Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu ta' l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 47 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Abuse of public authority
1
Arson
8
Attempted offences
62
Bodily harm
143
Computer misuse
2
Crimes against public safety
1
Damage
284
Drugs
19
Forgery
2
Fraud
12
Illegal Immigration
15
Infanticide / abandon of child
1
Against morals/honour of family
3
Perjury & false swearing
1
Prostitution
3
Sexual offences
11
Theft
1157
Threats and private violence
10
Violence against public officer
15
Tista' l-Ministru tispjega d-dettalji li se jkun fih l-avviż li issa se jibda jintbagħat lill-benefiċċjarji kull sitt xhur minflok qabel kull depożitu tal-pagament fil-bank tal-benefiċċjarju, i.e. kull xahar? Tista' tgħid jekk il-benefiċċjarju hux se jibqa' jirċievi breakdown tal-pagament li jsirlu kull xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, kif diġa' ġie notifikat lill-persuni konċernati u anki mħabbar pubblikament permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Direttorat Ġenerali tas-Sigurta' Socjali, l-avviż ta' depożitu tal-benefiċċji soċjali direttament f'kont bankarju se jkun juri d-dati u l-ammonti depożitati fis-sitt xhur li jkunu għaddew u d-dati tad-depożiti li jkunu ser isiru fis-sitt xhur li jkunu ġejjin.
Ninsab infurmata wkoll li meta jkun hemm tnaqqis mill-benefiċċji biex jitħallsu flus lura dovuti lid-Direttorat, in-notifika lill-benefiċjarji ser tibqa' toħroġ kull erba' ġimgħat. Meta jkun hemm tibdil fir-rata tal-benefiċċju li tirrizulta minn tibdil fiċ-ċirkostanzi jew xi bidla oħra li taffettwa l-ħlas jew ir-rata tal-benefiċċju, il-benefiċjarji ser jirċievu l-korrispondenza uffiċjali li tindika t-tibdil fir-rata, is-sospensjoni jew twaqqif tal-benefiċċju, skond il-każ, kif kien isir qabel.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27062 u 27221 u jgħid kemm kienet in-nefqa sa' l-1 ta' Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f'Tal Qroqq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa sa l-1 ta’ Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f’Tal Qroqq kienet Lm205,432,400 mingħajr VAT.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u 27229 u jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27072 u 27225 u jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ftehim “Lump Sum” iffirmat f’April 2005 bejn il-Gvern ta’ Malta u l-konsorzju Skanska dwar il-bini u d-disinn ta’ Sptar Mater Dei rabat fis-sod żewġ elementi kardinali għat-tlestija tal-proġett ta’ l-isptar il-ġdid: is-somma li kellha titħallas lill-konsorzju Skanska jiġifieri Lm145.5 miljun (minbarra l-VAT) u d-data finali għat-tlestija tal-proġett jiġifieri l-1 ta’ Lulju 2007.
Il-Gvern żamm ma’ dan il-ftehim u l-ħlasijiet li saru lil Skanska (Skanska Malta Joint Venture) huma regolati minn dan l-istess ftehim.
Ħlasijiet lil Skanska għall-kuntratt “Design and Build” kif amendat bħala “Lum Sum” ammontaw għal Lm144,545,000, jiġifieri kważi miljun lira inqas minn dak miftiehem mal-konsorzju fil-ftehim ta’ April 2005.
Tibdil li sar fil-leġislazzjoni ta’ pajjiżna wara li ġie ffirmat il-kuntratt “Lump Sum” wassal għal spejjeż addizzjonali ta’ Lm397,114.81.
Skanska tħallsu wkoll Lm163,789.51 għal bini ta’ Data Centre u l-installazzjonijiet relatati – li ma kienux parti mill-kuntratt “Lump Sum” – Lm230,499.60 għal uffiċini temporanji għall-amministrazzjoni tal-proġett u Lm241,693.71 għal xogħlijiet addizzjonali ta’ faċilitajiet mediċi.
Ħlas ta’ VAT, li finalment jerġa’ jgħaddi lura għand il-Gvern, ammonta għal Lm24,259,026.
Spejjeż relatati ma’ speċifikazzjonijiet differenti ta’ l-isptar il-ġdid, jiġifieri qabel is-sena 2000, ammontaw għal Lm17,132,160, li parti minnhom tikkonsisti wkoll fi ħlas ta’ VAT u CET, l-ispejjeż relatati mal-proġett ta’ San Raffaele u t-tibdiliet li saru fil-proġett minn gvern Laburista fl-1997.
Bl-għan li jkun hemm proċedura waħda ċentralizzata u kordinata għal sigurtà u manutenzjoni f’dawk il-partijiet ta’ Sptar Mater Dei li kienu qed jitlestew u jgħaddu f’idejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, il-Gvern iddeċieda li jkun ferm aħjar għall-proġett jekk l-istess kuntrattur ewlieni jingħata l-inkarigu li jieħu ħsieb dan l-aspett importanti. L-ispejjeż relatati kienu ta’ Lm583,618.33 għall-perjodu ta’ bejn Settembru 2006 sa Lulju ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-areas iddentifikati bħala caravan sites? X'permessi huma mitluba biex persuna tkun tista' tikkampja x'imkien f'Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-areas iddentifikati bħala caravan sites? X'permessi huma mitluba biex persuna tkun tista' tikkampja x'imkien f'Malta?
