Legislature:
Category:
Reset
Active:

Interprint Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpannija Interprint? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-snin 1980, 1990, 2000 u 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Interprint twaqqfet fl-14 t'Ottubru ta' l-1975. In-numru ta' ħaddiema fis-snin li talab l-Onorevoli Interpellant kien kif ġej - 1980 178 1990 93 2000 51 2003 51

Fgura — Triq il-Ward tax-Xemx - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li Triq il-Ward tax-Xemx fil-Fgura tingħata wiċċ xieraq peress li hi ta' inkonvenjent kbir għar-residenti li ilhom joqogħdu hemm ħafna snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Ward tax-Xemx hija triq asfaltata u għalhekk il-Kunsill Lokali huwa responsabbli mill-manutenzjoni tagħha.

Bormla — Triq W. Rosato - Karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi kkonsidrata t-talba tar-residenti ta' Triq W. Rosato, f'Bormla sabiex il-karozzi tal-linja lejn l-Isla ma jgħaddux minn din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-karozza tal-linja ta' l-Isla li toħroġ bin-numru ta' r-rotta 3, mill-Belt lejn l-Isla ma tgħaddix minn Triq W. Rosato. Fil-fatt hija r-rotta ċirkolari bin-numru 22, bejn l-Isla/Bormla u Wied il-Għajn li tgħaddi minn din it-triq. Għaldaqstant, flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku ser tiġi ikkunsidrata din it-talba.

Djar — Tiswija f'appartament tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fl-appartament ġdid li ħadu koppja anzjana li d-dettalji tagħhom qed jidhru separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Malta Enterprise — Xogħol ta' konsulenza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4679, jista' il-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' konsulenza li qed tagħmel persuna li isimha qed jintbagħat separatament, mal-Malta Enterprise? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata hija mpjegata mal-Malta Enterprise bħala Konsulenta w responsabbli għall-investiment barrani, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Ġermanja. Hija għandha esperjenza vasta tas-suq u ta' l-industrija Ġermaniża. Il-Malta Enterprise mhix f'pożizzjoni li tagħti kopja tal-kuntratt peress li dan huwa kunfidenzjali.
Leg 10 PQ #4818 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant permanenti għall-UE — Pakkett finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-pakkett finanzjarju li se jiġi offrut lil rappreżentant permanenti għall-Unjoni Ewropea li ismu qed jintbagħat separatament, se jiġi finalizzat qabel jinħatar il-kabinett il-ġdid? Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jaġġorna lill-Kamra dwar dan il-pakkett finanzjarju flimkien ma' benefiċċji oħrajn lill-istess persuna? Jekk le, jista' jintrabat li jippubblika dettalji ta' dan il-pakkett finanzjarju ġaladarba jiġi konkluż u ffirmat? Se jkun hemm xi indemnity jekk dan il-kuntratt jiġi mitmum qabel iż-żmien?

Response (BORG, JOE)

Risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 10 PQ #4827 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-iskejjel sekondarji tal-gvern u tal-privat jew tal-Knisja separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' studenti fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti huwa hekk: Skejjel tal-Gvern 18,733 Skejjel tal-Knisja 7,656 Skejjel Indipendenti 2,334
Leg 10 PQ #4828 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Għalliema

Question

F'din is-sena skolastika li ninsabu fiha, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fil-junior college ta' l-Imsida? Kemm hemm impjegati fl-uffiċini ta' dan il-kulleġġ? Kemm kien in-numru ta' għalliema u impjegati fl-uffiċini ta' l-istess kulleġġ fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fis-sena akkademika li ninsabu fiha, hemm 178 għalliem fil-Junior College u 12-il impjegat fl-uffiċini. Fis-sena akkademika li għaddiet kien hemm 181 għalliem u 12-il impjegat fl-uffiċini.

