Peress li l-isptar Monte Carmeli kienu tqassmu numru ta' pagers, jista' il-Ministru jgħid: 1) kemm tqassmu pagers? 2) Min kellu l-awtorita' li juża dawn il-pagers? 3) Kemm għad hemm pagers fl-użu u min għadu jużahom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' pagers li tqassmu fl-isptar Monte Karmeli jammonta għal 34.
It-tabella li ġeja turi lil minn tqassmu u kemm minnhom għadhom jintużaw.
Pagers li tqassmu
Pagers li għ
adhom jintuż
aw
Consultants
8
8
A/Manager Nursing Services
1
1
Departimental Nursing Manager
2
2
Senior House Officers
5
5
Foreman
1
1
Operations Manager
1
1
Principal Social Worker
1
1
Social Workers
10
8
Cleaning Supervisor
1
1
Chaplain
1
1
Night Superintendent
1
1
Transport Supervisors
2
1
Total
34
31
Il-kuntratt għall-għoti tal-pagers ġie iffirmat f'Ottubru 1996.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema partijiet ta' l-isptar Monte Carmeli se jkun permess it-tipjip wara April 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Isptar Monte Karmeli huwa eżentat mil-liġi tat-tipjip, li se tibda taħdem fil-5 ta' April, iżda ser jittieħdu provedimenti biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-ħaddiema fl-istess sptar.
Għawdex — Dipartiment tal-protezzjoni ċivili - assistance & rescue officer
Question
B'riferenza għall-MPO circular no. 8/2004 dwar posts of assistance and rescue officer in the department of civil protection (Gozo station), jista' il-Prim Ministru jgħid u jispeċifika x'inhuma other employment rights imsemmija fil-klawsola 6.2?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li “other employment rights” imsemmija fis-sejħa li għaliha qed issir referenza huma dawk id-drittijiet li l-applikanti magħżula jkunu qegħdin igawdu fl-impjieg tagħhom ma’ l-entità pubblika u li jkunu wirtu mill-impjieg preċedenti li kellhom mal-Gvern.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm fondi ivvotati għall-karnival għal kull sena separatament mill-1998 sa l-2004 u kemm minn dawn il-fondi attwalment intnefqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati l-principal officers mas-servizz pubbliku wara li dawn għamlu b'suċċess l-eżamijiet f'Settembru 2003, l-interviews f'Novembru/Diċembru 2003 u r-riżultat kien ħareġ f'Diċembru 2003?
Jista' jgħid kemm se jiġu impjegati u meta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 4623 fis-seduta numru 106 ta’ l-1 ta’ Marzu 2004. Nixtieq inżid li fil-ġimgħat li ġejjin ser isir l-ewwel ingaġġ minn fost il-kandidati li għaddew mill-eżami ta’ “Principal”.
Kif jispjega l-fatt il-Ministru li qal li l-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea għadha ma ddeċidietx dwar il-kwoti meta jirriżulta li hemm deċiżjoni tal-kummissjoni Ewropea li l-EU High Quality Beef Tarrif Rate Quota Allocation għal dan it-tip ta' laħam importat minn New Zealand hija ta' 291 tunnellata għas-snin 2003 u 2004 rispettivament?
Jista' għaldaqstant jinformani bil-pożizzjoni ta' meta pajjiżna jimporta aktar minn 1,000 tunenllata waħda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-High Quality Beef Tariff Quota ta’ l-Unjoni Ewropea qed tiġi diskussa mal-pajjiżi Membri u dawk li ser jissieħbu mal-Unjoni Ewropea biex jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ 25 pajjiż, fosthom Malta.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar it-talba tal-komunita' Rabtija sabiex ikun hemm aċċess għal ċimiterju ieħor fil-lokal minħabba li dak ta' Sta. Margerita huwa żgħir ħafna?
Fejn waslet din it-talba? Għaliex qed tieħu daqstant fit-tul meta ħafna familji Rabtin qed ikunu mċaħda li jidfnu lg-ħeżież tagħhom f'ċimiterju fir-Rabat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm kien hemm diversi attentati sabiex jinstab lok addatttat fejn jista' jinbena ċimiterju ġdid fil-limiti tar-Rabat, s'issa tali lok għadu ma' ġiex identifikat.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ngħid li għalkemm huwa minnu li ċ-ċeimiterju tar-Rabat mhux kbir, s'issa dejjem kien hemm spazju biżżejjed biex jilqa d-domanda għad-dfin tar-Rabtin. Ma' jirriżultax li fil-passat riċenti kien hemm xi Rabtin li kellhom jindifnu f'xi ċimiterji oħra barra mir-Rabat, minħabba nuqqas ta' spazju, kif qiegħed jiġi allegat.
B'referenza għall-każ li tressaq lid-Direttur tal-Biedja f'Għawdex li d-dettalji dwarhu jeq jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jinvestiga u jirrimedja l-problema ħalli l-bdiewa inkwistjoni ma jkomplux ikunu ostakolati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja mid-dipartiment kkonċernat.
Kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi reġistrati ġodda matul ix-xahar ta' Jannar 2004? Jista' il-Ministru jinfurmani bir-reġistrazzjoni għal istess xahar tas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi n-numru ta' vetturi ġodda hu kif ġej:
Jannar 2004 577
Jannar 2003 619
Jannar 2002 680
Jannar 2001 718
Jannar 2000 1,098
Kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi reġistrati f'pajjiżna llum? Jista' il-Ministru jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi n-numru ta' vetturi reġistrati f'pajjiżna hu kif ġej:
Jannar 2004 311,403
2003 310,570
2002 299,842
2001 290,018
2000 280,068
Minn dawn in-numru ta' vetturi liċenzjati hu kif ġej:
sa l-aħħar ta' Jannar 2004 269,806
2003 269,452
2002 261,329
2001 254,052
2000 246,825
Meta huwa maħsub li pajjiżna jibda jsegwi l-politika ta' l-Unjoni Ewropea u joħroġ 0.33% tal-GDP tiegħu (li bħalissa jitilgħu għal xi Lm4 miljuni) fis-sena fi proġetti ta' żvilupp fil-pajjiżi l-iżjed fqar?
Response (BORG, JOE)
Għalkemm fil-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li nżammet f'Monterrey fil-Messiku bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2002, l-Unjoni Ewropea għamlet pleġġ li tilħaq medja ta' 0.39 fil-mija tal-GNI tagħha bħala Assistenza Uffiċċjali għall-Iżvilupp (ODA), u kull Stat Membru qabel li jikkkontribwixxi ta' l-anqas 0.33 fil-mija tal-GNI bħala ODA, se jkun diffiċli għall-Istati Membri li għad iridu jaċċedu għall-Unjoni illi jilħqu il-livell mixtieq ta' ODA, minħabba limitazzjonijiet kemm finanzjarji kif ukoll ta' riżorisi umani li jiffaċċjaw. Madankollu, bl-għajnuna anki ta' l-organiżżazzjonijiet mhux governattivi lokali, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qed ifassal Karta dwar il-Politika Maltija għall-Iżvilupp, kif ukoll abbozz ta' Pjan ta' Azzjoni għat-twettieq ta' din il-politika fis-snin li ġejjin. Dawn id-dokumenti mistennija jitressqu għall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri fil-futur qarib. Il-Pjan ta' Azzjoni se jidentifika u jikkwantifika l-infieq attwali f'dak li huwa ODA minn naħa Maltija, kif ukoll se jipproponi kalendarju dwar kif il-figura ta' infiq fuq bażi nazzjonali tista' tiżdied fis-snin li ġejjin sabiex tilħaq il-perċentwali mixtieqa mill-Unjoni Ewropea.
Budget Rebate tar-Renju Unit — Fondi lill-Unjoni Ewropea
Question
Tikkonferma li parti mill-fondi 204 miljun Euro fis-sena li Malta se tagħti lill-Unjoni Ewropea se jmorru għall-budget rebate tar-Renju Unit biex tieħu lura dak li ħallset żejjed lill-fondi tal-UE? Għal kemm snin mistennija nħallsu dawn iż-2.4 miljun euro fis-sena?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'liema tip ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, ħlasijiet u allowances l-MPO approva l-ingaġġ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fis-segretarjat tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li l-persuna li isimha ntbagħat separatament ġiet ingaġġata fuq kuntratt definit fis-Segretarjat tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni fuq il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u bi ħlasijiet u “allowances” kif jidher fid-Dokument dwar “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats” kif maħruġ fit-12 ta’ Mejju, 2003.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat biex id-dritt ta' l-urgent leave li bdew igawdu minnu l-impjegati pubbliċi f'każ li jkollhom jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol biex jieħdu ħsieb persuna li jkollha bżonnhom malajr, jibdew ukoll igawduh dawk il-persuni li jiffurmaw koppja li qed tikko-abita u trabbi familja?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-impjegati pubbliċi ngħataw id-dritt tal-“Urgent Family Leave” permezz taċ-ċirkolari MPO Nru 9/2004. Din hija bbażata fuq l-Avviż Legali Nru 296/2003 li jistabbilixxi l-parametri ta’ dan il-benefiċċju, r-raġunijiet għalfejn dan il-benefiċċju jiġi wżat, u għal min huwa applikabbli. M’hiex l-intenzjoni li l-parametri jitwessgħu iktar fil-każ tas-servizz pubbliku.
Impjegati fis-servizz pubbliku jistgħu jużaw il-“vacation leave” tagħhom bil-proċeduri normali fil-każijiet li semma’ l-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3403, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-kont għar-Rescue Boat intbagħatx lill-kumpanija kkonċernata u jekk iva jekk dan tħallasx?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta bagħtet il-kont għall-użu tas-“SAR Boat Melita 1” lill-kumpanija kkonċernata fit-22 ta’ Jannar 2004. Dan il-kont għadu ma tħallasx.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żbalji fid-drawings ta’ l-air conditioning li sar f’Robert Sammut Hall u li minħabba f’hekk kellu jinqala’ xi xogħol u jsir mill-ġdid? Kemm sewa dan l-iżball?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ebda żball fil-pjanti ta' l-arja kundizzjonata ta' Robert Sammut Hall u fl-ebda stadju ta' l-installazzjoni ma kellu jinqala' xi xogħol u jsir mill-ġdid.
Jista’ il-Ministru jgħid min hu l-project manager għax-xogħol li qed isir f’Robert Sammut Hall, Floriana? Xi kwalifiki għandu f’dan il-qasam? X’responsabbilta` għandu fuq il-kwalita` tax-xogħol li qed isir? Min qed jimpjega dan il-project manager? Fuq liema kriterji twarrbu l-periti ta’ qablu minn fuq dan il-proġett? U xi kriterji ntużaw biex intgħażel il-project manager preżenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-project manager tal-proġett tas-Sala Robert Sammut huwa Dott. Claude Busuttil (konsulent fir-restawr), li huwa speċjalizzat fir-restawr. Dan l-inkarigu ngħata skond ftehim li jeżisti bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) u CMC (Freeport). Dan il-project manager huwa addattat għal dan it-tip ta' xogħol u kkwalifikat b'esperjenza fuq xogħolijiet simili oħra.