. Membru.
Il-proposti ta' żvilupp għal dan is-sit qed tieħu ħsiebhom il-MEPA.
Jista' il-Ministru jinformani jekk il-proġett ta' parking taħt l-art quddiem il-preluna hotel u x'chalet ġiex allokat lil xi ħadd? Jekk fl-affermattiv, lil min u meta se jibda x-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Malta Shipbuilding — Xogħol ta' bagi tal-Blue water
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' overtime fuq ix-xogħol ta' bagi tal-Blue water mit-8 ta' Novembru, 2003 sal-lum? Xi profitt se tagħmel il-Malta Shipbuilding fuq l-imsemmi proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-dettalji tal-overtime maħdum fuq proġett partikulari u l-profitti ma jistgħux jingħataw għal raġunijiet kummerċjali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk numru ta' garaxxijiet li nbnew fil-Ġnejna, fil-parti magħrufa bħal taħt l-irdum l-imdawwar (il-parking ta' fuq ġewwa in-naħa tax-xellug tal-bajja) għandhomx il-permessi meħtieġa? Jekk fl-affermattiv, meta nħarġu dawn il-permessi u fiex jikkonsistu? Jekk m'hemmx permessi meħtieġa, jista' jgħid x'passi se jittieħdu biex dawn jitneħħew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li qatt inħarġu xi permessi ta’ żvilupp sabiex jinbnew xi garaxxijiet f' din in-naħa tal-bajja. Pero’ instab li kienu saru diversi applikazzjonijiet matul is-snin għal dan it-tip ta' żvilupp. Minn investigazzjoni jirriżulta li garaxxijiet jew ossija boathouses, saħansitra uħud minnhom imħaffrin fil-blat, ilhom jeżistu fl-inħawi għal bosta snin. Kien hemm okkażjonijiet ukoll fejn sa minn qabel 1992, cioe ‘fi żmien l-ex PAPB, inbdew proċeduri legali mill-Pulizija. Azzjoni t' infurzar skond l-Att Nru 1 ta’ 1992 ittieħdet ukoll minn-naħa ta’ l-Awtorita ta’ l-Ippjanar, fejn numru ta’ strutturi kienu tneħħew fiżikament. Sadanittant Avviżi tat-Twettieq ECF 1424/97 u 1425/97 maħruġa fuq garaxxijiet paritikolari u li nqabdu jinbnew fil-fatt għadhom pendenti minħabba li hemm appell minn diversi rifjuti ta' applikazzjonijiet quddiem il-Bord ta l-Appelli dwar l-Ippjanar.
Possibbli l-Ministru tgħid kemm qasmu karozzi u passiġġieri minn Għawdex għal Malta nhar il-Ħadd 1 ta' Frar, 2004? F'liema ħinijiet ħadmu shuttle service il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex — Għajnsielem - Karozzi jistennew biex jaqsmu lejn Malta
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm daqshekk konfużjoni tul il-queue u ġox-xatt nhar il-Ħadd fil-għaxija meta kien hemm għadd ta' karozzi qed jaqsmu għal Malta?
Kemm kien hemm pulizija jikkontrollaw u jidderiġu l-karozzi?
X'inhi r-raġuni li fi triq tax-xatt (Għajnsielem) kontra dak li jsir is-soltu, ma kienx hemm pulizija jikkontrolla l-queue bil-konsegwenza li fformaw żewġ fillieri ta' karozzi ħdejn xulxin u allura spiċċaw imblokkaw għal kollox l-aċċess għax-xatt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.