Tweġiba :
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-siti indikati għal karavans fil-pjanijiet lokali huma dawn:
Il-Marfa
Il-Ponta taż-Żonqor
Baħar iċ-Ċagħaq
Il-Bajja ta' San Tumas
It-tieni parti tal-mistoqsija ma taqax taħt ir-responsabbiltajiet tal-ministeru tiegħi.
Liema huma l-kriterji li se jintużaw fl-assessment li se jsir rigward dawk l-impjegati tad-Dwana li applikaw għal fizzjali? Kif se tkun ir-relazzjoni bejn l-esperjenza, servizz u kwalifiki? Apparti l-eżami bil-miktub, l-interview x'saħħa se jkollu fil-proċess ta' l-għażla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-kandidati kollha li jġibu mill-inqas il-passmark f’kull waħda miż-żewġ karti ta’ l-eżami bil-miktub (jiġifieri 60% jew 120 marka minn 200 marka) jiġu msejħa jattendu għall-intervista.
L-intervista għandha massimu ta’ 100 marka. Il-passmark globali ta’ l-eżami hija ta’ 60%, jiġifieri ta’ 60% ta’ 500 marka. La darba, il-kandidati jgħaddu mill-ewwel parti ta’ l-eżami (dik tal-kitba) u jġibu mill-inqas 60% tal-500 marka, dawn jitqegħdu fil-pożizzjoi ta’ l-ordni tal-mertu skond il-marka globali li jġibu.
Il-proċess ta’ l-interviews huwa immirat biex ikunu assessjati l-kwalitajiet personali tal-kandidati bħal intelliġenza, altertness, kapaċità u tagħrif ġenerali, il-għarfien tal-proċeduri u l-ħidmiet tad-Diviżjoni tad-Dwana, speċjalment fil-kuntest tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-kriterji li se jintużaw fl-assessment mill-Bord ta’ l-Għażla huma dawk approvati mill-Bord tad-Dixxiplina u huma mqassmin hekk:
Tagħrif relatat: 40%
Esperjenza: 30%
Kwalifiki: 10%
Abilitajiet/Personalità 20%
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Largactel 100 mg la qed jingħataw lill-pazjenti u li jinħtieġuhom f'Mt Carmel Hospital u lanqas qed isibu jixtruhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli Chlorpromazine 100mg qatt ma kienet out of stock fl-isptar Monte Carmeli. Huwa l-konsulent li jiddeċiedi liema pilloli jieħdu l-pazjenti taħt il-kura tiegħu.
Peress li Triq il-Mitħna fix-Xewkija, Għawdex għandha bżonn ta' manutenzjoni mmedjata peress li l-istat tat-triq qed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti, tista' l-Ministru tara li din it-triq tingħata l-attenzjoni immedjatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li fit-triq imsemmija saret manutenzjoni meta kien hemm bzonn.
Jista' l-Ministru jgħid mingħand min ġew mikrija l-karozzi li għandha l-ETC, meta sar il-kuntratt u meta se jiġi tterminat? Kemm hi r-rata tal-kirja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-KXT tuża is-sistema tal-Leasing, fejn dan il-kuntratt ġie mogħti lil Paul & Rocco Ltd – Gżira. Il-kuntratt sar fis-7 ta Lulju 2006 u jgħalaq fis–6 ta’ Lulju 2010, dan jista jkun imġedded għal massimu ta’ sitt xhur wara din id-data. Ir-rata ta’ kull karozza hija ta’ Lm4.50 ghal kull karozza kuljum.
Kemm il-working permit validu hemm li nħarġu mill-ETC lill-immigranti llegali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ permessi tax-xogħol li huma validi fl-1 ta’ Awissu 2007 u li nħargu mill-KXT lill-immigranti illegali hu ta’ :-
- Refugjati 75
- Persuni li ghandhom protezzjoni umanitarja temporanja 562
-
Asylum Seekers
139
Total 776
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu re-considerations quddiem il-bordijiet tal-MEPA matul dawn l-aħħar xahrejn, ġimgħa b'ġimgħa? Jista' jgħid kemm hemm re-considerations pendenti u kemm ilhom li t-talbiet daħlu għand il-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-lista bin-numru ta' reconsiderations li telgħu quddiem il-bordijiet ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tinsab fis-sistema ta' l-informatika tal-website ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u kulħadd għandu aċċess għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu appuntati n-nursing officers u d-deputy nursing officers li l-applikazzjoni għal dawn il-postijiet ħarġu f'April 2007? X'inhuma l-kriterji stabbiliti għall-għażla ta' dawn l-uffiċjali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' Nursing Officer u Deputy Nursing Officer qed jiġu pproċessati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC). Il-kriterji għall-għażla ta' dawn l-uffiċjali huma dawk stabbiliti mill-istess Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Wied is-Sewda/Wied Inċita, Wied il-Kbir u Wied ic-Cawsli f'Hal Qormi, ġewx imnaddfa matul dan is-sajf? Jekk ġew imnaddfa, meta ġew imnaddfa u x'tip ta' xogħol ta' tindif sar?
