Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4156 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Dħul ta' drenaġġ f'residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet u kif tista' tiġi solvuta l-problema tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward id-drenaġġ li ilu dieħel fil-kamra tas-sodda għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ikun iktar opportun jekk l-Onor. Interpellant jirreferi tali Mistoqsija lil Ministru kkonċernat kif rakkomandat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari No.2762.

Problema tad-drenaġġ f'residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar il-problema tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba d-dħul tad-drenaġġ fil-kamra tas-sodda, problema li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferu l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 2090 u 3073.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjoni f'residenza privata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta il-housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se jagħmel spezzjoni fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-fond in kwistjoni mhuwiex taħt ir-responsabilita’ tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Appartament tal-gvern — Stallazzjoni ta' lift fi blokk tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi stallat lift fi blokk tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li hu okkupat minn persuna b'diżabilita' u diversi anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni għal installar ta’ lift fl-entratura indikata mill-Onor. Interpellant. Għalkemm saret applikazzjoni għal installar ta’ lift fl-istess blokk din tirrigwarda entratura differenti minn dik ta’ fejn tgħix il-persuna ndikata.
Leg 10 PQ #4160 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birkirkara — Skola primarja Sir Anthony Mamo

Question

Jista' il-Ministru jgħid wara li ftit ta' żmien ilu żar l-iskola primarja B, Sir Anthony Mamo ta' Birkirkara x'passi se jieħu d-dipatiment biex isir up-grading f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu ippjanat li sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss, ser ikun installat lift f'dawn l-iskejjel. Xogħolijiet oħra għandhom isiru skond dak li jiġi deċiż fil-masterplan għal dawn l-iskejjel.
Leg 10 PQ #4163 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex fl-eżamijiet tas-SEC ma jibqax ikollna biss ir-rata baxxa ta' 2% tas-subien u 9% tal-bniet tal-popolazzjoni ta' form 5 ta' l-area secondaries li jgħaddu mill-Ingliż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-figuri perċentwali ta' studenti tal-Form 5 mill-area secondaries li kisbu ċertifikati tas-SEC bi gradi 1 sa 7 bejn Mejju u Settembru 2003 fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti huma: L-Ingliż 14.4% mis-subien u 31.5% mill-bniet Il-Matematika 20.0% mis-subien u 22.3% mill-bniet Il-Malti 15.0% mis-subien u 28.9% mill-bniet. Biex dawn il-figuri jitjiebu fil-futur, qed ikunu studjati x'passi iridu jittieħdu biex iktar studenti minn dawn l-iskejjel jitħajjru jersqu għall-eżamijiet u biex jitfasslu eżamijiet li jkunu iktar addattati għalihom.
Leg 10 PQ #4164 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex jibdew jgħaddu iżjed studenti mill-eżamijiet tas-SEC tal-Matematika peress li r-rata ta' dawk li jgħaddu fl-area secondaries tlaħħaq madwar 6% biss għas-subien u 9% biss għall-bniet mill-popolazzjoni tagħhom ta' form 5?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4163.
Leg 10 PQ #4165 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex fl-eżamijiet SEC tal-Malti jgħaddu iżjed studenti mill-area secondaries peress li bħalissa qed jgħaddu 4% biss mis-subien u 14% biss mill-bniet mill-popolazzjoni tal-form 5 tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4163.
Leg 10 PQ #4166 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Talbiet għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għall-approvazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija li fil-preżent għandu l-uffiċċju tiegħu? X'nazzjonalita' għandhom dawn il-persuni u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel u x'etajiet għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ngħid li ma tinżammx statistika dwar l-eta` kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #4167 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija? X'nazzjonalita' kellhom u/jew irrinunzjaw għaliha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni barranin li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija fis-snin mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ngħid li dawk il-persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija wara l-10 ta` Frar 2000 jistgħu jibqgħu jżommu ċ-ċittadinanza tagħhom flimkien ma` dik Maltija jekk il-liġi ta` pajjiżhom tippermetti dan.
