Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4682 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħatra ta' ambaxxaturi ġodda?

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkunu appuntati ambaxxaturi ġodda? Jekk iva, min huma u fejn se jkunu posted jew għal liema pajjiżi/organizzazzjonijiet se jkunu akkreditati?

Response (BORG, JOE)

B'risposta għall-Mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant dwar postings ta' Ambaxxaturi ġodda fil-ġranet li ġejjin, is-Sur Godwin Montanaro se jinħatar bħala l-Ambaxxatur ġdid Malti għall-Marokk, u se jkun residenti f'Rabat , u kif diġa tħabbar mill-Prim Ministru, is-Sur Richard Cachia Caruana se jkun id-Delegat Permanenti u b'effett mill-1 ta' Mejju ta' din is-sena r-Rappreżentant Permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell.
Leg 10 PQ #4683 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Commonwealth heads of government meeting

Question

Issa li sar magħruf li l-commonwealth heads of government CHGOM meeting li jmiss se jsir f'Malta, jista' il-Ministru jgħid xi preparamenti qed isiru? Hemm xi ħsieb li titwaqqaf task force biex tieħu ħsieb dawn il-preparamenti? Jekk se titwaqqaf task force, min se jkun il-kap tagħha u min se jkunu l-uffiċjali l-oħra? X'back up support qed jingħata jew se jingħata mill-commonwealth innifisha għat-tħejjijiet loġistiċi għal din il-konferenza?

Response (BORG, JOE)

Fil-bidu ta' Frar ta' din is-sena il-Kabinett tal-Ministri iddeċieda sabiex jitwaqqaf Interministerial Steering Committee biex jieħu ħsieb it-tħejjijiet għall-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM), li Malta se tospita fl-2005. Dan il-Kumitat se jkun taħt il-presidenza ta' persuna nominata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u se jkun jiġbor fih rappreżentanti tal-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin, tal-Ġustizzja u Intern u tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi. Il-Kumitat se jkun jista' jitlob l-għajnuna u l-appoġġ ta' Ministeri oħrajn tal-Gvern kif ukoll entitajiet pubbliċi fit-twettiq tal-ħidma tiegħu. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għamel kuntatt kemm mas-Segretarjat tal-Commonwealth, kif ukoll mal-Foreign and Commonwealth Office Ingliż dwar dan l-avveniment, u dawn huma wkoll lesti sabiex jgħinu f'kull aspett possibbli fit-tħejjijiet għal din il-Konferenza.
Leg 10 PQ #4684 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħatra ta' second secretary

Question

Wara li tħabbar ir-riżultat għall-ħatra ta' second secretary, jista' il-Ministru jgħid kemm għaddew minn dan l-eżami, kemm ħadu l-ħatra u hemmx xi ħsieb li tingħata l-ħatra lill-kumplament tal-kandidati li għaddew minn dan l-eżami?

Response (BORG, JOE)

Disgħa u sittin kandidat għaddew mill-proċess selettiv, li tmexxa taħt il-proċeduri stabbiliti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li nżamm bejn Novembru u Diċembru 2002, għal ingaġġ bħala Second Secretary fil-Korp Diplomatiku Malti. Sa llum, sebgħa u għoxrin kandidat ħadu l-ħatra ta' Second Secretary, filwaqt li ħames kandidati oħra ngħataw il-permess li jkollhom il-ħatra tagħhom posposta għal ftit taż-żmien, disgħa mill-kandidati magħżula irrifjutaw il-ħatra bħala Second Secretary taħt dan il-proċess selettiv, b' kollox wiehed u erbgħin mid-disgħa u sittin kandidati li għaddew. Ir-riżultat tal-proċess selettiv, li ġie ippubblikat fit-22 ta' Mejju 2003, jibqa' validu sa sena minn din id-data, cioe' sal-21 ta' Mejju, 2004. Il-Ministeru qieghed gradwalment jimla' l-vakanzi kollha li għandu skond l-estimi finanzjarji approvati għal din is-sena.
Leg 10 PQ #4687 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Diplomatic passports

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu diplomatic passports mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn? Jista' jagħti dettalji dwar il-kategoriji ta' persuni lil min inħarġu?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija numru 3715. Minn informazzjoni li ksibt mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, in-numru ta' passaporti diplomatiċi li nħarġu mill-15 ta' Jannar 2004 sal-5 ta' Marzu 2004 hu ta' 6.
Leg 10 PQ #4739 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Koperattiva linen services

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-koperattiva linen services kellha tieħu mingħand il-gvern fil-31 ta' Diċembru 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' Diċembru 2003 l-KOLS Ltd kellha tieħu l-flus kif ġej. St. Luke's Hospital Lm184,251.70ċ Primary Health Care Lm 3,465.78ċ Head Office Lm 121.44ċ Mount Carmel Lm 7,479.08ċ S.V.P.R. Lm 969.11ċ Gozo General Hospital Lm 53,792.48ċ _____________________________________________________________ Total Lm250,079.59ċ _____________________________________________________________
Leg 10 PQ #4740 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Suppliers tal-mediċini — Ħlas pendenti mill-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dejn tal-gvern fil-31 ta' Diċembru, 2003 mas-suppliers tal-mediċini u medical equipment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-31 ta' Diċembru 2003, is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern kellu jħallas Lm9,797,564. Minn dawn f'Jannar 2004 id-Dipartiment ħallas Lm2,480,295.95ċ u fi Frar 2004 ħallas Lm2,000,000 oħra

