Nagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3668, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi? Jista' jgħid ukoll kemm għad fadal kontijiet pendenti u min huma dawk li għadhom ma tħallsux?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-materja qed tiġi konsidrata fil-livell tal-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema korsijiet ta' l-Universita' ta' Malta l-Malti mhux mitlub bħala wieħed mis-suġġetti? Jsita' jgħid ukoll minn meta ġara dan għal kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ir-rekwiżiti tad-dħul fi kwalunkwe kors fl-Universita' jinkludu il-Malti fil-livell SEC. Il-Malti hu wkoll rikjest għad-dħul fil-Junior College.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwal ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru huma 7% u 93% rispettivament. Taħt dan il-Ministeru ma jeżistux kummissjonijiet.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummisjonijiet u bordijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-perċentwali ta' membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hu hekk:
Irġiel 93.3%
Nisa 6.7%
Jien infurmat ukoll li l-perċentwali ta' chairpersons fuq l-istess bordijiet hu:
Irġiel 87.5%
Nisa 12.5%
Kummisjonijiet u bordijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' perċentwali ta' nisa u rġçl fuq bordjçt u kummissjonijçt li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu hu kif ġej:
Bord
Perċ
entwal ta' Nisa
Perċ
entwal ta' Rġ
çl
Il-Bord ta' l-Awtorita` tat-Turiżmu
0
100
Il-Bord tad-Direttorat ta' l-
Marketing & Promotion
0
100
Il-Bord tad-Direttorat ta' l-Product
Planning & Development
8
92
Il-Bord tad-Direttorat ta' l-
Human Resources & Support Services
0
100
Il-Bord tad-Direttorat ta' l-Enforcement
25
75
Il-Bord ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi
31
69
Iċ-chairpersons ta' dawn il-Bordijiet huma kollha rġiel.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Ministeru jispezzjonawx minn żmien għall-ieħor li kollox ikun sew fl-istrutturi tal-pontijiet u mini pubbliċi u li ma jkun hemm l-ebda periklu ta' xi kollass? Kull kemm isiru dawn l-ispezzjonijiet?
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ xi skema sabiex ikunu jistgħu jinxtraw garaxxijiet tal-gvern li huma mikrija?
Response (BORG, TONIO)
Sa issa m`hemmx ħsieb li l-Gvern joħroġ skema ġenerali sabiex ikunu jistgħu jinxtraw garaxxijiet tal-Gvern li huma mikrija. Pero` ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tikkunsidra kwalunkwe talba li ssirilha sabiex tinxtara proprjeta` tal-Gvern. Kull każ jiġi ttrattat skond iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tkun tista' titkompla Triq il-Mitħna, Bormla wara li din inqalgħet xhur ilu u tħalliet fi stat perikoluż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi Triq il-Mitħna nqalgħet u saret mill-ġdid mid-Direttorat tat-Toroq ta' l-Awtorita` dwar it-Trasport. Liema xogħol kien jikkonsisti fi qlugħ u l-kostruzzjoni tat-triq u l-estenzjoni tal-culvert tax-xita li nvolva wkoll resurfacing ta' Triq Matty Grima u l-Pjazza tal-Mitħna. Dan ix-xogħol kollu ilu lest ix-xhur.
Riċentement ġie nnutat li quddiem residenza partikolari kien qed joqgħod l-ilma u għalhekk saret dorga taħt il-bankina biex il-problema ġiet eliminata. Dan ix-xogħol ta' l-aħħar kien ħa ġurnata biex jitlesta'.
ETC — Laqgħat ma' kumpannija b arranija dwar impjieg fis-settur turistiku
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif intagħżlet il-kumpannija barranija li flimkien mal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ qed torganizza laqgħat għall-possibbilta' ta' impjieg fis-settur turistiku barra pajjiżna? Min huma? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ qiegħdha tagħmel parti minn kumitat fi ħdan l-Unjoni Ewropeja li jissejjaħ EURES .Dan il-EURES qiegħed sabiex jippromovi mobilita' fis-suq tax-xogħol bejn il-pajjiżi membri.
