Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4688 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Oqbra għall-bejgħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm oqbra għall-bejgħ fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata? Hemm applikazzjonijiet pendenti? Hemm xi ħsieb li jkabbar l-istess ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa m' hemmx oqbra għall-bejgħ fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorat. Hemm numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra ġo dan iċ-ċimiterju li jinżammu fuq waiting list, biex jiġu allokati l-oqbra l-ġodda skond l-istess lista. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, applikazzjoni għal estensjoni ta' l-istess ċimiterju saret ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bħalissa għadha qiegħda fi stadju ta' proċessar. Għal aktar informazzjoni nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Numru 277 tas-Seduta 7 li saret fid-9 ta' Ġunju 2003.

Għawdex — Rabat - Żvilupp fi Triq Borg Olivier

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4220 u 4436 dwar jekk il-kunsill lokali tar-Rabat Għawdex irreġistrax oġġezzjoni għall-applikazzjoni tal-MEPA 93/03, jista' il-Ministru jgħid min għamel l-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif diġa spjegajt fir-risposta tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru 4436, il-Kunsill Lokali rreġistra oġġezzjoni għall-applikazzjoni PC 93/03. Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa mid-Direttorat ta' l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), skond Sezzjoni 6 ta’ l-Avviż Legali 27 ta’ l-2002, jiġifieri li d-Direttorat ħass li kien fl-interess ta’ ippjanar tajjeb li jsir it-tibdil fl-allinjament tat-triq kif propost fl-istess applikazzjoni.

Għawdex — Kuratur tal-mużewijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni f'Għawdex m'hawnx kuratur tal-mużewijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Membru li f'Heritage Malta r-responsabbiltajiet f'kull qasam ma jiddistingwux bejn Malta u Għawdex għaliex l-istrateġija hija waħda ħolistika li tkopri kemm Malta u Għawdex u għalhekk hemm kuratur għall-kull qasam differenti. Pero' għal fini ta' Għawdex u l-amministrazzjoni ta' Heritage Malta f'Għawdex hemm ukoll Manager - Gozo sites li dalwaqt għandu jkun appuntat. Gradi oħra jiġu appuntati skond il-proċeduri wara li jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv li bħalissa qiegħed jiġi diskuss.

Gwardjani lokali — Numru tat-telefon li jintuża mill-pubbliku f'każ ta' inċident

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4569 dwar numru tat-telefon li jintuża f'każ ta' inċident tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk in-numru tat-telefon 21320202 li se jintuża biex il-pubbliku jinforma lill-gwardjani lokali b'inċident tat-traffiku, huwiex intiż li jintuża wkoll għall-inċidenti li jiġru f'Għawdex? Ma jaħsibx li jagħmel iktar sens li jkun hemm linja oħra apposta għall-Għawdxin? Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jkun hemm numru apposta għall-Għawdxin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari nru. 4569.
Leg 10 PQ #4692 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Cold stores tal-gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4574, tista' il-Ministru tispeċifika x-xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid tal-cold rooms?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid tal-cold rooms fil-Cold Stores tal-Gvern f'Għawdex jikkonsisti fi bdil tal-kisi ta' l-art, ta' l-"insulation" u tal-bibien tal-kmamar kif ukoll bdil ta' l-apparat tar-refriġerazzjoni u sistemi anċillari għalih.
Leg 10 PQ #4693 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Fond għal wirjiet u esibizzjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-fond għall-artisti? Tista' tgħid kif u meta se jitħallsu l-artisti li kienu ntitolati għall-fondi minn dan il-fond in konnessjoni ma wirjiet jew xogħlijiet u/jew esibizzjonijiet oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Naħseb li l-Onorevoli Nterpellant qiegħda tirreferi għall-fond li minnu jitħallsu s-sussidji lill-organizzazzjonijiet kulturali. Ninsab infurmata li l-ebda artist m'hu dovut xi ħlasijiet minn dan il-fond in konnessjoni ma' wirjiet jew xogħlijiet oħra.

