Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4731 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Sala ta' l-irġiel ward 10

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kienet in-nefqa totali nkluż il-pagi kollha ta' l-impjegati, biex titmexxa s-sala ta' l-irġel ward 10 fl-isptar Monte Carmeli? Kemm hemm impjegati assenjati għal din is-sala? Il-ħaddiema li jaħdmu f'din is-sala jiddaħħlu biex jaħdmu fuq bażi ta' overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sala ta' l-irġiel numru 10 ġewwa l-Isptar Monte Karmeli ingħalqet fl-1998.
Leg 10 PQ #4732 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti taħt level one content watch

Question

Jista' il-Ministru jagħti garanzija li kull pazjent fl-isptar Monte Carmeli li fl-aħħar tlett xhur intalab mill-konsulenti psikjatriċi li jitpoġġew taħt level one content watch, dawn il-pazjenti fil-fatt kellhom nurse jew nursing aid imqiegħed magħhom skond il-proċeduri ssettjati għal każi ta' level one content watch?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proċedura ġewwa l-isptar Monte Karmeli dejjem kienet li d-domanda għal level 1 supervision tintlaqgħa biss skond kemm jippermettu r-riżorsi umani ta' l-isptar. Il-proċedura baqgħat l-istess u ma hemm l-ebda ħsieb li tinbidel.

Swieqi — Triq il-Ġiżimin

Question

Jista' il-Ministru, permezz tad-dipartiment tat-toroq, jara li jingħata t-tarmac fi Triq il-Ġiżimin, fis-Swieqi speċjalment fejn hemm xi toqob?

Response (GALEA, ĊENSU)

jien infurmat li fil-preżent hemm ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi sabiex tkun tista ssir it-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #4745 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jipprovdi statistika għas-snin: Diċembru 2000, Diċembru 2001, Diċembru 2002, Diċembru 2003 dwar: in-numru ta' segretarji permanenti; in-numru ta' diretturi ġenerali nisa u rġiel; in-numru ta' diretturi nisa u rġiel; in-numru ta' assistenti diretturi nisa u rġiel; u in-numru ta' senior principals nisa u rġiel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, tabella li turi n-numru ta’ Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi, Assistenti Diretturi li qegħdin fuq “Performance Contract” u “Senior Principals”, nisa u rġiel, għas-snin Diċembru 2000 sa Diċembru 2003.

Bordijiet u kummissjonijiet appuntati mill-gvern

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4511, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta kif wasal għal dawn il-persentaġġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul fl-2003 kien hemm 203 bord, kummissjoni, kumitat, tribunal u awtorita’ appuntata mill-Gvern li minnhom 27 kienu preseduti minn nisa. B’kollox kien hemm 1,934 membru fuq dawn il-bordijiet, kummissjonijiet, etc., li minnhom 348 kienu nisa.

Awtorita' tad-djar — Bini ta' maisonettes

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika fejn qed jinbnew il-maisonettes mill-awtorita' tad-djar u meta hemm il-ħsieb li jitlestew u jinħarġu l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar qed tibni maisonettes fl-Imtarfa, Mosta, Pembroke u Żurrieq. Dawn mistennija jkunu lesti bejn Marzu 2004 u April 2005. Ta’ min jgħid li dawn il-maisonettes ma jinħarġux bl-offerta iżda bil-kondizzjonijiet applikabbli skond l-avviż relattiv li jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.

State aid

Question

Jista' il-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm ingħatat state aid matul is-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid ukoll taħt liema forom ingħatat din l-istate aid, għal kemm kienet tammonta u lil min ingħatat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qegħda tiġi kompilata.
Leg 10 PQ #4761 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taqsima tal-protezzjoni ċivili — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-impjegati tat-taqsima tal-protezzjoni ċivili għadhom ma tħallsux ta' l-overtime? Jista' jgħid meta dan il-ħlas se jsir issa li ilu pendenti għal aktar minn sena u nofs?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern.
Leg 10 PQ #4762 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Eżami ta' clerks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk l-istudenti li kienu għaddew mill-eżami ta' clerks miżmum f'Novembru 2002 għadhom sal-lum ma ġewx mogħtija risposta dwar jekk humiex se jiġu ngaġġati jew le, issa li t-terminu ta' sena jiskatta f'Mejju li ġej?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li diġà beda l-proċess biex jiġu reklutati ħamsin kandidat minn dawk li għaddew mill-eżami msemmi biex jimtlew l-istess numru ta’ vakanzi identifikati. Dan ma jfissirx li ma jistgħux jimtlew aktar postijiet, aktar ’il quddiem.

Pembroke — Tibdil ta' rotta

Question

Jista' il-Ministru jinformani għaliex talba mill-kunsill lokali ta' Pembroke fuq tibdil ta' rotta ġewwa Pembroke ma ġietx milqugħa? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet ta' din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-talba li għamel il-Kunsill Lokali ta' Pembroke ġiet fil-parti l-kbira milqugħa u llum ir-rotta qegħda tgħaddi b'tali mod li taqdi bl-aħjar mod lill-passiġġieri.