Raba' agrikola

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tomna raba' agrikola hija reġistrata u tinħadem? Kemm-il tomna raba' hija dwieli u kemm-il tomna għandna bis-siġar taż-żebbuġ? X'garanzija għandhom dawn il-bdiewa li ma joħorġux permess tal-bini f'dan ir-raba' li ntnefqu eluf kbar ta' liri biex saru msaġar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-raba' reġistrat mad-Dipartiment tal-Agrikoltura fl-iskema tal-Amministrazzjoni u Kontroll ta' Art Agrikola (IACS) jammonta għal 13,896 ettari. Dwieli ġew reġistrati 650 ettari filwaqt li ġew reġistrati 7,766 siġar taż-żebbuġ li bejn wieħed u ieħor ilaħħqu xi 570 ettari. Il-permessi tal-bini joħorġu mill-Awtorita' ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skond il-'policies' tal-Pjan ta' Struttura u l-Pjan Regulatur.
Leg 10 PQ #4830 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2002

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-uffiċċju tiegħu sabiex jara min kien responsabbli u li ma jiġux ripetuti l-istess nuqqasijiet u diskrepanzi ta' eluf kbar ta' liri Maltin li ġew murija fir-rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2002?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Peress li mhux ċar għal xiex qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, nitolbu jkun aktar speċifiku. B’mod ġenerali jista’ jingħad li kull Ministeru jagħti l-attenzjoni xierqa lill-osservazzjonijiet ta’ l-Awditur Ġenerali.

Koperattiva Indafa Pubblika — Proċess ta' likwidazzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk bediex jew fiex wasal il-proċess ta' likwidazzjoni tal-koperattiva indafa pubblika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Koperattivi għadu ma bediex il-proċess tal-likwidazzjoni tal-Koperattiva Indafa Pubblika Ltd. peress li għad hemm xi proċeduri kriminali pendenti kontra l-koperattiva.
Leg 10 PQ #4832 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Priġunieri li jittieħdu għall-kura

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn qed jinżammu l-ħabsin li jittellgħu għall-kura fl-isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ħabsin li jittellgħu għall-kura fl-isptar Monte Karmeli qed jinżammu fil-Forensic Unit.

Dipartiment ta' l-artijiet — Garaxxijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-garaxxijiet/store li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex okkupati minn entitajiet jew dipartimenti tal-gvern jew inkella jekk humiex okkupati mingħajr titolu minn individwi privati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern il-garaxxijiet indikati mill-Onorevoli Interpellant huma proprjeta` tal-Gvern u huma kollha mikrija lil dipartimenti tal-Gvern. Sa fejn taf it-Taqsima dawn il-garaxxijiet huma okkupati mid-Dipartimenti rispettivi li għandhom il-kirja.
Leg 10 PQ #4837 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Persuni li wettqu reati kriminali

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tar-reati kriminali, klassifikati, li ġew imwettqa minn persuni bejn l-eta' ta' 15 u 30 sena bejn is-snin 1998 u 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #4838 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Persuni li wettqu reati kriminali

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' persuni bejn l-eta' ta' 15 u 30 sena li nstabu ħatja ta' reati kriminali u li huma riċedivi bejn is-snin 1998 u 2003? Jista' jispeċifika f'liema reati dawn il-persuni rriżulta li huma riċedivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #4839 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Jannar 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Jannar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2004 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 29 każ ta` serq.
Leg 10 PQ #4840 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Frar 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Frar 2004 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 33 każ ta` serq.
Leg 10 PQ #4841 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi matul Jannar 2004 kien hemm 265 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 10 PQ #4842 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Frar 2004 kien hemm 224 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Sussidji għall-kera

Question

Jista' il-Ministru jara l-possibilita' li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament tingħata xi forma ta' sussidju għal-kera sakemm l-Awtoritajiet kkonċernati jsibu akkomodazzjoni alternattiva peress li mid-dħul li għandha, il-kera tammonta għall-persentaġġ konsiderevoli? Dettalji oħra konnessi ma l-ispejjeż li jkollha tiffaċja din il-familja huma wkoll annessi separatament ma din il-mistoqsija.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata tikkonsulta mal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar.