Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Tista' tinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhix se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
Minsiteru għaż-żgħażagħ u kultura — Kiri ta' affarijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru?
Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament?
Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?
Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?
Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.
L-Onor. Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.
X'review qed issir tal-istipendji tal-istudenti post sekondarji u terzjarji? Kif qed issir din ir-review u min huma l-persuni nvoluti f' din ir-review? X'inhuma l-għanijiet tar-review u f'kemm żmien in-nies involuti f'din ir-review huma mistennija li jressqu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li għadni qed niffinalizza t-terms of reference u l-kompożizzjoni tal-grupp li ser jaħdem fuq din ir-review, nagħti tweġiba fi stadju ulterjuri.
Tista' il-persuna diżabbli d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament isirulha t-tiswijiet meħtieġa fil-garaxx fejn iżżomm il-karozza tant essenzjali għaliha peress li ilha x-xhur tistenna li jsirilha x-xogħol meħtieġ min-nies tal-Awtorita' tad-Djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma tidher ebda talba għal tiswijiet fil-proprjeta’ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-persuna marida li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata l-home help li talbet u li tant għandha bżonn? Fiex waslet l-applikazzjoni tagħha għal din l-għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ilha tibbenefika mis-servizz tal-Home Help ta’ sagħtejn fil-ġimgħa minn Awissu 1999, liema servizz ġie estiż għal erba’ siegħat fil-ġimgħa f’Marzu 2001.
Ninsab infurmat ukoll li fl-1 ta’ Diċembru 2003, din il-persuna reġgħet tablet li jiġu estiżi aktar is-sigħat tas-servizzi li qed tirċievi, liema talba qiegħda quddiem il-Bord ta’ l-Allokazzjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Is-safar kollu kien awtoriżżat mis-segretarju permanenti tal-Ministeru tiegħi, u mill-Prim Ministru fil-każ tiegħi.
In vista li kumpanija privata ġiet imqabbda tagħmel xogħol fil-Malta Shipyards, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rekordjati siegħat idle mill-impjegati tal-Malta Shipyards u għax ma tqabbdux inaddfu huma flok tħallew ma jagħmlu xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-arranġamenti għal tindif minn kumpanija privata huma ta' natura temporanja, sakemm ikun konkluz kuntratt mal-MIMCOL li għandha numru ta' ħaddiema taħt ir-responsabilita' tagħha.
Meta ħaddiema mhux qed ikollhom xogħol kummerċjali qed jingħataw xogħol ieħor ta' maintenance.
Jista' il-Ministru jgħid meta ġiet introdotta s-sistema ġdida ta' telefon fil-ħabs u kemm ġiet tiswa din is-sistema? Jikkonferma l-Ministru li riċentement ngħatat tender oħra biex din tinbidel? Kemm tiswa din it-tender ġdida u lil min ingħatat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema ġdida tat-telefon ġiet introdotta fit-23 ta` Lulju 2003. Is-sistema ġdida hija a bażi ta` lease purchase u huwa stmat illi n-nefqa kollha ser tkun ta` madwar Lm19,739.
Infurmat ukoll li ma ingħatat l-ebda tender oħra biex titbiddel is-sistema preżenti.
Tista' il-MEPA tinvestiga jekk hux qed isir tħammil fiż-żona protetta u barra l-iżvilupp tal-bini magħrufa bħala tar-Ragħad fl-Imġarr f'Malta għax qed jingħad li sar xogħol ta' tħammil fiha wara li kien hemm min xtraha biex jiżviluppaha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ttieħdet azzjoni t' infurzar immedjata appena rriżulta li beda jsir xi xogħol fuq is-sit in kwestjoni. Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq ECF 39/04 twaħħal fuq il-post skond il-liġi, kontra s-sid u l-okkupant li s' issa m’ hix magħrufa l-identita’ tagħhom. Qegħdin isiru sforzi biex dan isir magħruf kif ukoll spezzjonijiet regolari ħalli jiġi assigurat waqfien ta l-iżvilupp.
Jistgħu l-awtoritajiet responsabbli mill-ħarsien kulturali tagħna jinvestigaw jekk iż-żona protetta magħrufa bħala tar-Ragħad fl-Imġarr ta' Malta sarx xi tħammil minn min xtara din l-art bil-ħsieb li jiżviluppaha biex fil-kas jittieħdu l-passi kollha biex ma jibqax isir xogħol li jeqred il-wirt storiku tal-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li madwar ġimagħtejn ilu, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju kulturali intalbet minn xi persuni min-naħa tal-pubbliku biex tinvestiga xogħol ta’ tħammil li kien qed isir fiż-żona magħrufa bħala tar-Ragħad, ħdejn l-Imġarr.
Din iż-żona hija magħrufa għall-katakombi u oqbri antiki li fiha. Iż-żona hija kkunsidrata bħala waħda ta’ ċertu valur importanti.
Ir-rapporti kienu fil-fatt ikkonfermati wara spezzjoni li saret fuq il-post, u passi ġew mittieħda minnufih. Irriżulta li veru kien hemm xi tħammil tal-ħamrija ftit il-bogħod mill-fdalijiet arkaeoloġiċi. Jidher illi dan ix-xogħol ma kellux effetti negattivi fuq il-fdalijiet arkaeoloġiċi.
Madankollu, s-Sovrintendenza ħadet passi minnufih permezz tal-Pulizija u l-MEPA kontra dan l-iżvillup illegali. Il-MEPA ħarget Stop works notice (Rif. ECF 00039/04) waqt li l-Pulizija intalbet tinvestiga l-każ biex tkun assigurata l-protezzjoni taż-żona.
