Jista' il-Ministru jgħid kemm kellna studenti tal-mediċina min-Norveġja fl-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm ħallas kull student ta' kull sena akkademika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' studenti tal-mediċina min-Norveġja f'dawn l-aħħar ħames snin, kif ukoll kemm ħallas kull student, huwa indikat hawn taħt:
Sena Akkademika Numru ta' Studenti Total ta' kull student
Norveġiżi Lm
1999/2000 13 10,000
2000/2001 10 6,000
2001/2002 9 6,000
2002/2003 6 6,000
2003/2004 3 6,000
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk matul Jannar 2004 bdietx topera f'pajjiżna kumpannija Ġermaniża ta' l-elettronika?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-perjodu imsemmi, ġiet reġistrata kumpannija waħda b'shareholding Ġermaniż li fost attiviatjiet oħra twettaq xogħol ta' elettronika.
Jistgħu jittieħdu passi biex ma jkunx hemm residenti ta' l-Imdina li jqaxxru u joborxu il-faċċati tal-bini tagħhom għax hekk qed iħassru l-ġebla u din se titmermer iżjed malajr u titħassar id-dehra tal-belt antika?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina jiġi mitlub permess biex isir xogħol bħal dan qatt ma jkun favorevoli. Infakkar ukoll li l-Kumitat għandu skema ta' għajnuna għal min irid jirrestawra l-faċċati ta' bini fl-Imdina. Iżda l-permessi għal xogħol bħal dan joħorġu mill-MEPA.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni rċevewx ilmenti dwar problemi eżistenti fl-iskola Lorenzo Gafa' ta' Bormla? Jekk iva, jista' jgħid x'kienu dawn l-ilmenti u x'passi ttieħdu? Jekk le, jista' il-Ministru jinvestiga x'inhu jiġri f'din l-iskola minħabba li rċevejt numru ta' lmenti dwar diversi problemi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li xi studenti minn din l-iskola li dwarhom waslu dawn l-ilmenti qegħdin jingħataw attenzjoni speċjali biex il-problemi tagħhom ikunu solvuti kemm għall-ġid tagħhom stess kif ukoll għall-andament aħjar ta' l-iskola.
Din l-iskola barra l-'complement' normali ta' għalliema, skond il-popolazzjoni tagħha, ingħatat sitt (6) 'midday-break' supervisors aktar milli hi intitolata għalihom, intbagħtet għalliema żejda biex tgħin lill-istudenti l-aktar fil-qasam ttal-letteratura u ntbagħat ukoll Assistent Kap aktar milli hi intitolata l-iskola.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitx mid-Dipartimenti kollha, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għall-liema perjodu qed jirreferi u wara nara jekk hiex utli li jinħela żmien biex tinġabar l-informazzjoni li tkun mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngharraf lill-Onorevoli interpellant li qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq lil-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar safar mill-membri tal-Bord tal-Koperattivi matul is-sena 2003? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' fejn sar is-safar u kif ukoll jagħti rendikont ta' kemm swiet kull safra? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm swiet l-akkomodazzjoni għal kull safra u kif ukoll jagħti rendikont ta' x'tip ta lukandi ntużaw jiġifieri jekk intużawx lukandi ta 5 stilel, 4 stilel jew 3 stilel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul l-2003 kien hemm żewġ safriet uffiċjali mill-membri tal-Bord tal-Koperattivi, waħda għal Berlin li qamet b’kollox Lm376.06, u l-oħra għal Brussels li qamet b’kollox Lm395.30.
Fiż-żewġ okkażjonijiet id-delegazzjonijiet kienu akkomodati f’lukanda four star.
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-darba siefer iċ-chairman il-ġdid tal-bord tal-koperattivi minn kemm ilu li nħatar? Jista' ukoll jagħti rendikont ta' x'tip ta' lukandi ntużaw (jiġifieri jekk hux lukandi ta' 5 stilel, 4 stilel jew 3 stilel) u kif ukoll kemm swiet l-akkomodazzjoni għal kull safra li għamel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Aġent Chairperson tal-Bord tal-Koperattivi siefer darba biss minn kemm ilu f’din il-kariga.
Infurmat ukoll li l-lukanda li qagħad fiha hi l-istess waħda li tintuża regolarment mid-delegazzjonijiet uffiċjali li jattendu laqgħat f’Brussels. L-ispejjeż għall-akkomodazzjoni għal din is-safra kienu Lm146.
International relations division — Lease agreement
Question
Huwa minnu li l-ambaxxata tagħna f'The Hague għadha kif ġiet mgħarrfa mis-CEO tal-Malta tourism authority li dawn mhumiex beħsiebhom iġeddu l-lease agreement għall-international relations division tagħhom li skada fi tmiem is-sena li għaddiet?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma illi s-CEO tal-Malta Tourism Authority (MTA) informa lill-Ambaxxata tagħna f'The Hague li l-istess MTA ma kenitx se ġġedded l-arranġament li kien sar għall-perijodu ta' sena b'effett mill-1 ta' Jannar 2003, li tagħmel użu minn kamra fl-Ambaxxata, wara l-iskadenza ta' din is-sena u cioe' wara il-31 ta' Diċembru 2003.
