Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4265 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti tal-mediċina min-Norveġja — Universita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk wara l-1 ta' Mejju 2004 meta pajjiżna jidħol ukoll fl-Arena Ekonomika Ewropea l-Universita' hix se tkun tista' tibqa tiċċarġja Lm10,000 fis-sena lill-studenti tal-mediċina minn Norveġja biex isegwu korsijiet magħha? Kemm se tiċċarġjhom tal-kors tal-mediċina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara l-1 ta' Mejju 2004, meta Malta tidħol bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, l-istudenti tal-mediċina minn Norveġja xorta jibqgħu jiġu mitluba jħallsu l-miżati ta' Lm6,000 fis-sena bħal issa.
Leg 10 PQ #4266 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti barranin

Question

Bħalissa fl-Universita' ta' Malta kemm hemm studenti minn xi pajiż tal-Unjoni Ewropea jew se jkun membru wara l-1 ta' Mejju 2004 li qed iħallsu biex jattendu kors? Kemm qed iħallsu? Kemm se jibdew iħallsu wara Mejju 2004?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena akkademika 2003/04 hemm 72 student minn xi pajjiż ta' l-Unjoni Ewropeja jew minn pajjiż li se jkun membru wara l-1 ta' Mejju 2004. Minn wara Mejju 2004, studenti mill-Unjoni Ewropeja se jidħlu taħt l-istess skema bħal dik li jaqgħu taħtha studenti Maltin. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda dwar ħlas li jsir minn studenti barranin li jattendu l-Universita'.
Leg 10 PQ #4267 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Bħalissa fl-Universita' ta' Malta kemm hemm studenti minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea jsegwu xi kors? Kemm qed iħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena akkademika 2003/04 hemm 553 student minn xi pajjiż minn barra l-Unjoni Ewropeja. Il-ħlas li jsir minn studenti barranin li jattendu l-Universita' huwa indikat fit-tagħrif li ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ta’ min igħid li s-safar kollu kien awtorizzat mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru. Dawk l-uffiċjali mill-Ministeru, jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu li siefru first class jew club class huma indikati fit-tabella.

Ministeru għat-Trasport — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna s-safar ta' l-uffiċjali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #4293 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista l-Onor Interpellant jindika għal liema perjodu qiegħed jirriferi.
Leg 10 PQ #4321 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Voting sessions

Question

Huwa minnu li waqt ċerti voting sessions fil-GM Malta ipprovat tagħmel lobbying biex ikun hemm astensjonijiet dwar issues jaħarqu dwar il-kwestjoni Palestinjana iżda fejn fl-aħħar pajjiżna kellu jċedi l-pożizzjoni tiegħu minħabba s-sħubija prospettiva tagħna fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Bħala pajjiż li se jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, Malta ħadet sehem sħiħ fid-diskussjonijiet kolllha li kellhom l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea matul l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Fuq kwistjonijiet li kellhom x'jaqsmu mal-Palestina, Malta dejjem imxiet skond il-politika tagħha t'appoġġ għall-aspirazzjoni tal-poplu Palestinjan fi sfond ta' soluzzjoni ibbażata fuq l-eżistenza ta' żewġ stati indipendenti. Id-diskussjonijiet li saru fi ħdan l-Unjoni fuq dawn l-aspetti kienu kollha mmirati biex jintlaħaq dan il-għan, u l-pożizzjonijiet finali li ttieħdu fuq ir-riżoluzzjonijiet adottati jirriflettu dan.
Leg 10 PQ #4322 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Associate membership status mal-OECD

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex ħsieb li tikseb associate membership status mal-OECD? Jekk le, fuq liema livell beħsiebna niżviluppaw ir-relazzjonijiet futuri tagħna ma' din l-organizzazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Inbeda proċess ta' konsultazzjonijiet mal-OECD kif ukoll ma' xi pajjiżi membri ta' l-OECD dwar il-possibilita' li Malta tissieħeb ma' din l-organiżżazzjoni fuq bażi ta' associate membership status. Pero' għadu prematur biex wieħed jindika ir-riżultat eventwali ta' dan il-proċess.
Leg 10 PQ #4344 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministru li skond mistoqsija parlamentari 4273 dwar mobile phones, l-ambaxxatur Malti f'Parigi nefaq aktar mill-ambaxxatur għall-Unjoni Ewropea li għandu work load ferm aktar sostanzjali?