Għawdex — Xewkija - PA 07236/03

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4368, jista' il-Ministru jispeċifika eżatt u jagħti d-dettalji kollha in konnessjoni ma' applikazzjoni PA07236/03 dwar ic-civic amenity facility?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 07236/03 saret minn għand il-kumpanija WasteServ Malta Ltd biex issir ‘civic amenity facility’ f’ sit imsejjaħ ‘Ta’ l-Imgħajjen’, limiti tax-Xewkija, li għandha daqs ta’ madwar 7,700 metru kwadru. L-applikazzjoni, li hija ‘outline’ ġiet validata fis-16 ta’ Jannar, 2004, u għandha tiġi ddeterminata sas-16 ta’ Lulju, 2004. L-iżvilupp propost jikkonsisti f’ faċilita’ fejn il-pubbliku jista’ jiddeposita varjeta’ ta’ skart domestiku, kif ukoll xi skart li jista’ jiġi rriċiklat. L-applikazzjoni qed tiġi pproċessata.

Esportazzjoni ta' frott u ħxejjex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se jintlaqat is-settur ta' l-esportazzjoni tal-frott u l-ħxejjex mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant jaf li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Malta u s-setturi ekonomiċi tagħna jagħmlu parti minn suq intern wieħed, fejn il-prodotti minn Stat Membru għall-ieħor jimxu mingħajr xkiel ta' protezzjoni. Dan għandu jkun ta' vantaġġ peress li għal ħafna snin, għal diversi prodotti agrikoli, Malta għamlet diversi talbiet għat-tnaqqis tal-protezzjoni: biex nieħdu eżempju, wieħed minn dawn il-prodotti kien id-dullieh. Għaċ-ċokon tagħha l-biedja tagħna ma tista' qatt tipproduċi l-volumi kbar. Biss għal dak li jirrigwarda kwalita' u niche markets, il-biedja tagħna se jkollha opportunitajiet ġodda.

Ħaż Żebbuġ — Mdina Road

Question

Jista' il-Ministru jara li fit-twessigħ li hemm previst biex isir f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ ma titteħidx art agrikola u t-twessigħ isir billi tidjieq is-central strip u tintuża l-art pubblika li hemm mhux żviluppata tul it-triq kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isir dak kollu possibli biex fejn ikun hemm bżonn ta' twessiegħ ta' toroq ma tittiħiedx art agrikola aktar milli hemm bżonn u dawn il-kriterji qegħdin jintużaw fil-proposti għall-iżvilupp tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Ħaż Żebbuġ — Triq Mons. Anton Cilia

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li Triq Mons. Anton Cilia, f'Ħaż-Żebbuġ tingħata wiċċ xieraq peress li din hija żviluppata kompletament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent għadu kif sar ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ sabiex ikunu jistgħu isiru Triq Ġdida fi Triq l-Għasfur, Triq Gulliermu Lorenzi, Triq Luigi Fontana kif ukoll Triq Mons Anton Cilia.

Esportazzjoni ta' frott u ħxejjex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se tintlaqat l-esportazzjoni tal-frott u l-ħxejjex minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea ser ikun iktar possibbli li tiġi kkontrollata l-importazzjoni ta' frott u ħaxix minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea minħabba tariffi u infurzar fuq il-kwalita' ta’ prodotti agrikoli li jidħlu f' Malta.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar cheque tal-pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ċ-cheque tal-pensjoni ta' anzjan jibda joħroġ fuq isem ir-raġel biss peress li l-mara ilha mejta ħames snin? Id-dettalji taċ-ċertifikat tal-mewt tal-mara qed jintbagħtu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment konċernat għamel ir-retifika meħtieġa.

MIA — Inċident ta' ajruplan ta' l-Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta li qed issir mill-Air Malta fuq l-inċident ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta li ħabat ma' arblu fl-ajruport internazzjonali ta' Malta? Min huma l-membri/esperti maħtura biex jagħmlu din l-inkjesta u għandhomx żmien sakemm għandhom jikkonkludu din l-inkjesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-inkjesta interna mistennija tkun konkluża sas-16 ta' Marzu 2004.

