Dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea — Ċelebrazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'liema attivitajiet Malta ħadet sehem sa issa u f'liema bi ħsiebha tieħu sehem fl-inizjattivi li qed torganizza l-Irlanda biex tiċċelebra d-dħul ta' 10 pajjiżi fl-Unjoni Ewropea?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li fuq inizjattiva ta' l-Irlanda biex tiċċelebra d-dħul ta' 10 pajjiżi fl-Unjoni Ewropea f'Mejju li ġej, Malta ser tieħu seħem f'attivita' msejħa Waterford Spraoi.
Peress li l-attivita' hija waħda folkolrista Malta ser ittella' żewġ kantanti folkloristiċi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Marsa racing club hux qiegħed iġiegħel lill-istazzjonijiet kollha tat-tv iħallsu biex ikunu jistgħu jiġbdu u jxandru t-tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru? Jista' jgħid xi ħlasijiet qed jitlob lil kull stazzjon individwali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-Kunsill tal-Malta Racing Club qiegħed jitlob lill-istazzjonijiet televiżivi lokali kollha biex iħallsu lill-istess Kunsill pagament annwali-staġjonali jew inkella għal kull laqgħa ta' tiġrijiet talli dawn jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-kumpless tal-korsa, biex l-istess stazzjonijiet jiffilmjaw u jipproduċu programmi televiżivi dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel.
Min-naħa tiegħu il-Kunsill tal-Malta Racing Club joffri lill-kummentaturi sportivi u rappreżentanti ta' dawn l-istazzjonijiet kull assistenza u anke posizzjoni favorevoli ta' iffilmjar tat-tiġrijiet (commentary and filming position).
Din il-politika adottata mill-Kunsill tmur lura sas-snin disgħin u kull ftehim ma' stazzjonijiet televiżivi hu konfermat bl-iffirmar ta' kuntratt li jorbot iż-żewġ naħat.
Min-naħa l-oħra l-Kunsill dejjem aċċetta t-talbiet, u anki mingħajr ħlas, ta' dawk l-istazzjonijiet televiżivi lokali li flok iddeċidew li jipproduċu programm televiżiv dwar l-isport iddeċidew li jiffilmjaw biss għal ftit minuti waqt laqgħa ta' tiġrijiet biex l-istess filmat jintuża waqt l-aħbarijiet sportivi tagħhom. Dan konformi wkoll mal-liġi lokali ta' l-istampa.
Il-Kunsill tal-Malta Racing Club qiegħed jagħti wkoll mingħajr ħlas l-assistenza tiegħu lill-ġurnalisti tal-media stampata u radjofonika.
Il-politika tal-Malta Racing Club hija waħda konformi ma' dak deċiż anke minn federazzjonijiet u assoċjazzjonjiet oħra sportivi Maltin dwar ħlas minn kumpanija tal-media.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija din hija ta' natura kummerċjali.
Jista' d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jikkomunika u jispjega lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fejn waslet it-talba tiegħu li ma jeħilx inġustament il-multa li weħel?
Response (DALLI, JOHN)
Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Pero’ ġejt informat li l-każ imsemmi qiegħed ikun ikkunsidrat u l-persuna kkonċernata tkun notifikata bid-deċiżjoni aktar ‘il quddiem.
Kemm huwa stmat li ddaħħal Malta f'fondi mingħand il-pajjiżi ta' l-European Economic Area u mingħand in-Norveġja?
Response (BORG, JOE)
Huwa stmat li mid-data tas-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea, Malta ser iddaħħal total ta' 724,200 euro fis-sena minn dawn iż-żewġ alllokazzjonijiet fuq medda ta' ħames snin. Il-komponent multilaterali jammonta għal 384,000 euro, fil-waqt li dak bilaterali tan-Norveġja jammonta għal 340,200 euro fis-sena.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk is-saħħa ta’ l-elettriku hux biżżejjed biex iħaddem l-apparat kollu f’Robert Sammut Hall, Floriana? Jekk le, huwa previst li tiġi rranġata l-qawwa ta’ l-elettriku? Jekk iva, meta se jibda x-xogħol u kemm se jqum? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent Robert Sammut Hall hija moqdija tajjeb bl-installazzjoni ta' l-elettriku. Minħabba żieda ta' apparat fil-futur qarib, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għamlet rikjesta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiżdied il-qawwa ta' l-elettriku għal din is-ala. Il-Fondazzjoni qiegħdha tistenna l-istima ta' dan ix-xogħol mill-Korporazzjoni Enemalta.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fuq kemm jiflaħ is-saqaf ta’ Robert Sammut Hall, Floriana, qabel ma tressaq l-orgni, kif ukoll qabel ma sar l-air conditioning ma’ l-art u l-flooring fuqu? Jekk iva, min kien li għamel dan l-istudju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-saqaf ta' Robert Sammut Hall, li kienet knisja, hu maħsub li jiflaħ għall-piż ta' kongregazzjoni sħiħa.
