Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Persuna li ġiet rifjutata li tingħata mediċina b'xejn

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mediċina tad-diabete ġiet rifjutata lil persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta dan m'għandux mezzi finanzjarji la fil-banek u lanqas proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm familji jibbenefikaw mill-allowance tat-tfal? Kemm huma t-tfal li għalihom qed tingħata din l-allowance? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-allowance tat-tfal li ma ġewx aċċettati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ familji li qed jibbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal hu ta’ 35,617. In-numru ta’ tfal li ghalihom qed titħallas din l-allowance hu 58,473. Ninsab infurmat ukoll li mit-talbiet għat-tiġdid għal din l-allowance li saru għas-sena ta’ benefiċċju li bdiet f’Lulju 2003 ġew rifjutati 184.

Persuni b'diżabilita' — pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-pensjoni ta' l-invalidita', il-pensjoni għal diżabilita' u l-pensjoni speċjali għal diżabilita' separatament fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jinnota li taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali ma teżistix pensjoni speċjali għal diżabilita’. Jekk b’pensjoni speċjali għal diżabilita’ l-Onor. Interpellant qed jifhem dik il-pensjoni mhux kontributorja li hi bbażata fuq test tal-meżżi minbarra l-kundizzjoni tas-saħħa ta’ l-applikant, l-informazzjoni mitluba hi nkluża fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #4825 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'/Junior college — Studenti li jirċievu stipendju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-Universita' u fil-junior college separatament li qed jirċievu l-istipendju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' studenti universitarji li jieħdu stipendju hu ta' 5631. Dawn jinkludu l-istudenti ta l-Institute of Health Care. In-numru ta' studenti fil-Junior College li jircievu stipendju hu ta' 2708.
Leg 10 PQ #4336 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-pulizija/wardens — Ċitazzjonijiet

Question

Kemm kien id-dħul ta' flus globali li l-Gvern daħħal miċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Korp tal-pulizija u mill-wardens matul is-sena 2003 fuq ksur tar-regoli tat-traffiku, ksur tal-liġi, etc?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul globali ta` flus li l-Kunsill Lokali daħħlu miċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Pulizijja u mill-Gwardjani Lokali mill-1 ta` Jannar sal-31 ta` Diċembru 2003 kien ta` Lm1,603,782.00. Dan l-ammont hu in konnessjoni mal-kontravenzjonijiet li ġew delegati lill-Kunsilli Lokali. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tiġbor biss ħlas ta` kontravenzjonijiet tat-traffiku li jitħallsu barra mill-Qorti. Matul is-sena l-oħra dan kien jammonta għal Lm24,812.00.
Leg 10 PQ #4337 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet tat-traffiku — Pulizija

Question

Kemm kien in-numru ta' każijiet tat-traffiku rapurtati lill-pulizija matul l-2003 u kemm kineu l-każijiet rappurtati taħt is-sistema bumper to bumper? Huwa possibli li l-Ministru jinfurmani bin-numru tal-każijiet skond il-bliet u l-irħula ta' Malta u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċidenti tat-traffiku irrapurtati lill-Pulizija matul is-sena l-oħra kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-inċidenti front to rear, kif naħseb li jaf l-Onorevoli Interpellant, dawn ma baqgħux jiġu irrapurtati lill-Pulizija. Għaldaqstant il-Pulizija m`għandiex dan it-tagħrif.