Response (BORG, JOE)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, kull Ambaxxata tiffunzjona f'ċirkostanzi differenti waħda minn oħra, fl-isfond tas-sitwazzjoni fil-pajjiż konċernat, kemm għal dak li hu interkambju mal-pajjiż innifsu kif ukoll meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni ir-riżorsi umani u materjali ta' l-Ambaxxata. Għalhekk wieħed ma jistax b'mod sempliċistiku jikkompara l-infieq ta' Ambaxxata ma' oħra fuq bażi ta' kriterju wieħed. Per eżempju, minbarra li hi akkreditata għall-Franza, l-Ambaxxata f'Pariġi hi akkreditata ukoll għall-Portugal u għall-Andorra. Apparti dan, it-tariffi telefoniċi jvarjaw bejn pajjiż u ieħor. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li kull Ambaxxata tagħmel ħilitha sabiex tnaqqas l-ispejjeż tagħha, u sabiex taħdem fil-limiti ta' l-allokazzjoni finanzjarja annwali tagħha. F'dan l-isfond, ta' min niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li fl-2003 l-Ambaxxata ta' Malta f'Pariġi irnexxielha tagħmel 'savings' ta' LM880 fil-vot tagħha allokat għall-utilitajiet (jiġifieri telefonati, dawl u ilma).
Leg 10 PQ #4352 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu ta' computers

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4256 cioe' il-Gvern Malti ħa nota tal-konklużjonijiet tar-rapport tal-OECD dwar l-użu tal-computers fl-iskejjel fejn wasal għall-konklużjoni li għalkemm f'dawn l-aħħar snin infirex l-użu sew tal-information and communications technologies (ICT) fl-iskejjel ewlenin fl-aktar pajjiżi avvanzati tal-OECD xorta waħda għadu diżappuntanti l-mod li bih dawn il-computers qed jiġu wżati fuq bażi ta' day to day l-aktar fl-upper secondary schools? Fil-każ ta' l-upper secondary schools Maltin, ġew identifikati xi barriers strutturali għall-avvanzi meħtieġa? Meta għamel l-assessment tiegħu il-gvern ħa nota tax-scheduling tal-ħinijiet ta' l-għalliema, il-class room organisation kif ukoll l-iżvilupp professjonali ta' l-għalliema? X'inhu l-persentaġġ ta' l-istudenti li jattendu skejjel fejn hemm biżżejjed workstations għal kull għalliem? Għadu jeżisti shortage ta' computers għall-istudenti? Fl-applikazzjoni tal-computers fl-iskejjel upper secondary dawn qed jintużaw l-aktar bħala sors addizzjonali ta' taħriġ jew biex jippermettu lill-istudenti li jaħdmu bil-pass normali tagħhom? X'inhu l-persentaġġ ta' għalliema li jużaw standard computer applications?

Response (GALEA, LOUIS)

Nispera li l-Onor. Membru qed jirreferi għad-dokument maħruġ mid-Directorate of Education ta' l-OECD intitolat 'Disappointing Use of ICT in Upper Secondary Schools' maħruġ fi Frar 2004. F'dan id-dokument sar studju fuq erbatax-il pajjiż (li ma jinkludix Malta). Iż-żewġ ċentri tat-tagħlim li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta-Teknoloġija huma Giovanni Curmi, Higher Secondary School, Naxxar u Mikiel Anġ Refalo, Centre for Further Studies - Post Secondary Complex, Rabat, Għawdex. Dawn l-iskejjel huma attrezzati b'laboratorji b'computers ġodda għall-użu ta' l-istudenti u ta' l-għalliema. F'dawn iċ-ċentri qed jiġi mgħallem il-Computer Studies SEC u MATSEC, kif ukoll il-European Computer Driving Licence (ECDL). L-għalliema kollha għandhom l-opportunita' li jużaw il-computers għat-tagħlim fis-suġġett partikolari tagħhom. Il-korsijiet li huma provduti għall-għalliema tal-Primarja u Sekondarja huma provduti ukoll għall-għalliema tal-Post Sekondarja.
Leg 10 PQ #4404 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missjoni militari Taljana f'Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti ħjiel tal-qafas tal-proposti li ġew sottomessi min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani dwar ir-ristrutturar propost dwar il-ħidma tal-missjoni militari Taljana f'Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar xahrejn kienu qegħdin isiru taħdidiet bejn Malta u l-Italja dwar il-ħidma tal-Missjoni Militari Taljani f’Malta. It-taħdidiet għadhom għaddejjin.
Leg 10 PQ #4405 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kunsill ta' l-Ewropa — Rapport dwar Malta tal-commissioner for human rights

