Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4488 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pubblikazzjoni tal-gazzetta tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-uffiċjali inkarigati jieħdu ħsieb il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern qed idumu żmien eżaġerat biex jagħmlu dan? Jista' il-Ministru jgħid ukoll għaliex meta fl-aħħar issir il-pubblikazzjoni, din ħafna drabi qed tkun erroneja, bħal per eżempju meta tiġi ndikata Qorti ħazina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ċerti pubblikazzjonijiet jieħdu iktar żmien minn oħrajn peress li l-volum ta` xogħol ivarja minn żmien għal ieħor. Huwa minnu li kultant ikun hemm żbalji f`pubblikazzjonijiet. Meta jiġri dan terġa` ssir pubblikazzjoni mill-ġdid malajr kemm jista` jkun.
Leg 10 PQ #4489 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pubblikazzjonijiet fil-gazzetta tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid, matul l-2000, 2001, 2002 u 2003, kemm saru żbalji fil-publikazzjonijiet fil-gazzetta tal-Gvern? Jaqbel il-Ministru li dan huwa inaċċettabbli, speċjalment meta ċ-ċittadini qed jonfqu ammont sostanzjali għal din il-proċedura? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru biex l-affarijiet isiru kif imiss, okkorendo li jieħu passi dixxiplinarji kontra dawk ikkonċernati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika ta` kemm isiru żbalji fil-pubblikazzjonijiet tal-Gazzetta tal-Gvern u f`pubblikazzjonijiet simili. Ċertament żbalji għandhom ikunu evitati, u mill-ħafna pubblikazzjonijiet li jsiru, twal u dettaljati, l-Onorevoli Membru jaf li dawn isiru tajjeb, ħlief f`każi iżolati. L-Amministrazzjoni tal-Qorti qed tara li dawn l-iżbalji kemm jista` jkun ma jseħħux.
Leg 10 PQ #4490 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Medjaturi — Każi ta' separazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jispjega l-proċedura l-ġdida li qed jadoperaw il-medjaturi (f'każi ta' separazzjonijiet) fejn kawżi jiġu assenjati u l-medjaturi mhux qed jinfurmaw lill-avukati b'dan? Jista' il-Ministru jinnota li f'dawn l-ittri li qed jintbagħtu m'hemm l-ebda konferma ta' notifika?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) jipprovdi lill-Medjaturi bil-materjal kollu ta` stationery li jkollhom bżonn sabiex l-istess Medjaturi jinformaw lill-partijiet bil-ġurnata, l-ħin u l-post meta tkun se tinżamm is-seduta. Tali ittri jintbagħtu permezz ta` posta normali. L-avukati tal-partijiet qegħdin jingħataw n-numru tat-telefon tal-Medjaturi sabiex jiffaċilitaw il-proċediment tal-medjaturi. Barra minnhekk, fuq ir-Reġistru tal-Medjaturi, li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, hemm ukoll indikat in-numru tat-telefon.
Leg 10 PQ #4491 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Casual Ward Clerks — Diviżjoni tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet biex il-Casual Ward Clerks li fadal impjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa jkunu jistgħu japplikaw biex isiru tal-post? Billi kull ma fadal hu xi 7 casual ward clerks u ilhom impjegati fuq bażi casual għall-snin twal, jista' il-Ministru jara li ladarba dawn qed jagħtu kontribut siewi għandhom jingħataw iċ-ċans li jsiru tal-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-postijiet ta' Ward Clerical Assistant jimtlew wara li toħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Lapplikanti jridu joqogħdu għall-eżami bil-miktub u min jgħaddi biss ikun jista' joqgħod għall-intervista mill-Bord tal-Għażla. L-applikanti magħżula mbagħad jiġu mpjegati skond l-ordni tal-mertu. Is-seba' Casual Ward clerical Assistants li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant huma dawk il-persuni li flimkien ma' oħrajn kienu ġew impjegati fis-17 ta' Diċembru 1991 u imbagħad applikaw għal post permanenti meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet fil-21 t'April 1995. Dawn is-sebgħa kienu weħlu mill-eżami bil-miktub u għalhekk ma setgħux isiru tal-post. Iżda dawn baqgħu miżmuma fl-impieġ tagħhom fuq bażi każwali u għadhom hekk sal-lum.
Leg 10 PQ #4492 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kundizzjonijiet u il-pakkett finanzjarju — Sur J R Grima