Salvagwardji tal-biedja

Question

X'inhi r-raġuni li l-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali jistqarr fil-Parlament li s-salvagwardi tal-biedja mhux qed jiġu ppublikati biex ma jkunx hemm abbużi u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jistqarr li biex jadoperaw is-salvagwardji tal-biedja irid ikun hemm hardship anke skond kif iddikjarat fil-laqgħa tat-2 ta' Frar 2004 tal-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Barranin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant jew għadu ma qarax it-Trattat ta' Sħubija jew inkella għadu ma fehemx li l-klawżola ta' salvagwardja tiskatta f' każijiet fejn l-għixien tal-bdiewa jew xi industrija fis-settur agrikolu huwa mhedded serjament.
Leg 10 PQ #4339 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Biedja lokali

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'inhu eżatt, qasam b'qasam il-hardship fis-settur tal-biedja lokali sabiex jadoperaw is-salvagwardji tal-biedja lokali li rrefera għalih fil-laqgħa tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin tal-Parlament tat-2 ta' Frar 2004?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li s-salvagwardja li semmejt fil-qasam tal-biedja lokali mhix xi ħaġa li tistabilixxiha minn qabel, iżda tiġi determinata mill-effett li jista' jkollha l-importazzjoni fuq il-produzzjoni lokali. Bis-saħħa ta' din is-salvagwardja l-awtoritajiet Maltin ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa lis-settur tal-biedja, inklużi setturi speċifiċi. fil-każ li dawn jaffaċċjaw xi diffikulta' serja.

MEPA — Stabiliment biex jopera bħala take-away

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk l-istabbiliment li ismu qed jintbagħat separatament, għandux il-permessi u l-liċenzji meħtieġa biex jopera bħala take-away? Jekk fin-negattiv, jista' jieħu l-passi biex dan l-abbuż jieqaf?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sezzjoni ta’ Infurzar tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) investigat dan il-każ u rriżulta li hemm applikazzjoni pendenti mal-MEPA bir-referenza PA1194/03 għall-change of use from class 4 to class 6 and erection of fascia on facade. Instab ukoll li nħarget liċenzja minn-naħa tal-Malta Tourism Authority (mħallsa din is-sena) biex dan il-lok jiġi wżat bħala 'Confectionary' . Saret spezzjoni fuq il-post u ġie nnutat li l-lok qiegħed preżentament jintuża bħala 'Take Away' u qiegħed isir tisjir fil-post permezz ta’ fran. Is- sid u l-perit ġew infurmati li dan it-tibdil t' uzu ma jistax isir u għaldaqstant ġew mogħtija struzzjonijiet biex dan il-lok jinżamm magħluq sakemm ikun hemm permess maħruġ minn-naħa tal-MEPA. Is-sid qabel li jimxi ma’ dawn l-istruzzjonijiet u il-MEPA qegħda tagħmel monitoring tal-post.
Leg 10 PQ #4350 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Stabbiliment jopera bħala take-away

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk l-istabbiliment li ismu qed jintbagħat separatament, għandux il-permessi u l-liċenzji meħtieġa biex jopera bħala take-away? Jekk fin-negattiv, jista' jieħu l-passi biex dan l-abbuż jieqaf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi huwa kopert b`liċenzja mill-awtorita` regolatorja kif rikjest bl-Att ta` l-2001 dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap. 441).

Servizz tal-Karozzi tal-Linja

Question

Meta huwa kkunsidrat li s-servizz tal-karozzi tal-linja jibda jaħdem mingħajr sussidju mit-taxxi taċ-ċittadini u allura jkun iffinanzjat kollu kemm hu mill-biljett tal-passiġieri li jużaw dan is-servizz? Kemm kien dan is-sussidju s-sena li għaddiet u kemm huwa stmat li jridu jogħlew il-biljett tal-karozzi tal-linja biex is-servizz jitħaddem mingħajr sussidju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi f'Novembru 2003 sar qbil bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku fejn ġie maqbul illi s-sussidju għandu jispiċċa fi żmien tlett snin. Madankollu l-gvern huwa kommess li jibqa jissusidja n-noll tal-karta anzjan u ta' l-istudenti. Sadanittant l-ADT u l-ATP għadhom għaddejjin bid-diskussjonijiet kemm fuq it-tariffi kif ukoll fuq ir-riforma globali tas-servizz. Dan il-ministeru jikkunsidra bidla fit-tariffi kemm -il darba dan il-proċess ikun parti integrali mill-imsemmija riforma. Is-sussidju matul is-sena 2003 ammonta għal Lm1,405,000.