Jista' jgħid jekk sarx tindif tas-sistema minn fejn jgħaddi l-ilma tal-widien f'Hal Qormi għal Marsa u li madwar sentejn ilu kienet ġiet imkabbra u estiża, ġietx imnaddfa u mantenuta, biex jiġi assigurat li malli jibda l-istaġun tax-xita, l-ilma ma jkollux problema biex jibqa' għaddej u ma jikkawzax għargħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi Wied iċ-Ċawsli ġie mnaddaf kollu bejn it-13 u l-20 ta’ Awissu 2007. Parti minn Wied il-Kbir ġie mnaddaf ukoll fl-istess perjodu. Sar tindif, kif ukoll xogħol ta’ tiswija ta’ lqugħ għall-ilma f’ Wied is-Sewda matul din is-sena bejn l-24 t'Awissu u l-5 ta' Settembru. Sar ukoll tindif fejn il-Pumping Station f’Wied is-Sewda għax rega’ ntrema materjal tal-kostruzzjoni kif ukoll sar xogħol ta' tneħijja ta' skart illegali u twittija ta' l-art tul 150 metru. Il-korsa ta’ l-ilma li tgħaddi madwar il-korsa taż-żwiemel ġiet imnaddfa bejn it-12 ta’ Lulju u l-11 ta’ Awissu 2007. Ix-xogħol ta' tindif fuq il-korsa ta’ l-ilma li ġiet imwessa fl-aħħar snin tlesta ukoll.
Ħafna mit-tindif kien jikkonsisti fit-tneħħija ta’ rimi ta’ skart illegali u materjal li nġarr bl-ilma tax-xita.
Jista' l-Ministru jispjega dwar il-proġett li sar rapportaġġ dwaru f'The Times, tat-8 ta' Awissu, 2007 jiġifieri l-mina proposta li tinbena biex tieħu l-ilma tax-xita u b'hekk itaffi l-ilmijiet tax-xita mit-toroq f'ċerti inħawi f'Malta, u jiġi evitat l-għargħar, b'liema mod se taffettwa l-ilmijiet kbar ta' xita li jgħaddu minn Hal Qormi u li mhux l-ewwel darba ikkaġunaw għargħar serju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-proġett tal-mini li sar rappurtaġġ dwaru fit-Times tat-8 ta’ Awissu, 2007 jagħmel parti mill-proposti li qed ikunu evalwata fl-Storm Water Master Plan. Permezz ta’ sistema ta’ mini hu maħsub li diversi catchments ikunu magħquda flimkien biex l-ilma li jinġabar ikun jista’ jiġi maħżun u wżat bħala second class water. Hu maħsub li din is-sistema ta’ mini, li parti minnhom tkun għaddejja min-naħa ta’ fuq tal-catchment ta’ Ħal-Qormi, jiġifieri fil-konfini ta’ bejn Ħal-Qormi, Ħaż-Żebbug u Attard, tkun tista’ tilqa' fiha ammont ta’ ilma tax-xita li jaqa’ fuq dawn iż-żoni qabel ma dan jasal Ħal-Qormi u b’hekk jitnaqqas l-ammont ta’ ilma tax-xita li llum jgħaddi minn Ħal-Qormi. Dan ix-xogħol hu parti minn proġett estensiv ta' 2nd class water harvesting u prevenzjoni tal-għargħar, proġett li jqum madwar 70 miljun Ewro u li ser jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja.
Barra minnhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li bil-proġett ta' kontra l-għargħar li sar fl-aħħar snin mill-Ministeru il-problema ta' l-għargħar fiż-żona ta' Ħal Qormi u l-Marsa ġiet imtaffija. Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta' watercourse minn Triq Manwel Dimech għal Triq l-Iljun u jgħaddi mill-Marsa Sports Grounds u jibqa' sejjer sal-Menqa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ADT għamlet sinjali sofor doppji ma' showroom li għadha mhix tintuża fi Triq Dun Ġorġ Fenech, Ħal Qormi, flimkien ma' żewġ sinjali fuq il-bankina li huma speċifikament maħsuba biex jaqdu dan l-istabbiliment u dan meta diversi drabi l-ADT tinsisti li mhix il-policy tagħha li tiffavorixxi stabbilimenti kummerċjali għal dak li huwa parking eċċ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irizulta li kemm il-linji sofor kif ukoll it-tabelli li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ma ġewx approvati mit-taqsima.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? X'tip ta' prodotti jimmanifatturaw u kemm hemm impjegati f'kull fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Rigward l-impjegati nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.