Bormla — Triq ix-Xatt - blokki ta' lava antika

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-blokki ta' lava antika li nqlagħu minn Triq ix-Xatt, Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi fuq arranġamenti li kienu saru bejn id-Direttorat tat-Toroq u l-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera, il-kuntrattur kien ġie mitlub biex jerfa l-blokki tal-lava għandu sakemm il-Kumitat ikun jista jipprovdi post fejn jintrefgħu.
Leg 10 PQ #4767 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — Każ dwar kawża

Question

Jaf il-Ministru li l-proċess (kumpilazzjoni) fil-kawża fl-ismijiet li qed jintbagħtu separatament li kien ġie differit sine die mill-qorti tal-maġistrati (Malta) bħala qorti istruttorja mill-Maġistrat Noel Cuschieri ma jistax jiġi intralċjat? Jista', fiċ-ċirkostanzi, jagħti dawk id-direttivi u ordnijiet neċessarji sabiex il-proċess jiġi intralċjat u jekk xorta ma jinstabx il-proċess, jordna inkjesta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond l-atti miżmuma fir-Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta), din il-kumpilazzjoni tinsab quddiem il-Maġistrat Antonio Mizzi.
Leg 10 PQ #4768 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

qrati — Volum 36 tal-mandati tal-kummerċ

Question

Jaf il-Ministru li l-volum 36 tal-mandati tal-kummerċ tal-1995 huwa mitluf? Jista' jagħti dawk id-direttivi u ordnijiet neċessarji sabiex dan il-volum jiġi intralċjat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-volum numru 36 tal-Mandati tal-Kummerċ qiegħed fir-Reġistru Superjuri u dan qiegħed allegat ma` proċess ċitazzjoni numru 1416/98 liema kawża qegħda differita għas-16 t`April 2004.
Leg 10 PQ #4773 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Vakanzi għall-post ta' senior technical officer fil-Ministeru għal Għawdex

Question

B'riferenza għall-MPO circular 45/2003 dwar posts of senior techical officer (works branch) in the department for projects and developments, Ministry for Gozo, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li abbażi tagħhom saret l-għażla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-kriterji li abbażi tagħhom saret l-għażla li għaliha qed tagħmel riferenza l-Onorevoli Interpellant, skond kif approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kienu kif jidher hawn taħt: Related Knowledge 30 Relevant Experience 25 Abilities required in the post (eg: Leadership, etc) 20 Qualifications 15 Personal Qualities 10 maximum 100 minimum 50
Leg 10 PQ #4774 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ċelebrazzjonijiet ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm fondi allokati u/jew kemm huma stmati li se jiswew il-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemmx fondi allokati speċifikament taħt il-vot tal-Ministeru għal Għawdex għall-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex. Il-programm ta' dawn il-festi propost mill-Ministeru għal Għawdex huwa stmat li jiswa Lm15,000.
Leg 10 PQ #4782 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorita' Maltija tat-turiżmu

Question

Ladarba qegħdin f'Marzu, jista' il-Ministru jinformani x'inhuma l-miri tal-Malta tourism authority għas-sena 2004, ċifri ta' turisti li se jiġu fis-sena 2004 u dan minn kull suq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Miri ta' l-MTA huma li l-industrija tat-turiżmu f'Malta tirkupra minn nuqqasijçt f'volumi ta' turisti li kçnu ġew reġistrati f'dawn l-aħħar tlett snin. Dan it-tnaqqis fil-volum għandu jkun evalwat fil-kuntest ta' żçdçt fl-infçq mit-turisti kif kçn iddikjarat mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Fuq bażi ta' informazzjoni miġbura minn operaturi ta' linji ta' l-ajru, tour operators u sorsi oħra fis-settur, il-projections għas-sena 2004 huma kif ġej: Renju Unit 467,000 Ġermanja 127,000 Italja 100,000 Franza 76,000 Olanda 40,000 Belġju 23,000 Awstrija 28,000 Svizzera 22,000 Pajjiżi Skandinavi 43,000 Spanja 12,000 Oħrajn 199,000 Total 1,137,000 Wieħed għandu jħares lejn dawn iċ-ċifri fl-isfond ta' suq li sejjer iħalli ħafna għall-aħħar biex jiddeċçdi, u anke fid-dawl ta' impatti bħal-dawk li seħħew fi Spanja il-ġimgħa l-oħra jistgħu ikollhom fuq vjaġġi lejn destinazzjonjçt Ewropej.