Awtorita' ta' l-avjazzjoni ċivili — Inkjesta dwar l-inċident ta' ajruplan ta' l-Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta li qed issir mill-awtorita' ta' l-avjazzjoni ċivili fuq l-inċident ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta li ħabat ma' arblu fl-ajruport internazzjonali ta' Malta? Min huma l-membri/esperti maħtura biex jagħmlu din l-inkjesta u għandhomx żmien sakemm għandhom jikkonkludu din l-inkjesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-inkjesta dwar l-inċident ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta li ġrat fid-29 ta' Jannar 2004 għada għaddeja. Din l-inkjesta qegħda ssir taħt ir-Regolamenti ta' 2002 ta' l-Avjazzjoni Ċivili dwar l-investigazzjoni ta' Disgrazzji w Inċidenti ta' l-Ajru mill-Kaptan Dennis Caruana u l-Maġġur Ronald Xuereb li huma maħtura bħala Chief Inspector of Accidents u Inspector of Accidents rispettivament mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni. Skond l-istess Regolamenti fuq imsemmija, iċ-Chief Inspector of Accidents għandu jara li jiġi ppublikat ir-rapport ta' l-inkjesta fl-iqsar żmien possibli.
Leg 10 PQ #4725 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Masters fil-Psikoloġija

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir Masters fil-Psikoloġija minħabba li dan sar darba biss u hemm domanda kbira għalih? Minħabba li hemm għadd ta' gradwati li jkunu ġabu l-B PSY Hons mill-Universita' ta' Malta li qed ikollhom isiefru biex jagħmlu l-Masters, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fuq dan il-kors? Jekk hemm il-ħsieb li jsir dan il-kors, meta bejn wieħed u ieħor hu ppjanat li jibda?

Response (GALEA, LOUIS)

Flimkien mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u dak tas-Saħħa, qed infittxu l-aħjar triq biex il-kors ta' Masters fil-Psikoloġija jiġi offrut mill-Universita' fis-sena akkademika li jmiss.

Madliena — Triq il-Prekursur - Bozoz

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-korporazzjoni Enemalta biex jitwaħħlu d-dwal fi Triq il-Prekursur, fil-Madliena fejn diġax' jeżistu arbli tad-dawl u t-triq tinsab fid-dlam?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-twaħħil ta' lampi ġodda hija r-responsabilita' tal-Kunsill Lokali, issa li dan ix-xogħol ġie devolut lill-istess Kunsill.
Leg 10 PQ #4727 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Settur tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod is-settur tas-saħħa se jibbenefika mill-protokol Taljan li ġie fis-seħħ xahrejn ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-settur tas-Saħħa se jibbenifika mill-protokol Taljan b'forma ta' għotjiet biex jagħmlu tajjeb għall-parti mill-ispejjeż ta' l-għamara u apparat ta' storage għall-isptar Mater Dei.
Leg 10 PQ #4728 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji tal-gvern — Mediċini out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-mediċini out of stock separatament f'kull spiżerija tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tiġi miġbura u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #4729 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Apparat mediku

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-appendiċi kollha li jiffurmaw parti mill-kuntratt iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-kumpannija INSO biex jiġi provdut u stallat l-apparat mediku u s-servizzi relatati miegħu għall-isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fid-9 ta' Frar 2004 għad-domanda 4131 seduta 101.
Leg 10 PQ #4730 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Residenti li jinħarġu biex jieklu barra

Question

Meta pazjenti fl-isptar Monte Carmeli jinħarġu x'imkien biex jieklu, jista' il-Ministru jgħid jekk il-pazjenti hux qedj intalbu biex iħallsu għall-ikel? Jekk fl-affermattiv, minn meta daħlet din il-prassi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħala parti mit-terapija għall-pazjenti, is-sezzjonijiet ta' l-occupational therapy u social work jorganiżżaw ikliet għal pazjenti barra mill-isptar. Parti mill-ispiża tkun sponsorjata minn għaqdiet jew organiżżazjonijiet privati. F'dawn l-okkażżjonijiet soċjali l-pazjenti jiġu mitluba jħallsu parti mill-prezz ta' l-ikla. Din il-prassi daħlet f'1997 u għadha tintuża sal-lum. Ta' min jgħid li l-ikel kollu li jingħata fl-isptar Monte Karmeli jingħata bla ebda ħlas.