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li qabel ma ġie ffinalizzat ir-rapport dwar Malta tal-commissioner for human rights tal-kunsill ta' l-Ewropa saru kuntatti ma' l-awtoritajiet Maltin dwar l-abbozz tar-rapport qabel tħejja r-rapport finali? Jikkonferma li qabel ġie ffinalizzat ir-rapport saret laqgħa ta' l-ambaxxatur ta' Malta għall-kunsill ta' l-Ewropa mal-kummissarju konċernat?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li qabel ma ġie ffinaliżżat ir-rapport dwar Malta mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa saru kuntatti ma' l-awtoritajiet Maltin tramite l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin. Dan il-proċess huwa skond pratika addotata mill-Kunsill ta' l-Ewropa. Nikkonferma ukoll illi saret laqgħa bejn l-Ambaxxatur ta' Malta għall-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem qabel ma ġie ffinaliżżat ir-rapport, sabiex jkun hemm il-possibilta li jiġu irrangati xi ineżattezzi fattwali li jist jkollu r-rapport. Dan huwa peress li jsir dejjem fil-preparament ta' kull rapport u mhux biss fir-rigward ta' Malta.
Leg 10 PQ #4419 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' overdose

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkonfermati lill-pulizija każi ta' overdose matul din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Diċembru 2003 u l-14 ta` Frar 2004 ġew irrapurtati lill-Pulizija seba` każijiet ta` mwiet b`suspett ta` overdose. Tnejn minnhom sussegwentement ġew esklużi li kien riżultat ta` abbuż ta` droga, filwaqt li f`każ ieħor sa issa mit-test tossikoloġiku ġiet eskluża l-preżenza ta` droga, iżda qed isiru testijiet oħra. Fl-erba` każijiet l-oħra, il-każ jindika suspett qawwi ta` abbuż ta` droga.

Ħaż Żabbar Triq Santa Tereża

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 4323, jista' il-Ministru ġentilment jinformani x'passi ħa jew se jieħu d-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku ladarba din it-triq saret no parking mingħajr l-approvazzjoni ta' l-istess direttorat? Jaħseb il-Ministru li d-direttorat għandu obbligu li jieħu passi f'każijiet bħal dawn għax hu inaċċettabbli li ċerti kunsilli lokali saru jiddeċiedu huma fejn jagħmlu one way jew fejn issir no parking? Jista' jinformani x'passi qed jieħu d-direttorat f'dan il-każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta għamlitha ċara kemm il-darba kemm ma' Kunsill Lokali individwali kif ukoll ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali li kull miżura li tittieħed minn Kunsilli fir-rigward ta' immaniġjar tat-traffiku jrid ikun hemm l-approvazzjoni ta' l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta. Id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku ser jieħu l-passi meħtiega biex jitneħħa n-no parking li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.

Tiġrijiet tar-regatta — Tqassim ta' VIP tags

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura ta' kif jitqassmu VIP tags waqt it-tiġrijiet tar-regatta li jsiru f'Marzu u Settembru? Jista' jgħid ukoll min hu responsabbli għat-tqassim ta' dawn it-tags?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li parti sostanzjali mit-tags tar-Regatta jiġu mqassma mill-Għaqda Regatta Nazzjonali. Il-bqija jitqassmu mill-Kumitat Festi Nazzjonali. Huma jgħaddu dawn it-tags lill-kull distrett li qiegħed jipparteċipa fir-Regatta. Dawn min-naħa tagħhom iqassmu lid-delegati, uffiċjali u qaddiefa. Jingħataw VIP tags ukoll lill-media lokali, VIP’s li jikkonsistu f’ġurnalisti barranin, nies distinti oħra bħal Sindki, kunsilliera, membri parlamentari, membri ta’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali, il-Kumitat Festi Nazzjonali, membri ta’ Kunsill Malti għall-Isport, membri ta’ Kunsill Malti għall-Kultura u Arti kif ukoll membri tal-ġurija, Il-proċedura hija stabbilita kull sena u talbiet ġodda wkoll jiġu kkunsidrati.

Tiġrijiet tar-regatta — Dope testing lill-qaddiefa

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn din is-sena ma kienx hemm ippjanat li jsir dope testing fuq il-qaddiefa tar-regatta, liema testijiet ilhom isiru għal ħafna snin? Jista' jgħid jekk ingħatatx informazzjoni lill-qaddiefa (kollha jew uħud minnhom) li ma kienx se jsir dan it-test?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li r-regolamenti tar-Regatta jiġu maħruġa mill-Kumitat Festi Nazzjonali. Dawn ilhom is-snin li stabbilew il-fatt illi l-qaddiefa jkunu suġġetti għad-doping tests. Dan it-test isir jekk, meta u x'ħin jiddeċiedi l-Kumitat Festi Nazzjonali u mhux neċessarjament li jsir kull sena. Il-qaddiefa li jiġu suġġetti għat-test jintgħażlu mill-Kumitat Festi Nazzjonali u jintgħażlu permezz ta' polza u allura l-ebda qaddief ma' jkun jaf jekk hux ser ikun suġġett għal dan it-test.

Għawdex — Rabat - Żvilupp fi Triq Borg Olivier

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4220, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali tar-Rabat Għawdex irreġistrax oġġezzjoni għall-applikazzjoni tal-MEPA 93/03?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali rreġistra oġġezzjoni għall-applikazzjoni PC 93/03