Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi Soċjali — Tax payers

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jagħtini breakdown ta' kif gew iffrankati l-miljuni lit-taxpayer mis-servizzi soċjali li kienu jitħallsu b'mod falz skond kif iddikjara l-Viċi Prim Ministru u cioe kemm kienet iċ-ċifra eżatta? Fuq kemm perjodu ta' snin gew frankati dawn il-miljuni? Mil-liema kategoriji ta' benefiċċji soċjali? Kemm kien in-numru ta' familji u persuni involuti f'kull każ separatament ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-figura ta’ ‘l fuq minn Lm20 miljun li jien semmejt li ġew iffrankati matul dawn l-aħħar ħames snin bil-miżuri li ttieħdu biex irażżnu l-abbużi fit-teħid tal-benefiċċji soċjali hi stima fuq l-ammonti tad-diversi benefiċċji li kienu qed jitħallsu u nżammu għax instab li kienu qed jitħallsu b’abbuż. Mhux possibbli li nagħti ċifra eżatta tan-numru ta’ familji u persuni involuti f’kull każ separatament, ħlief għal dak li diġa’għidt pubblikament u ċioe’ li d-dikjarazzjioni tad-dħul nstabet li ma kenetx korretta fi kważi wieħed minn kull erba li kienu applikaw għal benefiċċju li ġew investigati. Iċ-ċifra imsemmija tinkludi ammonti li ġew rifużi s’sissa minn min instab li tħallas benefiċċju mingħajr ma kien intitolat għalih jew li tħallas benefiċċju aktar milli suppost.

Biedja — Forom ta' salvagwardji

Question

Għaliex fl-1 ta' Mejju l-Gvern se jdaħħal salvagwardji ġodda tal-biedja fuq prodotti li storikament dejjem importajna għaliex ma nipproduċuhomx lokalment, imbagħad mhux se japplika forom ta' salvagwardji fuq il-prodotti li nipproduċu lokalment fis-settur tal-biedja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għal darb’ oħra nixtieq infiehem lill-Onor. Interpellant li fit-Trattat ta' Sħubija hemm żewġ livelli ta' protezzjoni għall-biedja lokali: (i) is-sussidji abażi tad-differenza fil-prezz bejn dawk tal-Unjoni Ewropeja u dawk ta' Malta u li jammontaw għal Lm77 miljun fuq firxa ta' snin u (ii) f’ każijiet fejn l-għixien huwa mhedded serjament, miżuri protettivi skond il-klawżola ta' salvagawardja.
Leg 10 PQ #4558 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gurijiet pendenti — Qorti Kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ġurijiet pendenti quddiem il-Qorti Kriminali? Kemm hemm imħallfin speċifikament assenjati għall-Qorti Kriminali? Biex jitħaffef ix-xogħol qed ikun hemm każi fejn żewġ ġurijiet jistgħu jsiru fl-istess ħin f'awli differenti u dan anke biex l-istess akkużati ma jdumux jistennew snin sħaħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm erbgħin (40) ġuri pendenti quddiem il-Qorti Kriminali, filwaqt li hemm imħallef wieħed li hu speċifikament assenjat għal din l-istess Qorti. Infurmat ukoll illi t-tweġiba għal aħħar parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv u qed ikun hemm numru ta` drabi meta jsiru żewġ ġurijiet fl-istess ħin.
Leg 10 PQ #4559 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet fuq każi ta' attentat omiċidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet li għad iridu isiru fuq akkużi ta’ omiċidju, u attentat ta' omiċidju? Kemm hemm persuni akkużati li huma ta' nazzjonalita` barranija? Kemm ilu l-aktar akkużat li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm għaxar (10) ġurijiet li għad iridu jsiru fuq akkużi ta` omiċidju, filwaqt li hemm tnax (12) -il ġuri li għad iridu jsiru fuq l-akkużi ta` attentat ta` omiċidju. Hemm żewġ (2) persuni ta` nazzjonalita` barranija, wieħed akkużat b`omiċidju u ieħor akkużat b`attentat ta` omiċidju. Infurmat ukoll illi l-aktar akkużat li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri ilu ħames (5) snin jistenna.
Leg 10 PQ #4560 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet pendenti — Traffikar ta' droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq akkużi ta' pussess u traffikar ta' droga u ta’ traffikar ta' droga? Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita` barranija li huma akkużati? Kemm ilu l-aktar li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm tlettax (13) -il ġuri pendenti fuq akkużi ta` pussess u traffikar ta` droga u li erba` (4) atti ta` akkuża huma kontra sitt (6) persuni ta` nazzjonalita` barranija. Infurmat ukoll illi l-aktar akkuża li ilha quddiem il-Qorti Kriminali hija dik kontra barrani u ilha minn Lulju 2002.
Leg 10 PQ #4561 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet pendenti — Każi ta' frodi u serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq akkużi ta' frodi u ta’ serq? Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita` barranija li huma akkużati? Kemm ilu l-aktar li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi m`hemm ebda ġuri pendenti fuq akkużi ta` frodi filwaqt li hemm ġuri wieħed pendenti fuq akkużi ta` serq biss kif ukoll tlett ġurijiet oħra pendenti dwar serq u omiċidju. Infurmat ukoll illi hemm persuna barranija li hija akkużata b`serq, filwaqt li l-aktar li ilha tistenna persuna biex tgħaddi ġuri hu 5 snin.
Leg 10 PQ #4563 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet pendenti — Abbużi sesswali gravi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq abbużi sesswali gravi? Kemm hemm persuni akkużati li huma barranin? Kemm ilu jistenna l-aktar każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda ġuri pendenti fuq abbużi sesswali gravi.
Leg 10 PQ #4565 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti Kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli jistennew għad-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali wara ġurijiet? Kemm ilu l-aktar li ilu jistenna deċiżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm erbgħa u tletin appell li qed jistennew għad-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali wara ġurijiet. L-aktar li ilu jistenna deċiżjoni huwa persuna li l-ġuri tiegħu kien ġie deċiż fil-21 ta` Ottubru, 1997.
Leg 10 PQ #4819 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur f'belt kapitali Ewropea