Manikata — Problema tad-drenaġġ

Question

Jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jinstab jekk il-problema tad-drenaġġ fil-Manikata hix maħluqa wkoll minn persuni li jrabbu l-majjali u li xi drabi jarmu l-ħmieġ tagħhom fis-sistema tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li għalkemm l-użanza li semma l-Onor. Interpellant spiss tikkawża problemi fis-sistema tad-drenaġġ, tkun fejn tkun, il-problema tad-drenaġġ fil-Manikat, hi riżultat ta' l-istat ħażin tal-mejn. Fil-fatt, bħala miżura temporanja biex tittaffa l-problema aktar minn 200m ta' dan il-mejn ser jinbidlu fi żmien qasir. Eventwalment trid tinbidel is-sistema kollha.

Għawdex — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għall-qtugħ tad-dawl f'Għawdex nhar il-Ħadd, 25 ta' Jannar 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-provista ta' l-elettriku f'Għawdex fil-25/01/2004 inqatgħet minħabba ħsara fuq il-linja tat-33KV li twassal l-elettriku mill-Mellieħa Distribution Centre għal Vendome Distribution Centre.

Għawdex — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dawl dam iżjed minn sagħtejn biex jiġi lura f'Għawdex wara li nqata' għal xis-6.00 p.m. nhar il-Ħadd 25 ta' Jannar 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li biex terġa lura l-provista ta' l-elettriku f'Għawdex kien hemm bżonn li jsir xogħol fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ġewwa Vendoma Malta. Għalhekk kien hemm bżonn ċerta ammont ta' ħin biex isir ix-xogħol meħtieġ kemm min-naħa ta' Malta kif ukoll min-naħa ta' Għawdex.

Malta — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema inħawi ta' Malta inqata' d-dawl nhar il-Ħadd 25 ta' Jannar, 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li apparti l-informazzjoni li ngħatat fir-risposta għall-interpellanza nru. 4348, il-provista ta' l-elettriku fil-25.01.2004 inqatgħet primarjament f'Għawdex, fiċ-Ċirkewwa Reverse Osmosis u Marfa Pumping Station f'Malta.

Kumpannija ta' l-għamara

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata tweġiba għat-talba urġenti li għamlet għall-fabbrika l-kumpannija ta' l-għamara li isimha qed jintbagħat separatament, li ilha li kitbet liċ-chairman tal-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp mis-27 ta' Novembru 2003 u tħalliet bla risposta?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kumpannija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet ġiet allokata fabbrika fil-Qasam Industrijali ta' Ricasoli fis-6 ta' Novembru 2002. Ir-rappreżentanti tal-Kumpannija kienu nteressati f'din il-fabbrika, iżda d-depożitu li kellu jitħallas fiż-żmien stipulat qatt ma tħallas lil MDC.

Spezzjonijiet fuq mini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar spezzjonijiet strutturali fuq il-mini ta' Santa Venera, dawk ta’ Triq Reġjonali u l-mina ta' taħt l-ajruport li tagħti għaż-Żurrieq? Meta nbniet kull waħda minn dawn il-mini? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport ta' kull waħda minnhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Spezzjonijiet fuq pontijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pontijiet prinċipali f'Malta u Għawdex li ġew spezzjonati biex jiġi żgurat li huma strutturalment tajba f'dawn l-aħħar għaxar snin jew mill-1994? Meta nbena kull pont? Meta kienet saret l-ispezzjoni ta' qabel? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4542 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ġenituri li tressqu l-qorti fuq assenteiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li tressqu quddiem il-Qorti fl-2003 talli ma bagħtux it-tfal l-iskola? Mil-liema lokalitjaiet kienu? Kemm kienu subien u kemm bniet? Kemm kien hemm minn dawn il-ġenituri li kienu riċedivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.