B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4403, jista' il-Ministru jagħti d-dettalji mitluba fuq il-casual clerks?
Response (GALEA, LOUIS)
Inflormat li r-riżultat u l-ordni tal-meritu tas-Sejħiet għall-Applikazzjonijiet maħruġa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għall-impieg ta' Part-Time Clerks fl-iskejjel ta' l-Istat u li ġew ippublikati s-sena l-oħra, kellhom jibqgħu validi sa sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat finali.
Għalkemm l-impieg ta' part-time clerks fl-iskejjel ta' l-Istat hu ta' natura temporanja għax hu każwali, l-impieg ma jintemmx għeluq is-sena.
Ir-riżultat u l-ordni tal-meritu ta' l-aħħar Sejħa għall-Applikazzjoni għall-ingaġġ tal-Casual Substitute Clerks u liema sejħa kienet ippublikata fit-18 ta' Ottubru 2002, jibqa' validu sa sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat finali, it-28 ta' Jannar 2003.
Il-Casual Substitute Clerks huma impjegati biex jissosstitwixxu flok Clerk li tkun/ikun barra mix-xogħol b'leave fit-tul, bħal per eżempju fuq parental leave. Meta dan ta' l-aħħar jidħol lura għax-xogħol, l-impieg tal-Casual Substitute Clerk li kien qed jissosstitwixxieh jiġi mitmum.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4351, jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA hux se tieħu passi mmedjati biex dawn il-kmamar illegali ġodda jitwaqqgħu? Jista' jgħid meta dan se jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet minn-naħa ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma waqfux hemm u issa ġie stabbilit min huma it-tlett persuni responsabbli minn dan l-iżvilupp illegali. Fill-fatt inħarġu tlett Avviżi Biex Tieqaf u tat-Twettieq kontra l-persuni f' isimhom proprju (ECFs 104/04, 105/04, 140/04). Dawn ingħataw 16 il-ġurnata żmien sabiex ineħħu l-iżvilupp illegali u jreġġgħu is-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu skond il-liġi.
Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4114 li tirrigwarda l-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tajt struzzjoni lid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex jivverifika l-kontribuzzjonijiet ta’ l-anzjani miġbura fis-sena 2002, u l-ammonti mgħoddija lill-Welfare Committee.
L-Onor. Interpellant japprezza li tali jinvolvi eżerċizzju ta’ verifika ta’ ‘l fuq minn l,600 każ u għalhekk hu mistenni li tieħu ċertu żmien.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika, kemm kien il-ħlas li l-gvern ta fi stipendji lill-istudenti tas-sixth form ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament? Dawn jinkludu wkoll l-istudenti li qed jattendu l-MCAST?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammonti li tħallsu fi stipendju dovuti għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003 fi stipendji fis-settur Post-Sekondarju kienu dawn:
Skejjel ta' l-Istat Lm427,779.87
MCAST Lm179,726.43
Skejjel tal-Knisja Lm 69,502.32
Skola Privata Lm 6,968.97
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li tnaqqas lill-istudenti tas-sixth form u tal-MCAST fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika għaliex ma attendewx regolarment? Kemm kien in-numru ta’ studenti nvoluti u kemm kien mis-sixth forms tal-gvern, tal-Knisja u privati separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-flus imnaqqsa minn stipendji ta' l-istudenti minħabba assenza mill-iskola u n-numru ta' studenti li tnaqqsilhom l-istipendju għal dan l-istess skop huma kif ġej:
Skejjel ta' l-Istat Lm14,158.64 tnaqqsu lil 737 student
MCAST Lm12,423.03 tnaqqsu lil 1,159 student
Skejjel tal-Knisja Lm 172.66 tnaqqsu lil 76 student
Skola Privata Lm 87.03 tnaqqsu lil 29 student
Jista’ il-Ministru jgħid wara l-ewwel term ta' din is-sena skolastika u sa l-aħħar ta' Jannar 2004, kemm kien hemm studenti li kienu jattendu s-sixth form ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati u issa ma komplewx bil-kors? Jista’ jagħti l-figuri għall-iskejjel separatament? Kemm kienu qed jattendu għall-ewwel sena u kemm għat-tieni sena? Kemm kienu tfajliet?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li qed jattendu s-sixth forms ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati li huma ta' nazzjonalita` barranija? Minn liema pajjiż huma? Jista’ jagħti l-figuri għall-iskejjel separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista’ il-Ministru jgħid xi pjani hemm biex isir tibdil fl-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC? X' konsultazzjonijiet qed isiru jew saru, skond il-każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser jinħatar core group biex imexxi evalwazzjoni ta' l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC. Din l-evalwazzjoni ser tinvolvi l-għalliema, il-ġenituri, l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla u l-employers. L-evalwazzjoni għandha twassal għat-tibdil meħtieġ biex ikollna sistema ta' eżamijiet aħjar.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti barranin li bħalissa qed jattendu skejjel primarji u sekondarji separatament? Kemm huma bniet? Kemm qed jattendu fi skejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u privati? Kemm minnhom huma minn pajjiżi li huma diġa` membri jew se jsiru membri ta’ l-EU fl-1 ta' Mejju? Ta' liema nazzjonalita` huma l-oħrajn?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-iskejjel, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid u jikkonferma jekk il-persuna ndikata separatament kienx investigat mill-awtoritajiet matul dawn l-aħħar 12-il xahar fuq kuntrabandu u każ simili ta' żejt u dan fejn hemm involuti wkoll Cassar Shipyards?