Question

X'inhuma il-kundizzjonijiet u il-pakkett finanzjarju li ġew offruti lis-Sur J R Grima wara il-ħatra riċenti tiegħu ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mal-ħatra tiegħu ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur J R Grima baqa’ iżomm l-istess kundizzjonijiet u pakkett finanzjarju li kellu bħala Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluża l-“allowance” pensjonabbli li kien tah il-Prim Ministru ta’ qabel fuq bażi personali, u li jien, f’Jannar 2004, irrevedejt għal Lm4,409 fis-sena talli s-Sur Grima ser jibqa jservi bħala uffiċjal pubbliku
Leg 10 PQ #4508 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Permanenti Prinċipali — Salarju

Question

Kemm se ikun is-salarju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali? X'inhuma u kemm huma l-allowances u l-fringe benefits li ser jibbenifika min ser jieħu dan il-post? Jekk dan il-post huwa suġġett għal-kuntratt, għal kemm żmien ser ikun dan il-kuntratt? Saret sejħa pubblika għal mili ta' dan il-post; kif intgħażlet il-persuna ndikata? Meta jekk kien hemm l-approvazzjoni tal-Public Service Commission xi proċedura ntużat f'dan il-każ u min approva din il-ħatra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4492 inżid ngħid li l-metodu tal-ħatra, l-paga u l-benefiċċji tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fuq bażi ta’ kuntratt huma preċiż bħal ma kienu dawk tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sal-4 ta’ Frar 2004.
Leg 10 PQ #4509 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sejħa ta' Segretarju Permanenti Prinċipali — Kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ħatra u tal-Kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma taf l-Onorevoli Membru m’hijiex etika li wieħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti mitluba, u din ir-regola dejjem ġiet irrispettata. It-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 18,371 tal-Leġislatura preċedenti tikkonferma dan.
Leg 10 PQ #4510 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: ANTOINE MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol mal-ETC bħala part time Social Assistants? Kemm xi rġiel li qed jirreġistraw għal dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma’ tirreġistrax nies biex jaħdmu fuq part-time biss. In-nies li jirreġistraw għax-xogħol iridu jkunu lesti li jaħdmu għal kull tip ta’ xogħol.

Bordijiet u kummisjonijiet appuntati mill-Gvern — Avvanz tan-nisa

Question

Jista' il-Ministru li taħtu taqa l-entita' responsabbli għal-avvanz tan-nisa fis-soċjeta', jagħtina l-perċentwali ta' nisa u irġiet fuq bordijiet u kummisjonijiet appuntati mill-Gvern għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il- perċentwali ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul l-2003 il-perċentwali ta’ bordijiet, kummissjonijiet, kumitati, tribunali u awtoritajiet appuntati mill-Gvern li kienu ppreseduti minn nisa kien ta’ 13.3% filwaqt li 18% tal-membri fuq dawn il-bordijiet, kummissjonijiet, kumitati, tribunali u awtoritajiet kienu nisa.
Leg 10 PQ #4512 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' rġiel u nisa

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?

Response (BORG, JOE)

matul l-2003 kien hemm erba' bordijiet / kummissjonijiet li kienu komposti kif ġej: 1. Malta / EU Steering and Action Committee (MEUSAC) - Core Group Dan kien magħmul minn 25 membru, 92% rġiel u 8% nisa. 2. Awtorita' Nazzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi. L-Awtorita' kienet komposta minn ħames membri, kollha rġiel. 3. Il-Bord tal-Konsulenti għall-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dan il-Bord bħalissa hu magħmul minn 13-il membru, 85% irġiel u 15% nisa. 4. Il-Bord tal-Kunsillieri tal-Voice of the Mediteranean Dan il-Bord kien kompost minn sitt membri, kollha rġiel. Dan il-bord ġie xolt fl-aħħar tas-sena 2003. Matul l-2003 il-bordijiet fil-Ministeru kienu ippresjeduti minn irġiel.

Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' rġiel u nisa

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #4514 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Triq ix-Xatt Bormla — Blokki antiki tal-lava

Question

Jista' il-Ministru jgħid c'sar minnhom il-blokki ta' lava antika li inqlagħu minn Triq ix-Xatt Bormla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-blokki nqalgħu waqt xogħlijiet fuq it-toroq, għalhekk nitolbu jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.

Triq il-Konservatorju — Bormla - Blokki taż-Żonqor

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-blokki taż-żonqor li kienu inqalgħu minn Triq il-Konservatorju Bormla, meta nbniet id-dar ta' l-anzjani?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn dawn il-Blokki tal-Qawwi ttieħdu il-garage tal-Kunsill Lokali ta' Bormla, mis-Sindku is-Sur Joe Carbonaro, sabiex jiġu maħżuna. Il-parti l-oħra ttieħdet għand il-Kuntrattur sabiex jitqattgħu u jintużaw għall-kurduna, li fil-fatt tqegħdet fl-istess triq, jiġifieri fi Triq il-Konservatorju.

Pjazza Santa Margerita — Bormla - Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett ta' Pjazza S. Margerita Bormla? Jaf il-Ministru li dan il-proġett ilu jiġi mwiegħed sa mill-ewwel snin ta' Gvern Nazzjonalista fl-1987? Jista' jara li wegħda li saret mal-poplu Bormliż minn Ministri differenti li kellhom id-dekasteru tiegħu tiġi fl-aħħar imwettqa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel fażi quddiem id-dar ta' l-anzjani tlestiet fis-sena 2000. Il-kumplament tax-xogħol ma tkompliex minħabba nuqqas ta' qbil fil-Kunsill Lokali. Xogħol fuq toilets ġodda ser jibda f'Ġunju. Il-kumplament tal-proġett jitkompla s-sena d-dieħla. Parti mill-proġett ma jistax isir qabel ikun hemm konferma tal-finanzjament mill-Malta Tourism Authority.

Pjazza Paolino Vassallo — Cottonera Rehabilitation Committee

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' quddiem il-każin tal-Banda San Ġorġ Bormla, cioe' Pjazza Paolino Vassallo, li kien imwiegħed mill-Cottonera Rehabilitation Committee hux ser isir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għandu jibda fi ftit ġimgħat oħra, wara li jispiċċa x-xogħol fi Triq Desein, Birgu.
Leg 10 PQ #4529 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni li tilfu l-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tilfu l-impjieg, xahar b'xahar matul is-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4530 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista' lokal b'lokal u kors b'kors tal-popolazzjoni ta' l-Universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tat-tagħrif mitlub ser tingħata lill-Onor. Interpellant.

Gwardjani lokali — Numru tat-telefon li jintuża f'każ ta' inċident tat-traffiku

Question

Numru tat-telefon li jintuża f'każ ta' inċident tat-traffikuJista' il-Ministru jgħid jekk in-numru tat-telefon 21320202 li se jintuża biex il-pubbliku jinforma lill-gwardjani lokali b'inċident tat-traffiku, huwiex intiż li jintuża wkoll għall-inċidenti li jiġru f'Għawdex? Ma jaħsibx il-Ministru li jagħmel iktar sens li jkun hemm linja oħra apposta għall-Għawdxin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru tat-telefon hu l-istess wieħed kemm Malta kif ukoll Għawdex.
Leg 10 PQ #4571 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar ġenerali - Stress test machine

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1737 dwar xiri ta' makna ġdida għall-istress tests, tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet il-proċedura għax-xiri ta' din il-makna issa li għaddew diversi xhur minn meta saret il-mistoqsija, cioe' mid-29.09.03? Tista' tgħid kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti mid-29.09.03 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proċeduri għax-xiri ta' magna ġdida għall-istress test huma fl-istadju ta' l-adjudication. Qed nagħti rendikont xahar b'xahar mid-29 ta' Settembru 2003 sallum ta' kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti lejn Malta mid-29 sat-30 ta' Settembru 2 Ottubru 17 Novembru 11 Diċembru 12 Jannar 2004 21 Frar 25