Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi ta' ċertu kobor — Ipparkjar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk vetturi kbar bħal char-a-bancs u trakkijiet oħra tax-xogħol jistgħux jipparkjaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ipparkjar ta` vetturi bil-mutur huwa permess kif maħsub fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur u r-Regolamenti dwar Tractors bil-Mutur. Għall-aktar tagħrif dettaljat ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għammieri — computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-computers li kien hemm ġewwa l-Għammieri? Jista' jgħid jekk ittieħdux Ħad Dingli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-computers li kien hemm, u li hemm fl-Għammieri, għadhom l-Għammieri. Ma ttieħdu l-ebda computers Ħad-Dingli.

Ministeru tat-Trasport — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mat-tagħrif diġa mogħti fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4077, Seduta 100 ser inżid dan li ġej: Fl-entitajiet tad-dekasteru tiegħi hemm 40 mobile phone. Dawn jintużaw minn uffiċċjali għoljin f’dawn l-entitajiet u minn xi uffiċċjali oħrajn skond il-bżonn. L-ispiża totali għas-sena 2003 kienet ta’ Lm14,532.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #4279 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru ħal Għawdex — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli nterpellant hija skond it-tabella hawn taht murija: Numru ta' Mobile Phones Min qed ju¿ahom Ammont li thallas fis-sena 2003 1 Onorev. Ministru ghal Ghawdex Lm 400.64 1 Kap tas-Segretarjat Lm 319.86 1 Segretarju Privat tal-Ministru Lm 516.12 1 Assist. Segretarju Privat Lm 162.52 1 Koordinatrici tal-Komunikazzjoni Lm 237.12 1 Segretarju Permanenti Xejn 1 Direttur Servizzi Korporattivi Lm 128.78 1 Direttur Office of Review Lm 202.20 1 Segretarjat Permanenti Lm 45.00 1 Direttur tal-Progetti u ¯vilupp Lm 244.70 1 Direttur tal-Customer Services Lm 197.51 Total 11 Lm2,454.45

Ministeru ħal-Ġustizzja u Intern — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` mobile phones li hawn fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u fis-Segretarjat Parlamentari jammonta għal ħdax (11). Dawn il-mobile phones jintużaw mill-Ministru, mis-Segretarju Parlamentari, mill-Heads of Secretariat, Segretarji Privati, Communications Co-ordinators u Policy Co-ordinators. L-ispiża ta` kontijiet fuq dawn il-mobile phones matul l-2003 kienet tammonta għal Lm2,697.61. Għal dak li jirrigwardja d-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4076, u nżid ngħid illi n-numru ta` mobile phones li dwarhom ingħatat l-informazzjoni fit-Tweġiba msemmija hu ta` 100.
Leg 10 PQ #4281 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher hawn taħt: Ministeru u Dipartiment (inkluż l-ITS) Ministru għat-Turiżmu Permanent Secretary Director Tourism and Corporate Services Director EU Affairs, Prog Implementation Head of Secretariat Staff Private Secretary Project Co-ordinatior Assistant Private Secretary Communications Co-ordinator Policy Co-ordinator Office Co-ordinator Secretariat Officers Drivers/Securities Advisor Officer in Charge Administration Director General (ITS) Deputy Director (ITS) Registrar L-ammont totali li tħallas f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matur is-sena 2003 kien Lm6,105.97. Awtorita' Maltija tat-Turiżmu MTA Chairman Chief Executive Officer Directors Consultant Senior Managers Drivers Chairman Enforcement Chairman Product Planning Chairman Marketing Marketing Staff L-ammont totali li tħallas f'kontijet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003 kien Lm10,480.09.

Dipartiment ta' l-artijiet — Anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern fir-rigward ta' dawk l-anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-gvern iżda huma residenti f'home għall-anzjani? Għaliex fżċerti każi qed ikun hemm stop payment tal-kera? X'jiġri f'każ ta' anzjan li jqatta' il-perjodu matul il-ġurnata fir-residenza tiegħu u l-gvern jiddeċiedi li jagħmel stop payment tal-kera? Kif jiġi deċiż li jsir hekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm każijiet ta’ kerrejja ta’ postijiet tal-Gvern li sarilhom stop payment tal-kera għax ikunu residenti f’Dar għall-Anzjani.
Leg 10 PQ #4309 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Website

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra min hi l-kumpannija li qed tieħu ħsieb il-website tal-ministeru? Min huma d-diretturi ta' din il-kumpannija? Kemm qed titħallas tas-servizzi li qed tagħti? Hemm xi flus pendenti u dovuti lil din il-kumpannija? Ma' din il-kumpannija hemm impjegati ulied xi uffiċjal għoli fil-ministeru?