Response (GATT, AUSTIN)
Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindika min huma l-'awtoritajiet' li għalihom qed jirreferi biex inkun nista nagħmel l-investigazzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien ir-revenue ġenerat mil-lottery and gaming authority matul is-snin 2001, 2002 u 2003?
Jista' jgħid x'kien ir-revenue ġenerat mill-casinos matul is-snin 2001, 2002 u 2003?
Jista' jgħid x'kien ir-revenue ġenerat mil-lottu pubbliku matul is-snin 2001, 2002 u 2003?
X'kien, jekk kien hemm, il-kontribut ta' l-entitajiet imsemmija lill-fond konsolidat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-revenue ġenerat mill-casinos u mill-Lottu Pubbliku matul is-snin 2001, 2002 u 2003 u li għadda fil-fond konsolidat kien kif hu indikat hawn taħt:
2001
2002
2003
LM
LM
LM
Casinos
2,620,876
3,354,818
3,658,938
Lottu Pubbliku
7,065,704
6,495,986
7,159,272
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-forecast tas-sena d-dieħla mill-Bank Ċentrali huwa biss ta' Lm17 miljun, mentri s-sena l-oħra kien ta' Lm20 miljun?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tnaqqis fil-profitti tal-Bank Ċentrali matul l-2003 jirriżulta primarjament miż-żieda qawwija li kien hemm fil-likwidita’ fis-suq tal-flus lokali matul din is-sena li ħtieġet illi l-Bank jassorbixxi ammont ferm akbar ta’ depożiti minn għand il-banek lokali permezz ta’ l-operazzjonijiet monetarji tiegħu ta’ kull ġimgħa. Dan irriżultalu f’żieda sostanzjali ta’ l-ispiża fuq imgħaxijiet li tħallsu lill-banek lokali u li kellha effett dirett fuq il-profitti finali.
Min-naħa tad-dħul kien hemm nuqqas sostanzjali fir-rati ta’ l-imgħaxijiet fis-swieq internazzjonali illi nnewtralizza l-effett pożittiv taż-żieda fir-riservi barranin.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki rikjesti sabiex persuna tattendi l-kors tal-liġi? Senjatament, jista' jgħid jekk għadx hemm bżonn l-A level tal-Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li biex ikun irreġistrat fil-kors, kandidat għandu, barra li jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul ta' l-Universita', jgħaddi f'żewġ suġġetti fil-Livell Avvanzat bi grad Ċ jew aħjar magħżula mill-Gruppi 1, 2, 3 jew fil-Computing/Information Technology (Grupp 4) ta' l-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola.
Subject Groups (Matriculation Certificate)
An examination will be offered in each of the subjects as grouped below:
Group 1: Maltese, Arabic, English, French, German*, Greek, Italian, Latin, Russian*, Spanish*
Group 2: Accounting, Economics, Geography, History, Marketing, Philosphy, Religius Knowledge, Sociology
Group 3: Applied Mathematics (Mechanics), biology, Chemistry, Environmental Science**, Physics, Pure Mathematics
Group 4: Art, Computing, Engineering Drawing, Graphical Communication, Home Economics and Human Ecology*, Information Technology, Music
* offered at advanced Level only
** offered at Intermediate Level only.
Jisa' il-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-liġi mhux se jibqa' iwassal għal LL.D. imma għal LL.B.?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidher li l-Onor. Membru m'huwiex informat sew. Ġejt informat li l-kors tal-liġi maqsum fi tnejn: wara l-ewwel tlett snin l-istudenti jiggradwaw bi grad ta' Baċellerat - B.A. Legal Studies and Humanistic Studies. L-istudenti li daħlu din is-sena ser jiggradwaw Bachelor of Laws - LL.B.
Wara l-ewwel grad l-istudenti jgħaddu għal tlett snin studju oħra - wara l-ewwel sena jieħdu id-Diploma Nutarili u fl-aħħar tal-kors jiggradwaw LL.D.