Għaldaqstant il-Korporazzjoni bħala l-Public Employment Service ta’ Malta ħatret Eures Manager u żewġ Eures Advisors sabiex dawn jkunu jistgħu jagħtu informazzjoni lil min jixtieq jaħdem barra minn pajjiżna.
Fil-fatt il-Korporazzjoni diġa' rċeviet diversi talbiet minn organizzazjonijiet barranin li jixtiequ jimpjegaw Maltin. Fost dawn kellna l-Kumpanija minn Wales li talbet numru ta’ Maltin sabiex jaħdmu bħala drivers u dan l-aħħar kellna agenzija f’Londra li qed titlob Maltin sabiex jaħdmu fis-settur turistiku.
Kif diġa' għidt dawn it-talbiet ser ikomplu jiżdiedu meta aħna nkunu fl-Unjoni Ewropeja. Għaldaqstant ma jkun hemm bżonn ta’ l-ebda ftehim bejn il-Korporazzjoni u dawn l-entitajiet.
B’sodisfazzjon ngħid li wara li għamlu l-intervisti dawn iz-żewġ entitajiet kellhom kliem ta’ tifħir għall-kapaċitajiet li għandhom il-Maltin fosthom fejn jidħlu lingwi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed issir verifika ta' xogħlijiet tat-toroq, bankini, eċċ. li jsir mill-kunsilli lokali? Jista' jgħid jekk ġewx investigati xi każi fejn xogħol ma sarx tal-livell? X'sar f'kull każ u f'liema lokalita' kienu dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-diversi kuntratti li jagħmlu l-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet fuq toroq, hemm speċifikat li għandu jkun hemm Contract Manager għal kull kuntratt. Ix-xogħol tal-Contract Manager hu proprju biex dan jara li x-xogħlijiet isiru skond l-ispecifications ta` l-istess Kunsill qabel isir il-ħlas mill-Kunsill.
Jekk Kunsill jirriżultalu li l-kuntratt ma jkunx qed jiġi osservat, dan għandu joħroġ id-'default notes' li jistgħu jirriżultaw fit-tnaqqis mill-ħlas lill-kuntrattur, u jekk il-Kunsill jara li hemm ksur persistenti tal-kuntratt, jista` wkoll iwaqqaf il-kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir mill-Maċina ta' l-Isla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Maċina ta' l-Isla hi parti mill-proġett tal-Kottonera u l-Gvern daħal f'kuntratt mal-Konsorzju Port Cottonera Ltd sabiex dan jiżviluppa l-Maċina. Il-konsorzju huwa obligat li jiżviluppa l-Maċina fi żmçn tlett snin mill-ħruġ tal-permess tal-MEPA. Ta' min jgħid li l-konsorzju applika għal permess lill-MEPA f'Settembru 2000 u ninstab infurmat illi s'issa l-applikazzjoni għadha pendenti.
Lecturers ta' l-Universita' — Pariri lill-istudenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx ġew investigati rapporti li xi lecturers fl-Universita' iħeġġu lill-istudenti sabiex ma jmorrux jgħallmu fl-iskejjel tal-Kottonera meta jiggradwaw bħala għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawn l-aħħar snin l-Universita' ma rċevietx rapport formali - bl-isem tal-lecturer u bit-dettalji ta' x'intqal - li jindika li ngħata l-parir imsemmi fil-mistoqsija ta' l-Onor. Membru. Mingħajr dawn id-dettalji imsemmija, l-Universita' ma tistax tinvestiga l-allegat tħeġġiġ minn xi lecturers sabiex l-istudenti ma jmorrux fl-iskejjel tal-Kottonera meta jiggradwaw bħala għalliema.