Informat li minn studju li sar fuq kemm jiflaħ dan is-saqaf, ġie konfermat illi dan, bi struttura li ġiet iddisinjata apposta, jiflaħ għall-piż ta' l-orgni. Informat li ġie stabbilit ukoll li dan is-saqaf jiflaħ ukoll l-air-conditioning u r-raised flooring.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-orgni ta’ Robert Sammut Hall, Floriana, li kien jaħdem perfettament għadux jaħdem issa li tressaq fil-post il-ġdid? U jekk iva, kemm sewa biex jerġa’ jiġi jaħdem? U jekk le, kemm se tiġi l-ispiża biex dan jiġi kif kien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhu xejn korrett l-Interpellant li l-orgni li ġie spustat u kien jaħdem perfettament.
Stima għar-restawr ta' l-orgni tammonta għal Lm 17,000. Ġie deċiż li l-orgni jiġi mmexxi għal fejn huwa llum u mnaddaf. Huwa fil-ħsieb li dan l-orgni jiġi eventwalment restawrat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm se jiswa l-proġett tas-Sala Robert Sammut, Floriana meta l-proġett ikun tlesta? Jista’ jgħid ukoll għal xiex se tintuża?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-nefqa totali tal-proġett taċ-Ċentru Robert Sammut hija stmata għal Lm 400,000. Iċ-Ċentru ser jintuża għal ħidma fil-qasam tal-litteriżmu u bħala Multipurpose Hall għal konferenzi.
Jista’ il-Ministru jgħid x’aċċess hemm ġewwa Robert Sammut Hall, Floriana għal persuni b’diżabilita`? U jekk hemm, kemm ġie jiswa? Fir-rigward ta’ aċċess għal persuni b’diżabilita`, jista’ jgħid jekk il-kummissjoni persuni b’diżabilita` ġietx konsultata dwar dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aċċess taċ-Ċentru Robert Sammut ġie rivedut sentejn u nofs ilu minħabba li kien instab li dan ma kienx skond il-liġi ta' l-aċċessibilita'. Ġie installat lift apposta u tmexxa wkoll l-orgni.
Il-lift ġie jiswa madwar Lm 15,440. Il-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' ġew ikkonsultati għall-pariri rigward l-installazzjoni ta' dan il-lift.
Jista’ il-Ministru jgħid f’każ ta’ inċident f’Robert Sammut Hall, Floriana, x’inhu l-aċċess ta’ evakwazzjoni? Jista’ jgħid jekk il-post ġiex ċertifikat jew assigurat li huwa skond ir-regoli tas-sigurta` maħruġa mill-awtorita` konċernata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'każ ta' emerġenza hemm żewġ aċċessi għas-sigurta' (security exits) fis-Sala Robert Sammut.
Ittieħdu wkoll prekawzjonijiet fil-proġett tar-raised flooring kontra in-nirien. L-orgni ġie immexxi minħabba li wieħed minn dawn l-aċċessi kien ingumbrat mill-orgni u seta' jkun ta' periklu f'każ ta' emerġenza.
Tikkonferma rapporti li dehru fil-media li l-pjani tal-privatizazzjoni tal-MOBC ġew proposti indefinittivament?
Response (DALLI, JOHN)
Nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' privatizzazzjoni tal-MOBC bħalissa jinstab fi stadju ta' studju dwar l-offerti li l-Privatisation Unit għandha quddiemha.
Billi ċerti pajjiżi li sejrin jissieħbu fl-UE urew ċerti riservi dwar il-portfolio ta' Kummissjarju li ġie offrut lilhom, tistax tgħid Malta jekk kinitx kuntenta jew kellhiex xi riservi dwar il-portofolio offrut lilha?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq niċċara li l-portafolio tal-Kummissarju ma' jiġix offrut lil pajjiż iżda lill-Kummissarju konċernat.
Jiena m'għandi l-ebda riserva fuq il-portafolio offrut lili anzi jien sodisfatt ħafna bih. Nixtieq inżid li kien fost l-preferenzi li ndikajt jiena stess lill-President tal-Kummissjoni. Irrid nagħmilha ċara, pero', li t-tqassim eventwali tal-portafolji bejn il-Kummissarji għall-perjodu minn Novembru 2004 sa Ottubru 2009, jiġi deċiż mill-President ġdid tal-Kummissjoni.
Tista' tgħid x'verita' hemm fir-rapporti li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jista' jiċċaqlaq għal-lokalita' oħra u jekk dan huwa minnu., fejn sejjer jiġi located?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma naf b'ebda pjan sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Ġżira jiċċaqlaq għal lokalita' oħra.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-bordijiet tad-dekasteru tiegħi hemm dawn il-perċentwali:
Irġiel
90%
Nisa
10%
Chairpersons - Irġiel
93%
Chairpersons - Nisa
7%
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwal ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bordijiet u kummisjonijiet — Perċentwal ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwal ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Membru li l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hija 85% irġiel filwaqt li 15% hija kostitwita min-nisa.
Fir-rigward ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw il-bordijiet u kummissjonijiet l-perċentwali hija ta' 0.8%.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwal ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li fil-Bordijiet u l-Kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi għas-sena 2003, il-perċentwali ta’ nisa u rġiel huwa għaxra fil-mija nisa u disgħin fil-mija rġiel. Ma hemm ebda mara li hija “chairperson” ta’ dawn il-Bordijiet jew Kummissjonijiet.