Fonadazzjoni Eden

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk tnaqqsux il-fondi li kienu jingħataw lil Fondazjoni Eden mill-Ministeru għal Politika Soċjali? Fil-każ b'kemm? Kemm se jingħataw b'kollox issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-2002 il-Fondazzjoni Eden rċeviet Lm29,700 minn fondi amministrati mill-Ministeru tiegħi. Dawn kienu magħmula minn Lm20,000 rakkomandati mill-NGO Project Selection Committee u Lm9,700 għal servizzi skond ftehim dwar il-Community and Inclusion Programme. Matul l-2003, il-Ministeru tiegħi irriserva Lm29,500 lill-Fondazzjoni Eden, mqassma hekk: Lm10,000 fuq rakkomandazzjoni tal-NGO Project Selection Committee u Lm19,500 a bażi tal-ftehim dwar Community and Inclusion Programme. Ninsab infurmat li dawn il-flus kollha għaddew lill-Fondazzjoni Eden ħlief Lm9,800 għax għadha ma ġietx mibgħuta l-invoice; hekk kif tasal l-invoice, dawn il-flus jinħarġu. L-ammont ta’ fondi li ser jingħataw lil NGOs li applikaw għas-sena 2004 għadhom qed jiġu diskussi. Ninforma l-Onor Interpellant li minbarra dawn il-fondi, matul l-2003, l-Awtorita’ tad-Djar, li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħi, għaddiet lill-Fondazzjoni Eden dar ġewwa Ħal Luqa bi prezz sussidjat ħafna. L-istess Awtorita’ iffinanzjat ix-xogħol li kellu bżonn isir f’din id-dar.
Leg 10 PQ #4785 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tnaqqis fil-fondi tal-Fondazzjoni Eden — Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk tnaqqsux il-fondi li kienu jingħataw lil Fondazzjoni Eden mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? Fil-każ b'kemm? Kemm se jingħataw b'kollox issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Anzjani residenti f'St Vincent De Paule — Bonus imnaqqas

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-anzjani residenti f' St Vincent De Paule Residence u fi Djar oħra ta' l-Istat hux qed jittieħdulhom 60% tal-bonus ecc fil-każ ta' dawk li diġa qed jittiħdilhom il-massimu mill-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, anzjani li f’dik id-data kienu qiegħdin fir-Residenza San Vinċenz de Paule jew fil-ward fejn jingħata livell għoli ta’ kura fid-dar ta’ l-Imtarfa jitnaqsilhom 80% tal-pensjoni u tal-bonus u 60% ta’ dħul ieħor, wara li titnaqqas it-taxxa jekk ikun il-każ, sa massimu ta’ Lm13.50 kuljum, iżda bil-provediment li dejjem jibqghalhom f’idejhom Lm600 fis-sena. Fil-każ ta’ residenti fi djar oħra tal-Gvern għall-anzjani t-tnaqqis mill-pensjoni, bonus u dħul ieħor isir bir-rata ta’ 60%, dejjem wara li titnaqqas it-taxxa jekk ikun il-każ u bil-provediment li jibqgħalhom f’idejhom Lm600 fis-sena.

Bus shelters ġodda

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani kemm-il bus shelter ġdid sar, lokalita' b'lokalita' f' dawn l-aħħar 12- il xahar f' tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi u Pembroke? Kemm hemm previsti li jsiru f' din is-sena, u kemm-il talba hemm mill-Kunsilli ta' dawn il-lokalitajiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li kienu jaħdmu bħala public attendants

Question

Kemm u min huma l-persuni li kienu jaħdmu bħala public attendants u li fi Frar 2004 ġew trasferiti sabiex jagħmlu xogħol ieħor?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema li kienu jaħdmu bħala public attendants u li fi Frar 2004 ġew trasferiti biex jagħmlu xogħol ieħor kienu dawn:- Carmel Ambinett 571861 M Bartholomeo Sciberras 314961 M George Farrugia 867350 M Bernard Fenech 781659 M Remigio Sacco 339650 M Charlie Pace 716357 M Carmelo Galea 535155 M Anthony Farrugia 8453 M Carmelo Vella 440559 M Anthony Caruana 843048 M Dawn ġew trasferiti bħala parti mill-proċess ta' Restructuring tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Leg 10 PQ #4789 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kunsill Reġjonali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-Oppożizzjoni Laburista mhix rappreżentata fil-Kunsill Reġjonali għal Għawdex? Ma jidhrilhiex li bl-esklużjoni ta' l-Oppożizzjoni il-gvern qed ikun esklussiv u joħnoq kull possibbilta' ta' djalogu u diskussjoni li l-Oppożizzjoni għandha kull dritt li tiġi nvoluta fihom bħala rappreżentant tal-poplu Għawdxi wkoll?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx rappreżentanza politika fil-Kumitat Reġjonali għal Għawdex.

Festi tal-Karnival — Premju Best of the Best

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-premju Best of the Best fil-Karnival din is-sena ma ngħatax? Jista' in oltre jgħid it-trofew tal-fidda fejn qed jinżamm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Kummisjoni Nazzjonali Folklor waqqaf għal din is-sena biss il-Premju Best of the Best. Ir-raġuni li ma ingħatax il-premju din is-sena hi li il-Kummisjoni qed tirrevedi il-proċess ta' kif jiġi allokat dan l-unur. It-trofew qed jinżamm fl-uffiċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.