Information society in the EU — Stqarrija tal-Kummissarju tal-UE
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-istqarrija tal-kummissarju tal-Unjoni Ewropea responsabbli għall-informatika Liikanen meta qal: "The information society in the EU had started to take root but it now needed to shift up a gear in order to drive further growth"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti jaqbel li s-soċjeta' ta' l-informazzjoni fl-Ewropa qabdet sew iżda issa hemm il-bżonn li ngħaddu għat-tieni fażi fejn l-użu tat-teknoloġija jkun is-sors tat-tkabbir ekonomiku u titjib fil-kwalita' tal-ħajja. Il-politika elettronika tal-Gvern Malti dejjem kienet ibbażata fuq il-premessa li l-użu tat-teknoloġija għandu jiżdied mhux għal fini tat-teknoloġija innifisha imma għax dan l-użu jgħin biex il-Maltin itejbu l-livell ta' l-għixien tagħhom fil-waqt li l-produttivita' tas-settur privat tiżdied b'riżultat li jkun hemm effett pożittiv fuq il-prodott gross domestiku.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-e-business mill-aħħar stqarrija tal-ministru fejn wera ruħu diżappuntat bil-progress li l-e-business kien għamel f'pajjiżna sa dakinhar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn stħarriġ li sar dan l-aħħar mill-NSO jidher li l-użu ta' l-ebusiness f'pajjiżna qed jiżdied. Madanakollu għad baqa' ħafna xi jsir u l-Gvern bi ħsiebu jniedi numru ta' inizzjattivi biex iħeġġeġ l-użu ta' l-ebusiness f'Malta.
Għaqdiet ta' persuni bi bżonnijiet speċjali — Talbiet għall-aċċess ta' l-informatika
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet pendenti għall-access aħjar tal-informatika mill-għaqdiet ta' dawk bi bżonnijiet speċjali u b'xi forma ta' diżabilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Settur privat/soċjeta' ċivili — Sistema ta' l-informatika
Question
Il-gvern huwa sodisfatt bil-livell ta' koperazzjoni li jeżisti f'pajjiżna fl-informatika bejn is-settur privat u s-soċjeta' ċivili?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi ilu għal dawn l-aħħar tliet snin iħaddan politika ta' konsultazzjoni u sinerġija li permezz tagħha jġib flimkien lil diversi entitajiet fil-Gvern, is-settur privat u s-soċjeta' ċivili.
L-akbar pass f'dan ir-rigward kien it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali Konsultattiv dwar is-Soċjeta' ta' l-Informazzjoni li qiegħed iservi bħala katalista għal din il-koperazzjoni.
Il-gvern jaqbel ma' l-osservazzjoni li saret waqt public hearing organizzata mill-kummissjoni Ewropea fejn intqal
li: "
E-Europe seems to be currently too supply-oriented, it needs greater focus on adoption of ICT by users and stronger links to EU sector policies
"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-pjan ta' azzjoni eEurope hemm bilanċ tajjeb bejn l-oġġettivi li jimmiraw lejn id-disponibbilta' tat-teknoloġija w'oġġettivi oħra li jimmiraw biex joħolqu domanda għall-istess teknoloġija. It-tkabbir fl-użu tat-teknoloġija fost iċ-ċittadini Ewropej kien wieħed mill-oġġettivi ewlenin tal-pjanijiet ta' azzjoni ta' qabel l-eEurope 2005, jiġifieri l-eEurope 2002 u l-eEurope+. Il-pjan ta' azzjoni eEurope 2005 jibni fuq dak li sar taħt l-eEurope 2002 u l-eEurope+ 2003, u jimmira li jkabbar l-użu tat-teknoloġija f'diversi setturi ta' l-ekonomija għalkemm xorta jagħti importanza lill-problema tal-firda diġitali.
E-Europe fl-informatika — Twaqqif ta' public private partnerships
Question
Jista' il-Ministruj għid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqfu xi PPP's - public private partnerships fil-kontest tal-E-Europe fl-informatika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-implimentazzjoni ta' proġetti relatati mat-teknoloġija ta' l-informazzjoni l-Gvern ma' jeskludix li jidħol f'arranġamenti ta' public private partnerships.