Response (BORG, JOE)

L-Informatics Atelier ta' 24, Vjal l-Indipendenza, l-Mosta hija l-kumpanija li qed tieħu ħsieb il-website għall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u dan skond letter of understanding li ġġib id-data tat-13 ta' Mejju, 2002. Id-Diretturi ta' din il-kumpanija huma s-Sur Christopher Borg u s-Sur Dalibor Milenkovic li minn naħa tiegħu kien ilu jipprovdi is-servizzi tiegħu f'dan ir-rigward lill-Ministeru mill-1995. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin iħallas rata ta' LM5.75 (15% VAT inkluża) fis-siegħa għas-servizz ta' din il-kumpanija. L-unika kont li hemm pendenti huwa dak li jkopri Novembru u Diċembru 2003 ta' LM920.00 peress li wasal il-Ministeru fit-28 ta' Jannar 2004. L-impjegati ta' din il-kumpanija huma l-istess Diretturi. Nikkonferma li s-Sur Christopher Borg huwa qarib ta' uffiċċjal li jaħdem fil-Ministeru.
Leg 10 PQ #4310 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Uffiċjal posted f'Parigi

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li kien hemm uffiċjal posted f'Parigi li kien se jintbagħat Brussels bħala uffiċjal tekniku fuq affarijiet veterinarji u għal xi raġuni jew oħra l-posting tiegħu għall-Brussels tħassar u l-istess uffiċjal ingħata posting fl-Ambaxxata Maltija f'Tuneż mingħajr biss ma nħarġet posting order?

Response (BORG, JOE)

Il-ħruġ ta' Posting Order biex tkopri l-postings ta' uffiċċjali fl-ambaxxati Maltin barra minn Malta hija proċedura amministrattiva, li mhux neċessarjament issir bil-quddiem, jiġifieri, qabel ma l-uffiċċjali konċernati jibdew jieħdu posthom fl-ambaxxati fejn ikunu ntbagħtu. Il-Posting Order relattiva għall-uffiċċjal imsemmi fil-fatt ħarġet il-Ġimgħa 6 ta' Frar 2004.
Leg 10 PQ #4311 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

North South Economic Forum

Question

Jikkonferma l-Muinistru li qed isiru sforzi biex in-North South Economic Forum li se jsir f'Vilnius f'Marzu ta' din is-sena jsir f'Malta f'Settembru tas-sena d-dieħla?

Response (BORG, JOE)

Jiena nfurmat li m'huma isiru l-ebda sforzi mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin sabiex in-North South Economic Forum isir f'Malta.
Leg 10 PQ #4312 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Budapest

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Gvern Ungeriż għadu kif informa lill-Gvern Malti li ma hemmx ċans li jirreċiproka l-ftuħ ta' ambaxxata Maltija f'Budapest mill-inqas qabel is-sena d-dieħla?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Ungeriż, filwaqt li kien esprima sodisfazzjon għad-deċiżjoni ta' Malta li tinfetaħ Ambaxxata Maltija ġewwa Budapest, sostna li dan il-ġest jiġi reċiprokat minn naħa Ungeriża ma' l-ewwel opportunita' possibbli.
Leg 10 PQ #4313 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Taħditiet ma' awtoritajiet Eġizzjani dwar extradition agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija jsiru taħditiet ma' l-awtoritajiet Eġizzjani dwar extradition agreement ma dan il-pajjiż?

Response (BORG, JOE)

Malta u l-Eġittu mistennija ikomplu bit-taħdidiet dwar il-proposta ta' Ftehim ta' Estradizzjoni aktar tard dan ix-xahar.
Leg 10 PQ #4314 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin — Visa section - nationals barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kienx hemm xi ambaxxati Maltin barra l-pajjiż fejn spiss irriżulta li nationals barranin li applikaw il-visa section ta' l-ambaxxata ippreżentaw għadd ta' employment documents mbagħbsa (forged)? Jekk iva, fejn irriżulta dan? Huwa minnu li ġieli kien hemm każi fejn individwi barranin applikaw għall-visa biex jidħlu Malta f'ċerta ambaxxata fejn ippreżentaw inviti minn kumpanniji Maltin biex iżuru pajjiżna għal taħditiet kummerċjali fejn wara li sar l-istħarriġ neċessarju rriżulta li ma kien jeżisti ebda rbit kummerċjali bejn iż-żewġ naħat?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż Żabbar — Triq Santa Tereża

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-awtorita' għall-immaniġjar tat-traffiku ġietx ikkonsultata biex Triq Santa Tereża, f'Ħaż Żabbar issir no parking, bil-konsegwenza li r-residenti m'għandhomx fejn jipparkjaw?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li d-Direttorat kien approva l-għeluq ta' Triq Santa Tereża, Żabbar għall-ħinijiet ta' l-iskola biss bejn is-7:30-8:30 u 14:00-15:00, bħal ma saru f'ħafna lokalitajiet għar-rigward tas-sigurta' ta' tfal ta' l-iskola. Għar-rigward ta' No Parking li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku ma ta l-ebda approvazzjoni.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Djar/appartamenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm baqa' djar/appartamenti taħt il-kontroll tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jgħid kemm ħarġet fondi għall-kiri jew għall-bejgħ l-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 9,600 post li huma rekwiżizzjonati u madwar 9,000 oħra li huma propjeta’ tal-Gvern. Ninsab infurmat ukoll li bejn is-sena 2000 u 2003, l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet għall-bejgħ, permezz ta’ sitt avviżi separati, 369 maisonette, 10 djar, 633 appartament u 4 cluster houses f’diversi lokalitajiet. Matul l-istess perijodu, l-Awtorita’ għaddiet 177 post lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiġu allokati b’titolu ta’ kera mill-istess Dipartiment.
Leg 10 PQ #4326 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzja — Ħlas ta' sentenza

Question

Jista' il-Ministru jispjega għal liema raġuni għadu ma sarx ħlas abbażi ta' sentenza tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għalkemm din ilha deċiża minn Settembru 2003?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.