Leg 10 PQ #4168 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' kompetenti — Każi ta' korruzzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' korruzzjoni li tressqu matul l-2003 quddiem l-awtorita' kompetenti? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ammont ta’ każi li tressqu quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni bejn is-snin 1999 sa 2003 huma dawn:- 1999 - 18 2000 - 13 2001 - 12 2002 - 15 2003 - 3
Leg 10 PQ #4169 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' każi mressqa quddiem il-public service commission?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk dawn il-każijiet m’għadhomx jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi. Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Leg 10 PQ #4170 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li spiċċaw bl-eta' ta' 60 u 61 sena matul is-sena li għaddiet (2003) maċ-ċivil? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fiċ-ċivil li spiċċaw boarded out u /jew tkeċċew mis-servizz u/jew emigraw u/jew telqu, eċċ.? Jista' jinforma lill-Kamra bl-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Il-“Management and Personnel Office” ma jżommx informazzjoni separata ta’ impjegati li jkunu spiċċaw mis-Servizz biex jemigraw. Dawn il-persuni huma nklużi man-numru ta’ dawk li rriżenjaw.
Leg 10 PQ #4223 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta — Sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għadu ma tħallasx is-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta? Tista' tgħid meta se jitħallas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta ser ikunu tħallsu kollha sa' l-aħħar ta' din il-ġimgħa.
Leg 10 PQ #4224 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dipartiment ta' l-agrikoltura - uffiċjali tekniċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali tekniċi fid-dipartiment ta' l-agrikoltura f'Għawdex li jifhmu: a) fiż-żbir tas-siġar; b) fiż-żrigħ tax-xtieli ornamentali; c) fil-kur ta' l-annimali; u d) fix-xogħol tat-taqsima ta' l-ispettorat kemm ta' irziezet kif ukoll tar-raba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-fergħa ta' l-Agrikoltura tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex hemm Principal Agricultural Officer, Veterinary Officer, Senior Veterinary Officer, żewġ (2) Agricultural Officers, Senior Agricultural Foreman, Agricultural Foreman, tlett (3) Assistant Foreman, sitta u ħamsin (56) Gardener u wieħed u għoxrin (21) Farmer li jifhmu f'wieħed jew f'aktar mill-oqsma msemmija.
Leg 10 PQ #4227 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Laqgħat mal-MAM u mal-MUMN — Trasferimenti mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru laqgħat minn wara l-elezzjoni mal-MAM u mal-MUMN dwar it-trasferiment mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid u meta saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed isiru laqgħat biex jiġi finaliżżat il-ftehim settorali kollettiv. Ladarba jiġi finaliżżat dan il-ftehim jibdew it-taħdidiet dwar it-trasferiment lejn Mater Dei.
Leg 10 PQ #4228 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Luqa — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol li kien għaddej fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ix-xogħol fuq l-ewwel fażi ta' estensjoni ta' l-iskola Primarja ta' Ħal Luqa jinsab fi stadju avvanzat. Bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħolijiet ta' finitura fuq l-estensjoni l-ġdida. Huwa ippjanat li l-estensjoni l-ġdida tkun tista' tibda tintuża sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss.

Awtorita' tad-djar — Nutara

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tad-djar għandhiex nutara mpjegati magħha u fil-każ li iva, min huma? Jekk le, x'inhi r-raġuni li diversi persuni li kkwalifikaw biex jakkwistaw proprjeta' mmobbli mingħand l-awtorita' qed jiġu mistoqsija jekk iridu jużaw is-servizzi "tan-nutara tagħna" għall-kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar għandha żewġ nutara mpjegati magħha b’kuntratt għal tlett snin liema ngaġġ sar wara sejħa pubblika. Dawn huma Dr Angele Rapa u Dr Tania Farrugia.
Leg 10 PQ #4241 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — Ġuri ta' Meinrad Calleja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija u pulizija fuq xogħol fil-qorti waqt il-ġuri ta' Meinrad Calleja? X'kien jinvolvi x-xogħol tagħhom? X'kienet l-ispiża relattiva?

Response (BORG, TONIO)

Mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta` sigurta` li jittieħdu mill-Awtoritajiet meta u fejn ikun meħtieġ.

Djar — fond proprjeta' tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond proprjeta' tal-gvern li d-detalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex allokat legalment jew inkella ġiex żgassat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat huwa okkupat mill-kerrej legali. Dan ġie allokat il-post fl-1997.