Huwa minnu li minħabba ż-żmien limitat tal-protokoll Taljan il-Gvern Malti qed ibassar li jista' ikun hemm diffikultajiet fl-implimentazzjoni u fl-esekuzzjoni tat-13-il proġett koperti mill-ftehim? X'qed isir biex dawn il-proġetti jieħdu l-benefiċċju massimu tal-ftehim milħuq ma' l-awtoritajiet Taljani?
Response (BORG, JOE)
Wara d-dħul tiegħu fis-seħħ aktar kmieni ix-xahar li għadda, il-Ħames Protokoll Finanzjarju issa daħal fil-fażi ta' implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fl-istess Protokoll. Peress li l-ammont ta' fondi huwa konsiderevoli, Malta qed tagħmel dak kollu neċessarju ħalli dawn il-fondi jiġu assorbiti fit-terminu taż-żmien illi fih il-Protokoll ikun qed jiddekorri sabiex jittieħed il-benefiċċju massimu mill-ftehim milħuq ma' l-awtoritajiet Taljani.
Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea — Ċelebrazzjonijiet
Question
Huwa minnu li uffiċjali ta' l-ambaxxata Maltija f'Ruma taw briefing lill-ambaxxati tal-Unjoni Ewropea akkreditati lil Malta u li huma bbażati f'Ruma dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li Malta beħsiebha torganizza in konnessjoni mas-sħubija prospettiva ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea b'seħħ minn Mejju li ġej?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma li sar briefing lill-Cultural Attaches fl-ambaxxati tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u ta' dawk li ser jissieħbu fl-1 ta' Mejju 2004, li huma akkreditati għal Malta minn Ruma, li fih ġie spjegat l-invit maħruġ minn Malta għall- parteċipazzjoni da parti ta' pajjiżhom fiċ-ċelebrazzjonijiet Maltin in konnessjoni mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Huwa minnu li n-naħa Iżraelita għamlet lobbying mal-Gvern Malti biex ikun hemm aktar appoġġ għall-Iżrael fil-voting sessions tal-Ġnus Magħquda?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern Iżraeljan, bħal kull pajjiż membru ieħor tal-Ġnus Magħquda, jagħmel lobbying biex iwassal il-pożizzjoni tiegħu fuq dawk l-issues li jikkonċernawh l-aktar mill-viċin. Waqt li l-Gvern Malti dejjem jieħu in konsiderazzjoni l-lobbying kollu li jsir f'dan ir-rigward, il-pożizzjonijiet finali li jieħu fil-voting sessions fuq il-kwistjoni Palestinjana jibqgħu bbażati fuq il-politika tiegħu ta' appoġġ għad-drittijiet tal-poplu Palestinjan fl-isfond ta' soluzzjoni ibbażata fuq l-eżistenza ta' żewġ Stati indipendenti - Iżrael u l-Palestina - li jgħixu flimkien fis-sliem u s-sigurta. Dan ġara wkoll matul is-sessjoni li għaddiet ta' l-Assemblea Ġenerali.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk mill-istħarriġ li għamlet l-ambaxxata Maltija f'Washington irriżultax jew le li l-emendi riċenti Amerikani għall-Internal revenue code jistgħux ikollhom konsegwenzi negattivi fuq l-industrija marittima Maltija?
Response (BORG, JOE)
Ninsab infurmat li s'issa l-pożizzjoni ta' Malta għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-emendi msemmija hija l-istess bħal dik ta' pajjiżi oħra li għandhom reġistru marittimu bħal tagħna (Ċipru, Panama, Liberia, Marshall Islands, Bahamas etc.) u li bħalna għandhom sehem kbir f'dan il-qasam marittimu. Nixtieq nżid li s-sitwazzjoni qed tiġu studjata kemm mill-awtoritajiet Amerikani kif ukoll mill-Awtorita' Marittima Maltija. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2672.
Chemical weapons convention — Workshop/seminar tal-OPCW
Question
Huwa minnu li fil-ġejjieni qarib Malta se tospita workshop/seminar tal-OPCW dwar l-universatilita' tal-Chemical weapons convention? Jekk iva, min se jħallas għal din il-konferenza?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma illi fil-ġejjieni qarib, Malta se tospita Workshop tal-OPCW dwar l-universatilita' tal-Chemical Weapons Convention, wara proposta li saret mis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW sabiex dan il-Workshop isir f'Malta. Għal dan il-Workshop se jattendu bejn 30 u 35 rappreżentant minn pajjiżi tal-Mediterran, l-Asja, l-Afrika flimkien ma' uffiċċjali tal-OPCW.
Il-Gvern Malti se joħroġ parti żgħira mill-ispejjeż ta' dan il-Workshop. L-OPCW se tkopri l-ispejjeż kollha għall-akkomodazzjoni, ikel u allowances tal-parteċipanti, għal servizzi ta' interpretazzjoni waqt il-Workshop u għal riċeviment u xi servizzi oħra konnessi mal-Workshop.