Pembroke — Istallazzjoni ta' dawl ġdid

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk huwiex veru li l-korporazzjoni Enemalta mhix se tagħmel istallazzjonijiet ġodda ta' dawl f'Pembroke, f'zoni li huma mudlama ħdejn kumplessi sportivi u f'zoni residenzjali? Jista' jgħid jekk huwiex veru li ħafna mid-dawl f'Pembroke għadu ta' żmien l-Ingliżi u għalhekk il-kunsill ma jistax jistalla dawl ġdid hu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-responsabilta' ta' twaħħil ta' lampi ġodda issa saret parti mir-responsabiltajiet tal-Kunsill Lokali bħala parti mill-proċess tad-Devoluzzjoni. Mhux minnu li ħafna mid-dwal tat-toroq għadhom ta' żmien ia-servizzi Ingliżi. Tibdil ta' bozoz jista' jsir mill-Kunsill Lokali b'koordinazzjoni ma' l-Enemalta.

Pembroke — Proġett tas-slipway

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk il-proġett tas-slipway ta' Pembroke ġiex approvat? Jekk fl-affermattiv, meta, kemm se tiġi tiswa flus, meta huwa previst li x-xogħol jibda u jekk il-gvern ċentrali hux se jħallas kollox?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ġie approvat fid-9 ta' Diċembru 2003, iżda l-permess għadu ma nħariġ uffiċjalment mill-MEPA. Ix-xogħol jiġi stmat u jinbeda hekk kif joħroġ il-permess relevanti.
Leg 10 PQ #4200 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-turiżmu — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Misotqsija tçgħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti çħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ fil-Ministeru tçgħi sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija iktar iffokata u ristretta.
Leg 10 PQ #4201 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-affarijiet barranin — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (BORG, JOE)

Peress li jidher li l-informazzjoni ddettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju rilevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jeħtieġ il-Ministeru tiegħi sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta.

Ministeru għat-trasport u komunikazzjoni — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull Ministeru u Dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuża aħjar. "L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija aktar iffokata u ristretta."

Rabat — Triq Santa Rita - bus terminus

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mit-talba tal-kunsill lokali tar-Rabat u l-petizzjoni ta' ħafna persuni Rabtin sabiex il-bus terminus terġa' tirritorna fi Triq Santa Rita, r-Rabat? Meta se tiġi attwata din it-talba tant mistennija mill-maġġorparti tal-komunita' Rabtija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi wara diskussjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali tar-Rabat kienet ġiet imwaqqfa venda fi Triq Santa Rita li qed topera bejn il-5.30 u id-9.30 ta' filgħodu. Wara d-9.30, il-venda tkompli topera mis-Saqqajja. Ta min wieħed jinnota wkoll li r-rotta 84 qegħda tipprovdi servizz fi Triq Santa Rita minħabba li din tgħaddi minn din it-triq, bi frekwenza ta' kull siegħa, kemm meta tkun ġejja mill-Belt Valletta u kif ukoll meta tkun sejra lejn il-Belt Valletta.
Leg 10 PQ #4251 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa

Question

Matul l-2003, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u/jew każijiet li wżaw iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għaċ-ċentri tas-saħħa ta' Bormla, ta' Ħal Qormi u ta' Birkirkara? Jista' ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown tas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li attendew għal xi vista jew servizz fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Bormla, Ħal Qormi matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 huwa kif ġej. Birkirkara ma toffrix is-servizzi kollha offruti miċ-ċentri l-oħra. Snin Rabat Bormla Ħ al Qormi Birkirkara 1999 73,593 47,885 177,086 27,995 2000 63,273 51,574 152,713 36,497 2001 56,687 45,291 138,632 51,551 2002 57,716 46,379 140,463 58,265 2003 62,200 51,670 151,894 66,467

KumpannijI — Kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 3603 u cioe' f'Malta u Għawdex separatament, fis-sena 2003 kemm kienet iċ-ċifra globali tal-flus pendenti li għandhom iħallsu kumpanniji privati u tal-gvern għal kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali tal-ħaddiema lid-dipartimenti governattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha mhix f’idejn id-Dipartiment.

Marsa — Fabbriki tal-Birra

Question

Jista' jsir it-tindif meħtieġa fl-inħawi tal-Marsa ħdejn il-fabbrika tal-birra għax qed jinġabar ħafna skart li minbarra li hu ikreh joħloq problemi jekk tagħmel ħafna xita?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif ta' l-area msemmija jsir fuq bażi regolari. Barra minn hekk , ser jinbeda programm ta' xogħol fuq manutenzjoni u rranġar tal-water course kollu li jieħu sal-Marsa.

Ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hija/huma l-kumpanija/kumpaniji li ntgħażlu biex jorganizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nassumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għal dik il-parti taċ-ċelebrazzjonijiet fil-lejl ta' bejn it-30 ta' April u l-1 ta' Mejju 2004, u nista' nagħrfu li d-direttur tal-kuntratti, nhar il-Ġimgħa 27 ta' Frar 2004, ħareġ Letter of Acceptance lil Welcome Europe Consortium biex ikunu jistgħu jorganizzaw il-programm għal dakinhar.