Question

Jaf il-Ministru li ambaxxatur f'wieħed mill-bliet kapitali ewlenin Ewropej qed jgħid ma kulħadd li se jinħatar roving ambassador for foreign investment?

Response (BORG, JOE)

Le, ma nafx li xi Ambaxxatur qed jghid li se jiehu hatra f'kariga differenti milli ghandu llum, kif qed jistqarr l-Onorevoli Interpellant. La jien u lanqas is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tieghi qatt ma smajna b'dak li allegatament qed jintqal minn dan jew din l-Ambaxxatur. Nikkonferma, madankollu, li jien m'ghandi l-ebda hsieb li nahtar li xi hadd f'kariga simili.
Leg 10 PQ #4820 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur Malti għal Franza

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk meta l-ambaxxatur Malti għal Franza kien f'pajjiżna fuq xogħol ta' promozzjoni kummerċjali tal-gvern kienx akkumpanjat minn xi membri tal-familja li jispeċjalizzaw fl-attrazzjoni ta' l-industrija Franċiża lejn pajjiżna?

Response (BORG, JOE)

Ninsab infurmat illi l-Ambaxxatur ta' Malta fi Franza ma kienx akkumpanjat minn membri tal-familja li jispecjalizzaw fl-attrazzjoni ta' l-industrija Franciza lejn pajjizna meta kien Malta u assista fil-laqghat ghal promozzjoni kummercjali bejn iz-zewg pajjizi.
Leg 10 PQ #4821 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur għal Brazil

Question

Billi l-ambaxxatur non-resident għal Brazil ilu żmien twil biex jippreżenta l-kredenzjali tiegħu, jista' il-Ministru jgħid kemm ilu jitħalllas għal din il-kariga?

Response (BORG, JOE)

L-onorarju ta' LM 2,000 fis-sena lill-ambaxxaturi mhux residenti jithallas mid-data tal-hrug ta' l-agrément, u mhux minn meta jipprezenta l-kredenzjali l-ambaxxatur koncernat lill-Kap ta' l-Istat tal-pajjiz li ghalih ikun akkreditat. F'dan il-kaz l-ambaxxatur inhariglu l- agr é ment b'effett mit- 22 ta' Settembru 2002 u beda jithallas minn dakinhar.
Leg 10 PQ #4833 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa/Sptar Sir Paul Boffa — Diviżjonijiet/units

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma d-diviżjonijiet u units fl-isptar San Luqa u fl-isptar Sir Paul Boffa li mhux telgħin fl-isptar il-ġdid Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-dipartimenti u l-units fl-Isptar San Luqa u Sir Paul Boffa, li mhux ser jitilgħu l-Isptar Mater Dei fl-ewwel fażi tal-proġett huma kif ġej. Sptar San Luqa Id-Dipartiment tad-Dentistrija u d-Dental Outpatients Id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija (out-patients) Id-Dipartiment ta' l-Occupational Therapy (out-patient) Ir-Renal Unit Is-CDAU, jiġifieri l-Clinics ta' l-Outpatients u d-Dipartimenti tal-Fiżjoterapija u Occupational Therapy, tat-tfal L-Orthotics u Prosthetics Unit Iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm L-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa l-Iskola tal-Mediċina Is-servizzi ta' support kollha li hemm bżonn biex dawn id-dipartimenti jiffunzjonaw Sptar Sir Paul Boffa Id-Dipartiment ta' l-Onkoloġija Id-Dipartiment tar-Radiotherapy Id-Dipartiment tad-Dermatoloġija In-Neurorehabilitation/Spinal Unit Is-servizzi ta' support kollha li hemm bżonn biex dawn id-dipartimenti jiffunzjonaw

Sptar Monte Carmeli — Ħaddiema f'ward 10

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas ta' overtime biex infermiera jitħaddmu fil-ward 10 ta' l-isptar Monte Carmeli meta jkun hemm ħabsin għall-kura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-infermiera li jaħdmu ġewwa Ward 10 ta` l-isptar Monte Carmeli jitħallsu mid-Dipartiment tas-Saħħa u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Bdiewa — Għajnuna għall-ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se jieħdu l-bdiewa mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għall-għargħar li l-Gvern Malti ngħata fl-aħħar jiem, biex jagħmlu tajjeb għall-ħsarat li sofrew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-għargħar se jintuzaw fuq proġetti biex jitnaqqsu il-possibilta’ u r-riskju li ilma tal-għargħar jerga' jagħmel diżastru simili, u għalhekk minn dawn il-proġetti ser igawdu nymru konsiderevoli ta’ bdiewa..
Leg 10 PQ #4843 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tas-Sliema — Skola primarja Ġuże' Bonnici

Question

Jista' il-Ministru jassigura li jsiru l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-bini kollu ta' l-iskola primarja Ġuże' Bonnici ta' Tas-Sliema biex jiġi assigurat li jitneħħa u ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurta' ta' l-istudenti li jattendu fl-imsemmija skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li it-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tas-Sliema — Triq Mrabat - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-asfalt li għadu kif ingħata fil-ġranet li għaddew fi Triq Mrabat, f'Tas-Sliema peress li jidher li dan huwa ta' kwalita' ħażina u fil-fatt diġa' qiegħed jinqala'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita` dwar it-Trasport sabiex isiru l-aċċertamenti neċessarji f'dan ir-rigward.
Leg 10 PQ #4395 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MPO — Talbiet għall-postijiet ta' impjiegi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm l-MPO s'issa pproċessa talbiet għall-postijiet ta' impjiegi għall-persuni li qabel kienu jaħdmu mal-MDC, IPSE jew METCO? Fejn intbagħtu jaħdmu? Min huma dawn il-persuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici.

Swieqi — Triq il-Ġiżimin - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq il-Ġiżimin fis-Swieqi tinkesa u tingħata t-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent hemm ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi sabiex tkun tista ssir it-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #4397 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4163, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-figuri perċentwali ta' studenti tal-form 5 mill-area secondaries li kisbu ċertifikati tas-SEC bi gradi 1 sa 5 bejn Mejju u Settembru 2003 fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mis-786 subien u 685 bniet li kienu jattendu l-Form 5 fl-Area Secondary Schools fl-2003-2004, il-perċentwali li kisbu ċertifikati tas-SEC bi gradi 1 sa 5 bejn Mejju u Settembru 2003 fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti kienu kif jidher hawn taħt: L-Ingliż 3.4% mis-subien u 11.4% mill-bniet Il-Matematika 8.5% mis-subien u 12.6% mill-bniet Il-Malti 5.6% mis-subien u 17.2% mill-bniet.

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Self mill-iskemi tal-APS Bank

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li għandhom self mill-iskemi tal-APS Bank fil-preżent? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus involuta? Kemm minnhom huma żgħażagħ u kemm minnhom ħadu s-self wara Mejju tas-sena l-oħra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni dwar self sussidjat li jeżisti ma banek oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma jidhirlix li din l-informazzjoni għandha tingħata minħabba li hija ta’ natura kummerċjali