B'riferenza għall-estimi finanzjarji għas-sena 2004, paġna 120, minn fejn jirriżulta li l-forecast għal din is-sena konċernanti dħul mil-lotteriji huwa ta' Lm24,700,000. Jista' il-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' din il-figura?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minbarra l-fatt li mistenni jiġi ripetut l-istess livell ta' dħul ta' l-2003, ta' 'l fuq minn Lm12-il miljun, mistennija:
Lm8 miljuni mil-liċenzja li ngħatat din il-gimgħa lill-operatur il-ġdid tal-lotteriji;
Lm1.5 miljuni dħul aktar minn sorsi eżistenti, inklużi l-Betting Offices Operations u Casino Charges (paragunat ma' l-istess livell ta' żieda fid-dħul bejn l-2002 u l-2003); u
Lm3 miljuni minn attivitajiet ġodda li sa issa ma kienux qed jiġu indirizzati.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-forecast mill-VAT għas-sena 2004 huwa biss ta' Lm140.53 miljun, ossia żieda ta' Lm9.5 miljun fuq il-forecast tas-sena l-oħra? Japprezza l-Ministru li jekk l-ekonomija tibqa' kif inhi u nżidu l-introjtu bi 3% (żieda fil-VAT għal 18%) l-introjtu għandu jkun ta' Lm156 miljun? Għaliex il-forecast huwa ta' Lm16 miljun inqas?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żieda ta' 3% fil-VAT tibda tiġi riflessa fid-dħul tad-Dipartiment bejn wieħed u ieħor mid-denunzja li l-perjodu tagħha jagħlaq fil-31 ta' Jannar u li allura għandha tintbagħat sal-15 ta' Marzu 2004.
Barra minn hekk, bħalma għidt bosta drabi, u spjegajt fid-diskors tal-Budget, mill-1 ta' Mejju 2004, il-VAT fuq oġġetti mixtrija minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja mhux se tibqa titħallas fid-Dwana iżda meta jinbiegħu l-oġġetti lill-konsumatur f'Malta. Għalhekk ser ikun hemm ittardjar ta' ħlas bil-Vat fis-sena 2004, li parti minnha tinġabar u tgħaddi lid-Dipartiment fis-sena ta' wara.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn liema lokalitajiet ġew l-applikanti li ġew mogħtija post tal-gvern mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fl-1998, fl-1999, fl-2000, fl-2001, fl-2002 sa l-2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Awtorita' tad-djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-awtorita' tad-djar ma għamlet assolutament xejn biex tgħin lill-mara anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u għaddiet kollox lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jgħid jekk huwiex possibbli li jieħu dan il-każ f'idejh minħabba s-sitwazzjoni prekarja li din il-mara qed tgħix fiha u minħabba li l-każ huwa umanitarju ħafna fejn sabet ukoll nuqqas ta' għajnuna mil-Aċċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-1999, l-anzjana li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tagħmel xogħolijiet ta’ rranġar u titjib fid-dar taħt Skema 5. L-Awtorita’ ipproċessat l-applikazzjoni u waqt li nfurmat lill-anzjana bis-somma approvata talbitha tersaq biex tiffirma l-fethim meħtieġ.
Minkejja li ntbagħtu sitt ittri u saru diversi tentattivi mill-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ biex jikkuntattjaw lill-anzjana bit-telephone biex tiffirma l-ftehim, dan kien kollu għalxejn. Wara ħafna żmien il-persuna konċernata marret l-Awtorita’ u nfurmathom li ma kienetx aktar interessata fl-applikazzjoni.
Żmien twil wara, il-każ ta’ din il-persuna ġie riferut lill-Awtorita’ minn Social Worker ta’ l-Aġenzija Appoġġ u l-Awtorita’ għamel spezzjoni tal-post bil-ħsieb li tittratta l-każ taħt l-iskema tal-Care and Repair. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li x-xogħolijiet meħtieġa kien ser jinvolvu spiża ta’ aktar minn Lm4,300. Peress li l-ammont massimu li jista’ jingħata taħt l-iskema tal-Care and Repair hu ta’ Lm3,500 u l-fatt li din il-persuna kienet tgħix f’post mikri mingħand il-privat, il-Bord ta’ l-Awtorita’ ħass li jkun aktar għaqli li din il-persuna tingħata post alternattiv milli jsiru x-xogħolijiet fil-post fejn tgħix. Kien għalhekk li l-Awtorita’ rreferiet il-każ lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn din il-persuna għandha applikazzjoni pendenti li qed tiġi kkunsidrata ma’ oħrajn simili.
Minn dan li għidt altru li ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar ma għamlet assolutament xejn biex tgħin lil din il-persuna jew li din kellha nuqqas ta’ għajnuna mill-Aġenzija Appoġġ.
Jista' il-Ministru jagħti stima ta' l-infiq fuq l-isptar Mater Dei u jaqsam din l-istima, settur b'settur, bħall-bini, servizzi ta' l-ilma, servizzi tad-dawl, għamara, apparat mediku, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.