Għadhom qed isiru spezzjonijiet taż-żona, kif ukoll investigazzjonijiet rigward il-proprjetarji tal-art.
B'referenza għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi rigward n-nies żejda mal-Gvern, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema żejda li jaħdmu mal Gvern? F'liema dipartiment qegħdin u x'inhu il-grad tagħhom? X'qiegħed jagħmel l-MPO biex dawn jiġu assenjati xogħol alternattiv?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien kull dipartiment ikollu xi nies ’l fuq mill-“complement” jew taħt il-“complement”.
Fl-ewwel każ isiru arranġamenti għal “re-deployment” u fit-tieni każ, fejn hu assolutament neċassarju, jittieħdu passi biex il-vakanzi jimtlew.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4242 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid kemm hu ppjanat li jonfoq il-gvern fuq il-festi nazzjonali tal-31 ta' Marzu, 2004 fl-għeluq tal-25 anniversarju?
X'inhuma ċ-ċelebrazzjonijiet li beħsiebu jagħmel il-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-programm ta' l-attivitajiet sabiex jiġi ċċelebrat il-25 anniversarju ta' Jum il-Ħelsien għadu ma ġiex ffinalizzat.
Infurmat pero' li din is-sena mhux ser ikun possibbli li r-Regatta tal-31 ta' Marzu issir quddiem il-Maċina u dan minħabba x-xogħol ta' żvilupp li għaddej bħalissa. Għalhekk din is-sena ir-regatta ser tinżamm minn Ras Ħanżir sa quddiem id-Dwana l-Antika. Dan fisser li kellha ssir żieda addizzjonali fin-nefqa ta' Lm 5,000 aktar mis-sena l-oħra.
Għalhekk ġew ivvutati Lm 9,500.
Ambaxxatur Licari — Laqgħa mad-direttur tal-world heritage centre tal-UNESCO
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-laqgħa li l-ambaxxatur Licari huwa mifhum li kellu nhar is-6 ta' Jannar, 2004 mad-direttur tal-world heritage centre tal-UNESCO meta huwa ssottometta environmental impact assessment dwar it-temporary landfills li ġie mgħoddi lilu mill-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura?
Response (BORG, JOE)
Wara li l-Ambaxxatur Malti għall-UNESCO issottometta l-Environmental Impact Assessment dwar it-temporary landfills lid-Direttur tal-World Heritage Centre, dan ta' l-aħħar qal lill-istess Ambaxxatur li ser isegwi l-proċedura normali, jiġifieri li jitlob il-parir ta' l-organiżżazzjonijiet non-governattivi li huma rikonoxxuti mill-UNESCO bħala esperti fil-qasam tal-wirt kulturali.
Kumitat tal-kunsill ta' l-Ewropa dwar prevenzjoni ta' tortuura u trattament inuman — Żjara ta' delegazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk tħejjix xi rapport dwar iż-żjara ta' delegazzjoni tal-kumitat tal-kunsill ta' l-Ewropa dwar il-prevenzjoni tat-tortura u trattament inuman u degradanti li saret fit-tieni nofs ta' Jannar ta' din is-sena? X'kien l-eżitu taż-żjarat li għamlu liċ-ċentri li qegħdin jospitaw l-immigranti llegali?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din is-sena l-ħlas tas-sussidju għall-karnival ġie skedat f'mod differenti mis-soltu? X'inhi r-raġuni li għalkemm ċerti pagamenti kellhom isiru f'żewġ tranches bejn Diċembru u Jannar, il-pagament ta' Jannar sa l-14.02.04 kien għadu ma sarx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-ħlas tas-sussidju għall-Karnival 2004 ġie skedat bi ftehim mall-parteċipanti biex isir f'Novembru / Diċembru 2003 u f'Jannar / Frar 2004.
Fil-fatt, il-ħlas sar fit-tieni ġimgħa ta' Diċembru 2003 u fit-tielet ġimgħa ta' Frar 2004.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4276 u cioe' jista' jgħid kemm hemm mobile phones fid-dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fid-dekasteru tiegħi hemm 87 mobile phone. Dawn jintużaw minn uffiċjali għoljin f'dawn l-entitajiet u minn xi uffiċjali oħrajn skond il-bżonn. L-ispiża totali għas-sena 2003 kienet ta' Lm36,530.07.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4314 u cioe' kienx hemm xi ambaxxati Maltin barra l-pajjiż fejn spiss irriżulta li nationals barranin li applikaw il-visa section ta' l-ambaxxata ppreżentaw għadd ta' employment documents imbagħbsa (forged)? Jekk iva, fejn irriżulta dan? Huwa minnu li ġieli kien hemm każi fejn individwi barranin applikaw għall-visa biex jidħlu Malta f'ċerta ambaxxata fejn ippreżentaw inviti minn kumpanniji Maltin biex iżuru pajjiżna għal taħdidiet kummerċjali fejn wara li sar l-istħarriġ neċessarju rriżulta li ma kien jeżisti ebda rbit kummerċjali bejn iż-żewġ naħat?
Response (BORG, JOE)
Skond l-informazzjoni li nġabret jirriżulta li fl-Ambaxxati ta' Malta fil-Kajr, f'Tunis, f'Beijing u fi Tripli ġieli ltaqgħu ma' każijiet fejn l-applikanti għal visa jipproduċu dokumenti foloz ta' impieg. Fl-Ambaxxata ta' Malta fil-Kajr tlett individwi barranin applikaw għall-visa biex jidħlu Malta, u pproduċew inviti minn kumpaniji Maltin li wara rriżulta li ma kellhom l-ebda rabta kummerċjali ma' l-applikanti.